Santa Tereża ta’ Ġesù – It-Triq tal-Perfezzjoni minn Sr Veronica Gerada ASGM

L-Istitut Karmelitan qed jorganiżża sensiela ta’ lectures dwar il-kitba ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù; Il-Ktieb tal-Perfezzjoni. Tereża hija l-ewwel qaddisa mara li ġiet dikjarata Duttur tal-Knisja u hija magħrufa bħala Duttura tat-Talb. Dan għaliex Tereża fil-kitbiet tagħha, li huma meqjusa bħala kitbiet klassiċi ta’ spiritwalità, twassal għerf prezzjuż dwar il-ħajja tat-talb, li ġabitu mill-esperjenza personali tagħha. L-iskop ta’ dawn il-lectures huwa li nduqu ftit minn dan l-għerf u nħalluh jdawwal il-mixja spiritwali tagħna.

Isiru nhar ta’ Tlieta bejn it-8 ta’ Ottubru u d-19 ta’ Novembru 2013.  Il-ħin ikun bejn is-6.00 u t-8.00 ta’ filgħaxija.  Il-post huwa fl-Istitut Karmelitan, Triq Villegagnion, Mdina. Aktar dettalji mill-Istitut Karmelitan fuq email carmeliteinstitute@gmail.com jew fuq telefon 99071302 jew 79253316.  

Ara l-poster

Taħdita dwar l-Ekumeniżmu  (Talk on Ecumenism)

Nhar il-Ħamis 10 ta’ Ottubru, fis-Sala San Ġorġ Preca, l-Istitut Kattoliku, Floriana, se ssir taħdita dwar l-Ekumeniżmu, bl-isem Ut omnes unum sint: The Ecumenical Movement in Roman Catholic Teaching after Vatican II and some Challenges to 21st Century Christianity. Il-kelliem huwa saċerdot Ungeriż, ir-Rev. Prof. Mihály Kránitz, mill-Università Peter Pazmany, Budapest. It-taħdita, organizzata mill-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana, tibda fis-6.00 p.m., u ddum siegħa b’kollox. Kulħadd huwa mistieden.

A lecture, Ut omnes unum sint: The Ecumenical Movement in Roman Catholic Teaching after Vatican II and some Challenges to 21st Century Christianity, is being held on Thursday 10th October, at 6.00 p.m., at Sala San Gorg Preca, the Catholic Institute, Floriana.  The speaker is a Hungarian academic, Rev. Prof. Mihály Kránitz, from Peter Pazmany University, Budapest. The lecture is organised by the Diocesan Ecumenical Commission. The public is invited.

Personal exercise to perceive our own growth minn P. Aureliano Pacciolla, O.Carm.

Il-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi f’kollaborazzjoni mal-Fakultà tat-Teoloġija u l-Carmelite Institute Malta torganizza taħdita pubblika, "Personal exercise to perceive our own growth" minn P. Aureliano Pacciolla, O.Carm. Fr Aureliano huwa psikoterapista, għalliem u awtur ta’ diversi kotba dwar il-psikoloġija. Ser issir nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Ottubru 2013 fis-7.00 fis-Sala Madonna tal-Karmnu, B’Kara.  Ikun hemm ħin għall-mistoqsijiet. Dħul b’xejn.

Ara l-poster

Laqgħat dwar l-Evanġelju tal-Ħadd fil-Parroċċa ‘Madonna tas-Sacro Cuor’, Sliema.

Il-Grupp “Emmaws”, fi ħdan il-Parroċċa ‘Madonna tas-Sacro Cuor’, Sliema, għal grazzja t’Alla se jidħol fis-17-il sena li ilu mwaqqaf. Se jerġgħu jibdew it-Taħditiet ta’ kull kull ġimgħa, nhar it-Tlieta, 8 ta’ Ottubru. Il-ħin ikun fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Sant’Antnin, Triq S.Ġwann Battista. Sliema (ħdejn Simler Confectionery).

Il-laqgħat ikunu dwar l-Evanġelju tal-Ħadd li jmiss, iżda b’differenza, għax isir studju tat-Test skont il-Ħajja u ż-Żminijiet li fihom kien jgħix Kristu, mill-aspett politiku, soċjali, kulturali, reliġjuż u skont id-drawwiet taż-żminijiet. Ħafna mit-Taħditiet ikunu preżentazzjoni bil-Power Point. Kulħadd huwa mistieden li jattendi. Kull laqgħa ddum siegħa.

Tony Mahoney (Animatur tal-Grupp)

Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

Għal darb’oħra l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, u wkoll diversi entitajiet formattivi oħra fil-Knisja, ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni nisranija.  Fil-Laikos tista' ssib id-dettalji kollha dwar kull kors kif ukoll il-formola tal-applikazzjoni.

Ikklikkja hawn

Ara wkoll - Poster bid-dettalji tal-korsijiet qosra (part-time) li qed jorganizza Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

Istitut Agostinjan,

Ċentru għall-Istudji Agostinjani u Riċerka.

Sena Akkademika 2013-2014.

Laqgħat ta' formazzjoni għal kulħadd. 

Għal aktar dettalji ikklikkja hawn

 

 

Ejjew Għandi

Data: Il-Ġimgħa, 21 ta’ Ġunju 2013.

Post: Il-Knisja ta’ San Girgor, Żejtun.

Ħin: Mis-7.30 sal-10.00 ta’ filgħaxija.

