| 
					 
					
					Messaġġ tal-Papa għal Jum l-Emigranti 1996. 
					  
					
					DWAR L-IMMIGRANTI 
					RREGOLARI 
					  
					
					Għeżież 
					ħuti,                         
					
					  
					
					
					1.                 
					
					Il-fenomenu 
					ta’ l-emigranti, bil-problemi kollha tiegħu, jinpenja, illum 
					aktar milli  fl-imgħoddi, kemm il-komunita’ internazzjonali 
					u kemm kull wieħed mill-Istati tad-dinja.  Dawn aktarx 
					jindaħlu fil-problemi billi jħarxu s-sistemi ta’ kontroll li 
					għandhom fuq il-fruntieri tagħhom u hekk l-immgrazzjoni 
					titlef dik id-dimensjoni ta’ żvilupp ekonomiku, soċjali u 
					kulturali li jmissu jkollha skond l-istorja, tant li dejjem 
					inqas qed nitkellmu dwar il-qagħda ta’ “emigranti” mill-pajjiżi 
					minn fejn ikunu ġejjin, u dejjem aktar qed nitkellmu fuq 
					“imigrati” b’riferenza għall- problemi li joħolqu 
					fil-pajjiżi fejn imorru jgħixu. 
					
					  
					
					       L-immigrazzjoni  
					qed tieħu sura ta’ emerġenza soċjali, l-aktar għax qed 
					jikber l-għadd ta’ “immigranti irregolari” imigrazzjoni li 
					dejjem aktar qed tiżdied minkejja l-ħafna restrizzjonijiet 
					li qed ikun hemm.  L-imigrazzjoni irregolari dejjem kienet 
					teżisti, u spiss kienet tollerata għaliex  tgħin biex dejjem 
					ikun hemm riserva ta’ nies li tista’ tħaddem meta l-imigrati 
					regolari jogħlew fil qagħda soċjali tagħhom u jibdew jagħmlu 
					parti b’mod stabbli mid-dinja tax-xogħol. 
					
					  
					
					
					2.     
					Illum il-fenomenu ta’ l-imigranti 
					rregolari kiber sewwa, kemm għaliex it-talba għall-ħaddiema 
					barranin dejjem aktar qed tikber minħabba l-esiġenzi li 
					għalihom mhux biżżejjed il-ħaddiema tal- pajjiż, u kemm 
					minħabba li dejjem aktar qed jikber l-għadd ta’ nies li qed 
					jiġu mġegħlin jemigraw bilfors.  L-għalaq li hu meħtieġ biex 
					jinsab tarf  għal din il-problema hekk delikata jitlob li 
					din il-problema ma titwarrabx fil-ġenb jew ma noqogħdux 
					insemmuha, ukoll għaliex din il-problema qed toħloq 
					tbatijiet kbar għal-eluf ta’ nies, tbatijiet li dejjem aktar 
					qed jiżdiedu  minflok ma jitnaqqsu.  Il-fatt li wieħed ikun 
					immigrant irregolari skond il-liġI m’għandux ifisser it-tnaqqis 
					tad-drittijiet tiegħu bħala bniedem, drittijiet li ma 
					jistgħux qatt jiġu lilu mċaħħdin jew li jitwarrbu fil-ġenb 
					
					  
					
					      Irid 
					jittieħed ħsieb ta’ l-imigrazzjoni irregolari, iżda jeħtieġ 
					ukoll li bil-qawwa kollha jinġiebu fix-xejn l-inizjattivi 
					kriminali li qed jipprofittaw mill-imigrazzjoni klandestina.  
					L-aħjar għażla , li għandha tagħti frott tajjeb li jibqa’, 
					hi dik tal-koperazzjoni internazzjonli, li bħala għan trid 
					iġġib ‘il quddiem stabilta’ polotika u twarrab in-nuqqas ta’ 
					żvilupp.  Id-differenzi kbar  ekonomiċI u soċjali bejn 
					il-pajjiżi li qed jgħinu l-movimenti migratorju, m’għandux 
					jitqies bħala xi disgrazzja, imma bħala sfida għas-sens ta’ 
					responsabbilta’ tal-ġens kollu tal-bnedmin. 
					
