Settembru 2014

Fil-waqtiet mudlama anki l-ilment isir talba.  Imma rridu noqgħodu attenti mill-ilmenti teatrali. 30/09/2014.

Satana jippreżenta l-affarijiet qishom kienu xi ħaġa tajba imma l-intenzjoni tiegħu hi li jiddistruġġi lill-bniedem. 29/09/2014.

In-Nisrani ma jistax jifhem lil Kristu Redentur mingħajr is-Salib. 26/09/2014.

Inħarsu lilna nfusna mill-vanità li tbegħedna mill-verità u tagħmilna qiesna bżieżaq tas-sapun. 25/09/2014.

Il-ħajja nisranija hija sempliċi: nisimgħu l-Kelma t’Alla u nqegħeduha fil-prattika. 23/09/2014.

Il-mixja tan-Nisrani ssib il-milja fir-Reżurrezzjoni. 19/09/2014.

Il-kuraġġ li nagħrfu li aħna midinbin jiftaħna għaż-żegħil ta’ Alla. 18/09/2014.

Jekk ma nkunux qrib il-persuna, jekk ma nsofrux man-nies u ma nnisslux it-tama, dawk il-prietki ma jiswewx, huma vanità. 16/09/2014.

Aħna ma nistgħux nimxu ‘l quddiem mingħajr il-Knisja. 15/09/2014.

Il-veru korrezzjoni fraterna tweġġa’ għax issir bl-imħabba, fil-verità u bl-umiltà.  Jekk aħna nieħdu pjaċir nikkoreġu, dan ma jkunx ġej minn Alla, 12/09/2014.

Nistgħu nimxu wara Ġesù bis-serjetà, biss, jekk ikollna l-ħniena fi qlubna, 11/09/2014.

Ġesù mhux professur li jitkellem minn fuq il-katedra, imma jinsab fost in-nies, 09/09/2014.

Meta naqraw il-ktieb tal-Ġenesi hemm il-periklu li naħsbu li Alla kien xi saħħar li għamel kollox bil-maġija, 08/09/2014.

Il-Vanġelu huwa novità, Ġesù jitlobna biex inwarrbu fil-ġenb l-istrutturi li jgħaddu, 05/09/2014.

Il-qawwa tal-ħajja Nisranija tinsab fil-laqgħa bejn dnubietna u Kristu li jsalvana, 04/09/2014.

Huwa l-Ispirtu li jagħti l-identità lin-Nisrani mhux il-lawriji, 02/09/2014.

Il-Vanġelu ma jitħabbarx biex nikkonvinċu bi kliem għaref, imma bl-umiltà, 01/09/2014.