LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

 

KORSIJIET TA' FORMAZZJONI NISTRANIJA

(2012 -2013)

 

Għal darb’oħra l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, u wkoll diversi entitajiet oħra fil-Knisja, ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni nisranija, kif jidher aktar l’isfel. Tista’ wkoll issib l-istess informazzjoni kollha jekk iżżur il-website www.maltapfi.org/courses/prospectus.

Wieħed jista' japplika għal wieħed jew aktar minn dawn il-korsijiet billi jimla l-formula tal-applikazzjoni mehmuża u jibgħatha lil:- Ms Stephanie Falzon, l-Istitut Kattoliku, Floriana FRN1441.


Din hi l-lista ta’ korsijiet li se jibdew din is-sena:


1. General Education Award in Family Ministry – Dan il-kors ta’ sitt xhur isir nhar ta’ Ġimgħa, bejn is-6.30pm u t-8.30pm u jibda l-Ġimgħa 18 ta' Jannar 2013. Il-lectures isiru fiċ-Ċentru Pastorali tas-Swatar u jkun hemm servizz ta’ child-minding.

2. General Education Award in Media Education from a Catholic Perspective – Dan il-kors ta’ sitt xhur isir nhar ta’ Ġimgħa, bejn is-6.30pm u t-8.30pm u jibda l-Ġimgħa 5 ta' Ottubru 2012. Il-lectures isiru fis-Sala San Pawl, I-Istitut Kattoliku, l-Furjana.

3. General Education Award in Evangelisation – dan il-kors ta’ sitt xhur se jsir fiċ-Ċentru Pastorali tal-Ibraġ. Il-kors isir nhar ta’ Erbgħa bejn is-6.30pm u t-8.30pm. Il-lectures jibdew fis-7 ta’ Novembru.

4. Higher Education Award in the Liturgy – Dan il-kors ta’ sena isir nhar ta’ Ħamis, bejn is-6pm u t-8pm, u jibda fl-4 ta’ Ottubru. Il-laqgħat isiru fis-Sala San Pawl, l-Istitut Kattoliku, l-Furjana.

5. Higher Education Award in Missiology – Dan il-kors ta’ sena isir nhar ta’ Tnejn bejn is-6.30pm u t-8.30pm. Jibda fit-19 ta’ Novembru 2012, u l-laqgħat isiru fis-sala tal- Uffiċċju Pontifiċju Missjunarju, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.

6. Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry – Dan il-kors isir nhar ta’ Tlieta bejn is-6pm u t-8pm u jibda fit-2 ta’ Ottubru 2012. Il-lectures isiru fis-Sala tas-Segretarjat għall-Katekeżi, fl-Istitut Kattoliku, l-Furjana. Se jsiru wkoll tliet on-going formation seminars għal Youth Leaders (18+). Dawn se jsiru nhar ta’ Sibt filgħodu (12 ta’ Jannar, 20 ta’ April, u 7 ta’ Settembru 2013).

7. Higher Education Award in Christian Leadership I - Dan il-kors isir fuq sena. L-erba’ modules isiru fuq erba' weekends. Tliet weekends (li m'humiex residenzjali) ikunu Group Dynamics 9-11 ta’ Novembru, Leadership Skills 18-20 ta’ Jannar, u Interpersonal Skills 15-17 ta’ Frar. Isir Irtir residenzjali dwar Biblical Models of Leadership mid-12-14 ta’ April Is-Seminars kollha jsiru fis-Seminarju tal-Arcisqof, tal-Virtu, Rabat.

8. Higher Education Award in Catholic Social Teaching – Dan il-kors isir nhar ta’ Tlieta bejn is- 6.30pm u t-8.30pm u jibda fit-13 ta’ Novembru. Il-lectures isiru fis-Sala San Pawl, l-Istitut Kattoliku, l-Furjana.

9. Higher Education Award in Parish Nursing – Dan il-kors isir nhar ta’ Erbgħa bejn is-6.00pm u t-8.00pm u jibda fit-3 ta’ Ottubru. Il-lectures isiru fis-Sala San Pawl, l-Istitut Kattoliku, l-Furjana.

10. Korsijiet ta’ Formazzjoni mill-Fakultà tat-Teologija – BA Theology and Human Studies, BA (Hons) Theology, MA in Youth Ministry, MA in Family Ministry, MA in Matrimonial Canon Law and Jurisprudence. Wieħed jista’ jara l-website www.um.edu.mt/theology.

11. Korsijiet ta’ Formazzjoni mill-Institut Karmelitan: Higher Education Award in Carmelite Spirituality flimkien ma’ modules oħra. Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-korsijiet, ċempel lil Institut Carmelitan fuq 21454524.

12. Kors ta’ Formazzjoni Biblika mill-Ghaqda Biblika Maltija: Introduzzjoni Ġenerali għall-Iskrittura Mqaddsa – Dan il-kors isir nhar ta’ Ħamis bejn is-6pm u 7.30pm bejn Ottubru 2012 u Mejju 2013. Il-laqgħat isiru fis-Sala tal-Konferenzi tal-Għaqda Biblika Maltija, 51 Triq il-Miratur il-Furjana. Il-kors jifforma l-ewwel sena ta’ kors ta’ tliet snin Higher Education Award in Biblical Studies. L-Għaqda Biblika toffri ukoll diversi korsijiet qosra filgħodu u filgħaxija.
 

Jekk ikollok bżonn aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 21233304 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00am u s-1.00pm jew tibgħat email fuq info@maltapfi.org

 

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org