LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 Qegħdin fis-Sena tal-Fidi.  Dan huwa jum

 

 

Tagħrif ġdid fil-paġna dwar is-Sinodu tal-Isqfijiet li qed isir f’Ruma bejn il-11 u 28 ta’ Ottubru 2012    -    Komunikati regolari minn għand l-Isqof Mario Grech diretti mis-Sinodu fil-Vatikan   -   Aktar riżorsi pastorali għal matul is-Sena tal-Fidi   -   Lectio Divina kull nhar ta’ Tlieta, mis-6.30pm sat-8.00 pm, fil-Kurja b’siltiet dwar il-Fidi   -  L-Ordinazzjoni Episkopali ta’ l-Isqof Elett Mons. Charles Scicluna se ssir fl-24 ta’ Novembru 2012   -   Librerija diġitali b’bosta sorsi u riżorsi pastorali    - 

Il-Messaġġ Finali mis-Sinodu tal-Isqfijiet

Il-Knisja hi dak l-ispazju li Kristu offra fl-istorja biex nistgħu niltaqgħu miegħu.

Hu fdalha l-Kelma tiegħu, il-Magħmudija li tagħmilna wlied Alla, il-Ġisem u d-Demm tiegħu, il-grazzja tal-maħfra tad-dnubiet, fuq kollox fis-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni.

Fdalha l-esperjenza ta komunjoni li hi mera ta l-istess misteru tat-Trinità Qaddisa, il-qawwa ta l-Ispirtu li toħloq l-imħabba lejn kulħadd.

Jeħtieġ niffurmaw komunitajiet akkoljenti, fejn dawk kollha li jħossuhom imwarrba jsibu d-dar tagħhom, esperjenzi konkreti ta komunjoni, li, bil-qawwa mħeġġa ta l-imħabba ....

Aqra l-messaġġ kollu bil-Malti

Katekeżi mill-Papa għas-Sena tal-Fidi

"Il-lum nixtieq nintroduċi serje ġdida ta’ katekeżijiet li sa ndomm matul is-Sena tal-Fidi li għadna kemm bdejna .. " Papa Benedittu XVI

Ara l-udjenzi tal-Papa bil-Malti


Il-Knisja tibda s-Sena tal-Fidi

Ma nistgħux inħallu l-melħ isir bla togħma jew li d-dawl jinħeba. Il-bnedmin tallum għadhom jistgħu jħossu l-bżonn li jmorru ħdejn il-bir  u  jieħdu mill-ilma ħaj li joħroġ minnu. Jeħtieġ  niskopru mill-ġdid it-togħma tal-Kelma t’Alla. Fid-dawl ta’ dan kollu, iddeċidejt li nħabbar Sena ta’ Fidi, li tibda fil-11 ta’ Ottubru 2012,  u tintemm fl-24 ta’ Novembru 2013.

Ikklikkja

 

Isqof Awżiljari għal Malta

Il-Qdusija Tiegħu il-Papa Benedittu XVI ħatar lil Monsinjur Charles J. Scicluna Isqof Awżiljari ta’ Malta u nnominah Isqof Titulari ta’ San Leone.

Ara aktar tagħrif

Min huwa l-Isqof il-Ġdid?

L-Ortodossi Fostna

Laqgħa organizzata mill-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Emigranti, l-Erbgħa, 31 ta’ Ottubru 2012 fis-6.30pm, f’Dar l-Emigrant fi Pjazza Kastilja, Valletta. 

Kelliem: Mons George Mifsud Montanaro.

Ara l-poster

 


 

Is-Sena tal-Fidi f'Malta ...

 

 

"Il-problema hi li fi żminijietna hemm ħafna aktar oġġetti li jisirqulna l-attenzjoni tas-sensi tagħna, l-aktar is-smigħ u l-viżjoni. Illum, il-bżonn tagħna ma jikkonsistix filli nimlew il-vojt li hawn madwarna, bħalma kien snin ilu, iżda li ma nixegħlux jew inkella nitfu xi ħaġa biex insibu l-ispazju li fih moħħna jkun jista' jirċievi u jaħseb fuq affarijiet li huma bogħod minna, moħbijin f'Alla. Il-problema llum hija l-ispazju u l-ħin li fihom irridu ninfetħu."

Ara l-Ittra Pastorali fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi

Ara l-Ittra Pastorali għat-tfal fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi

Ara rapport u ritratti tal-ftuħ uffiċċjali tas-Sena tal-Fidi f'Malta

 

Għaliex għandna bżonn il-Fidi?

Birkirkara, 6 Ottubru 2012: L-anjostici li huma kontinwament mistoqsijin mid-domanda ta’ Alla, dawk li jixtiequ jkollhom qalbhom safja iżda li qegħdin ibgħatu minħabba d-dnub tagħhom huma aktar qrib tas-Saltna ta’ Alla minn dawk li jemmnu li l-ħajja tagħhom hija biss rutina u li jħarsu lejn il-Knisja biss bħala istituzzjoni bla ma jħalluha biss tmiss qalbhom jew ilu l-fidi tmiss qalbhom.

Isma’ d-disorks kollu li l-Arċisqof Pawlu Cremona għamel waqt l-Assemblea Djoċesana dwar il-ħtieġa tal-fidi 


Nevanġelizzaw il-Familji Feruti ...

Vatikan,Tlieta 16 Ottubru 2012

Dalgħodu l-Isqof Mario Grech, waqt li ndirizza lil madwar 260 isqof miġbura flimkien mal-Papa Benedettu XVI għall-Assemblea Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-Evanġelizzazzjoni, tkellem dwar il-ħtieġa urġenti li l-Knisja tevanġelizza lill-familji feruti, li uħud minnhom jħossu t-tagħlim tal-Maġisteru bħal mażra ma’ għonqhom u piż fuq qalbhom.

Aqra d-diskors kollu

Rapport fis-Sinodu fil-Vatican Insider

Ara l-paġna dwar is-Sinodu 2012 b'Komunikati regolari mill-Isqof Mario Grech

Ara l-Omelija tal-Papa fil-bidu tas-Sinodu


L-Omelija tal-Papa Benedittu XVI fil-bidu tas-Sena tal-Fidi ...

□   Is-Sena tal-Fidi li qed niftħu l-lum hi marbuta b’mod armonjuż mal-mixja sħiħa tal-Knisja tul l-aħħar ħamsin sena: mill-Konċilju


Il-Papa dwar il-memorji tiegħu ta’ Vatikan II ...

□  Kienet ġurnata mill-isbaħ dik tal-11 ta’ Ottubru 1962 meta l-Konċilju Vatikan II fetaħ bil-purċissjoni solenni ta’ iktar minn elfejn Padri Konċiljari lejn il-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma. ... Kien mument ta’ stennija straordinarja.  Kellhom iseħħu ħwejjeġ kbar.


50 sena ilu beda l-Konċilju Vatikan II ...

□   Kienu l-11 ta’ Ottubru 1962, meta fl-iżgħar stat tad-dinja, il-Papa Ġwanni XXIII, b’diskors memorabbli tiegħu lil aktar minn elfejn isqof minn madwar id-dinja kollha, fetaħ il-Konċilju Vatikan II.  

Kompli aqra

Aktar tagħrif u riżorsi dwar il-Konċilju Vatikan II

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org