IS-SAĊERDOT U L-LAJK
– KORRESPONSABBLI
FIL-ĦIDMA TAL-KNISJA
Matul din is-sena
dedikata
lis-Saċerdot, is-Segretarjat
għal-Lajċi jrid
jagħti ġieħ
lis-Saċerdot Qaddis
San Ġorġ Preca li sa
minn bosta għexieren
ta’ snin qabel
il-Konċilju Vatikan
II, fehem is-sejħa
li għandhom il-lajċi
nsara.
Mhux kulħadd kien
fehem mill-ewwel
x'ried jagħmel Dun
Ġorġ. Li jati
l-bibbja u
t-teoloġija f'idejn
lajċi ħaddiema
kienet ħaġa ġdida u
kienet wisq aktar
ġdida li dawn
il-lajċi joħorġu
fit-toroq u l-pjazez
ixandru l-Kelma
t'Alla lil kulħadd.
Jalla llum ukoll,
bosta saċerdoti u
lajċi jifhmu s-sejħa
li l-imgħammdin
kollha għandhom għal
korresponsabiltą, u
li l-lajċi mhumiex
biss operaturi ta’
l-evanġelizzazzjoni
tad-dinja, imma anke
kollaboraturi
mar-rgħajja tagħhom
fis-servizz
tal-komunitą
ekkleżjali. |
q
IL-KONĊILJU DWAR
L-EKUMENIŻMU -
żewġ dokumenti oħra
bil-Malti ...š
Fl-okkażjoni
tal-ġimgħa ta’ talb
għall-għaqda fost l-insara,
is-Segretarjat
għal-Lajċi qiegħed
ipoġġi fuq
dan is-sit, żewġ
dokumenti bil-Malti,
li huma marbuta
propju ma’ din it-tema.
L-ewwel wieħed huwa
d-digriet, Unitatis
Redintegratio dwar
l-Ekumeniżmu u t-tieni
dokument huwa d-digriet
Orientalium
Ecclesiarium li
jitratta dwar
il-Knejjes tal-Lvant.
Infakkru li l-Ħamis, 21 ta’
Jannar 2010, kulħadd
mistieden għas-Servizz
Ekumeniku ta’ Talb li se
jsri fis-6:30pm f’St
Andrew’s Scots Church,
Triq Nofsinhar, il-Belt.
Matul din il-ġimgħa (17 – 24
ta’ Jannar) l-insara kollha
huma mħeġga jitolbu biex
isseħħ it-talba ta’ Kristu,
li nkunu lkoll ħaġa waħda.
...š
q
IS-SAĊERDOT U T-TIELET
MILLENJU – IL-PAPA
ĠWANNI PAWLU II
It-tradizzjoni Dottrinali
Kattolika turi li s-saċerdot
huwa għalliem tal-Kelma,
Ministru tas-Sagramenti u
Mexxej tal-Komunitą fdati
lilu. Minn hawn trid
tibda kull riflessjoni fuq
l-identitą u l-missjoni
tas-saċerdot fil-Knisja.
Fid-dawl ta’
l-evanġelizzazzjoni l-ġdida
li għaliha l-Ispirtu s-Santu
qiegħed isejjaħ lill-insara
kollha permezz tal-persuna u
l-awtoritą tal-Papa. Irridu
nirriflettu b’fidi u tama
fuq din id-Duttrina li qatt
ma tinbidel u dejjem ġdida.
...š
q
ID-DOKUMENT TAL-KONĊILJU
DWAR IL-LITURĠIJA
BIL-MALTI
Għaddew 46 sena minn meta
l-Konċilju Vatikan II tana
dan id-dokument importanti
dwar il-Liturġija Mqaddsa.
Minkejja tant snin li
għaddew,
id-dokument għadu attwali
ħafna, iżda sfortunatament
bosta għadhom lanqas biss
skoprewh. Oħrajn, minkejja
li skoprewh u forsi wkoll
qrawh, imma għadhom ma
fehmuhx. Jalla dan it-test
li issa qed noffru bil-Malti
fuq l-internet, jkun ta’
għajnuna biex
fil-komunitajiet insara
tagħna jkollna liturġija li
tkun tassew ċelebrazzjoni
ħajja tal-misteri kbar li
ngħidu li nemmnu fihom. ...š
q
DETTALJI DWAR
IŻ-ŻJARA TAL-PAPA
F’MALTA
Il-Papa Benedittu XVI se
jżur Malta s-Sibt 17 u l-Ħadd
18 ta’ April 2010, fl-okkażjoni tal-1950
anniversarju tan-nawfraġju
ta’ San Pawl. Il-Papa se
jasal Malta s-Sibt wara
nofsinhar u jħalli pajjizna
l-Ħadd filgħaxija. Mal-wasla
tiegħu, wara laqgħat mal-ogħla
Awtoritajiet Ċivili,
il-Qdusija Tiegħu se jżur
il-Grotta ta’ San Pawl
fir-Rabat.
Il-Ħadd filgħodu,
il-Papa se jmexxi
Ċelebrazzjoni
tal-Quddiesa fuq il-Fosos
tal-Furjana u wara nofsinhar,
laqgħa maż-żgħażagh fil-Valletta
Waterfront.
|