					  
					
					  
					
					   3.  
					 Il-Knisja tqies il-problema ta’ l-imigranti irregolari fid-dawl 
					ta’ Kristu li miet biex jiġbor flimkien l-ulied alla li 
					kienu xterdu (ara Ġw 11,52) biex jiġbor lura dawk li ġew 
					imwarrbin, u jressaq lejh dawk lit begħdu minnu, biex jiġbor 
					ilkoll f’xirka waħda mibnija mhux skond ir-razza, il-kultura 
					u s-soċjeta’ ta’ dik li jkun, imma skond ir-rieda ta’ 
					kulħadd li jilqa’ l-kelma ta’ Alla u jfittex il-ġustizzja 
					tiegħu.  “Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd, imma jilqa’ ‘l kull 
					min għandu l-biża tiegħu  u jagħmel is-sewwa, ikun min liema 
					poplu jkun “ 
					
					(Atti 10, 34 – 35). 
					
					  
					
					
					   Dak li tagħmel il-Knisja hu skond il-missjoni ta’ 
					Kristu.  B’mod partikulari tistaqsi lilha nfisha kif, waqt 
					li tħġaris il-liġi, tersaq lejn persuna li ma ngħatalhiex 
					il-permess  li tgħix fil-pajjiż li marret.  Il-Knisja 
					tistaqsi wkoll x-siwi għandu d-dritt għall-emigrazjoni meta 
					m’hemmx iwieġeb għalih id-dritt ta’ l-imigrazzjoni.  
					Il-Knisja għandha wkoll quddiemha l-problema ta’ kif 
					timpenja f’din il-ħidma ta’ solidarjeta’ l-komunitajiet 
					insara, spiss influwenzati minn opinjoni pubblika xi kultant 
					kontra l-imigranti. 
					
					  
					
					
					   L-ewwel mezz kif tgħin dawn in-nies hu li tismagħhom biex 
					tagħraf il-qagħda tagħhom u tiżguralhom l-għajnuna meħtieġa, 
					tkun xi tkun il-qagħda ġuridika tagħhom quddiem l-Istat. 
					
					  
					
					
					   Għalhekk  hi importanti ħafna l-għajnuna lill-imigrant 
					irregolari biex jagħmel kull ma hu meħtieġ ġa jikseb 
					il-permess biex jibqa’ fil-pajjiż.  L-istituzzjonijiet 
					soċjali u karitattivi jistgħu javviċinaw l-awtoritajiet 
					ċivili biex ifittxu skond il-liġi, is-soluzzjoni l-aktar 
					adatta għal kull kas. 
					
					  
					
					
					   Sforz ta’ din is-sura jrid isir l-iktar favur dawk li 
					jkunu ilhom żmien twil jgħixu fil-pajjiż,  u għamlu għeruq 
					fis-soċjeta’ tal-post, tant li jekk jerġgħu  lura lejn 
					il-pajjiż minn fejn kienu ġew dan ikun għalihom qisu 
					emigrazzjoni bil-maqlub b’ħsara kbira l-aktar għal 
					uliedhom.   
					
					  
					
					
					   4.   Meta jidher li mhux se jkun hemm ebda soluzzjoni 
					għall-problema, dawk l-istituzzjonijiet iridu jgħinu lil 
					dawn in-nies ukoll, jekk ikun meħtieġ, b’għajnuna materjali 
					jew biex jiġu milqugħin f’pajjiżi oħra biex jerġgħu lura 
					lejn pajjiżhom. 
					
