IL-LAJĊI MHUMIEX SEMPLIĊI KOLLABORATURI
TAL-KLERU
Ruma 28 Mejju
2009:
Il-lajċi mhumiex sempliċiment
il-kollaboraturi tal-kleru imma jaqsmu
r-responsabilità fil-ministeru
tal-Knisja.
Dan qalu l-Papa Benedettu meta nhar it-Tlieta
inawgura konferenza fid-Djoċesi ta’ Ruma
bis-suġġett ‘Sehem fil-Knisja u
Ko-Responsabilità Pastorali’. Il-konferenza
baqgħet għaddejja sal-Ġimgħa.
Jeħtieg li
insiru konxji li aħna lkoll niffurmaw
il-Knisja u għandna ko-responsabilità
pastorali f’isem Kristu. Dan iwassal
biex nirrispettaw il-vokazzjoniiet u l-funzjonijiet
ta’ persuni konsagrati kif ukoll tal-
lajċi. Dan jitlob minna
bidla ta’
mentalità l-aktar dwar il-laċji, li
mhumiex sempliċiment kollaboraturi
tal-kleru imma veri ko-responsabli
għall-eżistenza u l-azzjoni tal-Knisja
għal lajkat matur u impenjat.
Illum għadha teżisti l-idea li l-Knisja
tkun identifikata mal-ġerarkija u
tintesa r-responsabilità u l-missjoni
komuni ta’ kull min hu mgħammed.
Il-lajċi jridu
jkunu konxji akar li huma l-Knisja għax
Kristu għamilhom il-poplu tiegħu.
Il-Papa appella
lis-saċerdoti biex inisslu fil-lajċi
sentiment ta’ appartenenza lejn
il-komunità parrokkjali, lejn l-unità u
lejn l-Iskrittura permezz tal-Lectio
Divina, attivitajiet missjunarji u ta’
karità. Bħala eżempju hu semma t-tħejjija
għall-Ġublew il-Kbir tas-sena 2000 meta
l-komunità ekklessjali għarfet li d-dmir
ta’ l-evanġeliżazzjoni hu ta’ kull min
hu mgħammed.
L-istess ġara matul is-sekli, meta tant
imgħammdin iddedikaw ħajjithom biex
jedukaw liż-żgħar fil-fidi, iduru
bil-morda u bil-foqra.
Biss wieħed irid joqgħod attent li ma
jagħmilx mill-ħidma tal-Knisja waħda
sempliċiment oriżżontali, li tkun biss
fuq livell soċjoloġiku u b’hekk jintesa
l-element vertikali lejn Alla. Il-Knisja
għandha tkun il-Poplu ta’ Alla u fl-istess
ħin ‘il-Ġisem ta’ Kristu’. Bħala
il-Poplu ta’ Alla trid turi l-kontinwità
tagħha
fl-Istorja. Bħala l-Gisem ta’ Kristu
trid turi l-universalità tagħha, li tiġi
mis-salib u l-qawmien tal-Mulej.
Fi Kristu insibu l-Poplu ta’ Alla ibda
mill-Papa sa l-iżgħar tifel u għalhekk
il-Knisja ma titqiesx mill-għadd ta’ l-individwi
li hemm fiha, imma mill-għaqda ta’ dawk
kollha li huma mgħajxa bil-Kelma ta’
Alla u l-Ħobż tal-ħajja.
Ara d-diskors
kollu tal-Papa Benedittu XVI.
...q |