Quddiesa: Fis-7.30 ta’ filgħaxija

Adorazzjoni: Fid-9.00 ta’ filgħaxija.

Imexxi: Fr Hayden Williams OFM Cap

 

 

 

 

 

 

     ◄  ikklikkja l-istampa biex tara l-poster

 

 

Ethics

and

Public Policy

in Heath Care

See more

Is-sit tal-Fakultà tat-Teoloġija

Aktar informazzjoni dwar il-korsijiet li toffri il-Fakultà tat-Teoloġija

Biex  tfittex kors fl-Università ta’ Malta

Biex tapplika online

 

Ngħixu l-Fidi mweżnin mill-Għalliema Spiritwali

Kull tieni Sibt tax-xahar, bejn id-9.30 ta’ filgħodu u nofsinhar,  f’xi  wieħed mill-Kunventi Karmelitan, kif jidher fil-programm.

Ara l-programm …>

Ara l-poster b'aktar dettalji ...>

 

Irtir bi tħejjija għal Milied 2012

Irtir għal kulħadd bi tħejjija għal Milied fil-La Salle Retreat Centre, Mellieħa.  Imexxi Fr Fraklin Vella.  Mill-Ġimgħa, 14 sal-Ħadd, 16 ta’ Diċembru. 

Ara aktar dettalji …>

Lectio Divina fuq siltiet dwar il-Fidi

Għal matul is-Sena tal-Fidi, is-Segretarjat għal-Lajċi qiegħed jorganizza laqgħat ta’ Lectio Divina bażati fuq passaġġi mill-Evanġelju li huma marbuta mat-tema tal-fidi.

Għal aktar dettalji ikklikkja hawn …>

Ara l-iskeda ta' siltiet dwar il-fidi ...>


Master of Arts fil-Family Ministry

Se jiftaħ il-kors “MA in Family Ministry” fil-Fakulta' tat-Teoloġija, l-Università ta' Malta.
Dan il-kors fetaħ għall-ewwel darba fl-2009, u l-istudenti li segwew dan il-kors temmewh b'success u se jiggradwaw f'Novembru li gej.  F'dawn l-aħħar ġranet, għad hemm iċ-ċans ta' late application għal dan il-kors, li jiftah kull tliet snin. Għalhekk il-kors li jmiss hu ppjanat li jiftaħ fl-2015.

Kull min b'xi mod hu interessat biex jikkuntattja mal-ewwel lill-Fakulta' tat-Teoloġija ...

theology@um.edu.mt

Ara l-poster …>


Stedina liż-Żgħażagħ

Dawk iż-żgħażagħ li jħossu li jixtiequ jqattgħu ftit ħin fil-kwiet u fit-talb jistgħu jagħmlu dan kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.  Ikun jistgħu jiltaqgħu ma’ żgħażagħ oħra bħalhom biex fi spazju għat-talb u r-riflessjoni, fis-silenzju u fl-ambjent tal-kunvent jiltaqgħu biex jitolbu.  Ikun hemm ukoll il-quddiesa tal-Ħadd.

Aktar dettalji ...>


Ċentru Spiritwalitá Injazjana

Kien publikat il-programm li ċ-Ċentru Spiritwalitá Injazjana ħejja għal matul l-2012 l-2013.  Dan jinkludi diversi irtiri għal-lajċi, weekends għall-miżżewġin, irtir għas-saċerdoti, laqgħat dwar metodi differenti ta’ talb, seminars, workshops u anke irtiri fil-kampanja. 

Ara l-programm sħiħ ...>


Jiena nemmen... imma xhiex?

Fiċ-Ċentru Pastorali Sgħajtar se jsir kors ta’ taħditiet u diskussjoni li jidħlu ftit fil-fond fuq l-Istqarrija tal-Fidi. L-isfond ser ikun il-Kredu li minnu jittieħdu t-temi għad-diskussjoni.  Il-kors jikkonsisti fi 22 laqgħa ta’ siegħa kull waħda. Jibdew għal nofs Ottubru u jintemmu għall-aħħar t’April. Ikun hemm waqfiet kemm għall-Milied, kif ukoll għall-Għid il-Kbir.  Għal aktar tagħrif idħol fis-sit -

http://www.sghajtar.org ...>


Sacred Path

Irtir għall-Operaturi Pastorali tal-Adolexxenti u Żgħażagħ, Għalliema tar-Reliġjon u Żgħażagħ 18+.

Aqra aktar ... >

Niżżel ukoll il-Formola ta’ Applikazzjoni …>


Youth Ministry

Youth Leaders who finished the course, Basic Principles in Adolescent and Youth Ministry, Higher Award Certificate in Adolescent and Youth Ministry from 2006 to 2010, both dates inclusive.

Read more ...>


Korsijiet mill-Fakultà tat-Teoloġija fl-Universita ta’ Malta  (ikklikkja fuq il-kors li tixtieq tara)

BA (Hons) Theology F/T or P/T.

Empowering Professionals for Ministry.

MA Family Ministry.

MA Matrimonial Canon Law.

MA Youth Ministry.

PG Diploma in Pastoral Psychology.

Il-Korsijiet kollha tal-Fakultà tat-Teoloġija.


Aktar Korsijiet ta' Formazzjoni Nisranija  (ikklikkja hawn taħt)

Għal darb’oħra l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, u wkoll diversi entitajiet oħra fil-Knisja, ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni nisranija.  ... >