L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

Arkivju tal-ewwel paġna tal-Laikos sa mill-bidu tas-sit fit-2 ta' Jannar 2009.

ARKIVJU

TAL-EWWEL PAĠNI TAL-LAIKOS

Il-Laikos, kif inhi magħrufa llum, hija s-sit uffiċcjali tas-Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.  Kienet publikata l-ewwel darba fl-10 ta’ Jannar 2009.   L-iskop oriġinali kien dak li sservi ta’ ħolqa bejn il-Lajċi Nsara f’Malta u li tkun ukoll post komuni fejn l-Għaqdiet u Movimenti Reliġjużi fi ħdan l-Arċidjoċesi jistgħu jħabbru l-attivitajiet tagħhom.  Imma matul iż-żmien il-website aktar bdiet tiżviluppa f’librerija diġitali ta’ sorsi u riżorsi pastorali.  F’din il-paġna li qiegħed fiha, inti tista’ ssib arkivju tal-ewwel paġni li kellna matul iż-żmien. Għalina, l-ewwel paġna sservi ta’ vetrina li fiha ndewwqu ftit minn dak li hemm ġewwa.  Kienet sa mill-bidu tinbidel regolarment.  Minn hawn jidher kif matul is-snin il-Laikos żviluppa mhux biss fid-dehra tiegħu ta’ barra, iżda wkoll fil-ħsieb u fil-materjal li joffri.