L-Isqof
Mario Grech
fis-Sinodu
Nevanġelizzaw
il-Familji Feruti
Vatikan,Tlieta 16
Ottubru 2012 -
Dalgħodu l-Isqof
Mario Grech, waqt li
ndirizza lil madwar
260 isqof miġbura
flimkien mal-Papa
Benedettu XVI għall-Assemblea
Ġenerali tas-Sinodu
tal-Isqfijiet dwar
l-Evanġelizzazzjoni,
tkellem dwar
il-ħtieġa urġenti
li l-Knisja
tevanġelizza
lill-familji feruti,
li uħud minnhom
jħossu t-tagħlim
tal-Maġisteru bħal
mażra ma’ għonqhom u
piż fuq qalbhom.
Aqra d-diskors kollu
⇨
Komunikat mill-Isqof
Mario Grech
Vatikan, Tnejn, 15 Ottubru 2012
– Meta l-262 isqof miġbura fis-Sinodu daħlu fit-tieni ġimgħa ta’
laqgħat tagħhom, qed nippublikaw komunikat li rċevejna llejla stess minn
għand l-Isqof ta’ Għawdex, l-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech,
li qed jieħu sehem f’dan is-Sinodu f’isem il-Konferenza Episkopali
Maltija. Fil-komunikat hemm siltiet minn interventi li saru.
Kompli
aqra ...>
Ara l-Komunikat tal-Isqof Mario Grech ...>
Ara l-paġna
dwar is-Sinodu 2012
...>
Ara l-Omelija
tal-Papa fil-bidu
tas-Sinodu ...>
ISQOF AWŻILJARI GĦAL
MALTA
Il-Qdusija Tiegħu
il-Papa Benedittu
XVI ħatar lil
Monsinjur Charles J.
Scicluna Isqof
Awżiljari ta’ Malta
u nnominah Isqof
Titulari ta’ San
Leone.
Bħala
Isqof Awżiljari,
Monsinjur Scicluna,
li għandu 53 sena,
huwa msejjaħ biex
ikun il-kollaboratur
u l-konsulent
l-iżjed qrib
tal-Arċisqof ta’
Malta, Monsinjur
Pawlu Cremona O.P, u
biex ikollu
responsabilitajiet
ta’ tmexxija
fil-Kurja kif ukoll
fil-ministeru
pastorali
tal-Arċidjoċesi ta’
Malta.
Ma’
l-Ordinazzjoni
Episkopali, li ser
issir fis-24 ta’
Novembru li ġej,
Monsinjur Scicluna
isir membru
tal-Konferenza
Episkopali Maltija
flimkien ma’
Monsinjur Arċisqof u
ma’ l-Isqof
t’Għawdex, Monsinjur
Mario Grech.
Ara aktar tagħrif
...>
Min huwa l-Isqof il-Ġdid?
...>
|