					  
					
					
					   L-emigrazzjoni in ġenerali u dik ta’ l-imigrant 
					irregolari hi problema li biex  ikollha soluzzjoni tajba 
					titlob impenn  kbir mis-soċjeta’ li fi ħdanha l-imigranti 
					jienu marru.  Fid-dawl ta’ dan hu importanti ħafna li 
					l-opinjoni pubblika tkun informata dwar il-qagħda vera 
					tal-pajjiż minn fejn ġew l-imigranti, mill-qagħda traġika li 
					fiha sabu ruħhom u mir riskju li jidħlu għalih jekk jerġgħu 
					lura f’pajjiżhom.  Il-miżerja u l-iżventura tagħhom huma 
					raġuni oħra biex bil-qalb kollha wieħed jersaq lejn 
					l-imigranti.   
					
					  
					
					
					   Jeħtieġ ngħassu kontra kull sura ta’ neorazziżżmu jew ta 
					mġieba xenofoba li jwasslu biex dawn ħutna jkollhom ipattu 
					għal xi diffikultajiet tal-qagħda tal-post.   
					
					  
					
					
					   Minħabba l-kobor li kiseb il-fenomenu ta’ l-imigranti 
					irregolari jeħtieġ li l-liġijiet tal-pajjiżi interessati 
					f’dan il-fenomenu, sa fejn jista’ jkun, jiġu adattati wkoll 
					biex ikun hemm tqassim aħjar tal-ħidma għal soluzzjoni 
					xieraq.  Jeħtieġ jiġu evitati regolamenti amministrattivi li 
					jolqtu l-familji b’mod li jiġu mwarrba unġustament persuni 
					li ebda liġi ma tista’ ċċaħħadhom mid-dritt li jgħixu 
					fil-familja tagħhom. 
					
					  
					
					
					   Għandu jingħata ħarsien adatt lil dawk li ħarbu minn 
					pajjiżhom minħabba raġunijiet li mhux imsemmijin 
					f’konvenzjonijiet internazzjonali u jekk jerġgħu lura lejn 
					pajjiżhom isibu ruħhom f’periklu kbir għal ħajjithom. 
					
					  
					
					
					   5.   Inħeġġeġ il-Knejjes partikolari biex iħajru 
					għar-riflessjoni, jagħtu d-direttivi  u tagħrif biex jgħinu 
					lil dawk li jagħmlu ħidma pastorali u soċjali, biex jimxu 
					bil-għaqal f’ħaġa hekk delikata u komplikata. 
					
					  
					
					
					   Meta l-għarfien tal-problema hu influwenzat minn 
					preħudizzji u qagħdiet xenofobi, il-Knisja m’għandiex 
					tonqos  issemma’ l-leħen tagħha ta’ fraternita’ flimkien ma’ 
					għemiel li jagħti xhieda tal-primat ta’ l-imħabba. 
					
					  
					
					
					   F’qagħda mwiergħa bħal din l-importanza kbira ta’ 
					l-għajnuna li tingħata m’għandhiex tnessina li fost dawn 
					l-imigrati rregolari hemm ħafna nsara kattoliċi li spiss 
					għall-ġieħ tal-fidi tagħhom qed ifittxu rgħajja u postijiet 
					fejn  jistgħu jitolbu, jisimgħu l-kelma ta’ Alla, 
					jiċċelebraw il-misteri tal-Mulej .  Hu dmir kull djoċesi 
					tilqa dawn it-tamiet. 
					
					  
					
					
					   Fil-Knisja ħadd m’hu barrani u l-Knisja mhux barranija 
					għall—ebda bniedem u f’ebda post.  Bħala sagrament ta’ 
					l-għaqda, u għalhekk bħala sinjal ta’ qawwa li tiġbor 
					flimkien il-bnedmin kojjha, Il-Knisja hija l-post li fiha 
					l-imigranti llegali wkoll huma magħrufin u milqugħin bħala 
					aħwa. Hu dmir kull djoċesi tuża l-forzi kollha tagħha biex 
					dawn in-nies li qed jgħixu qagħda nieqsa mill-ħarsien 
					tas-soċjeta’ ċivili, isibu sens ta’ fraternita’ 
					fil-komunita’ nisranija. 
					
					  
					
					Is-solidarjeta’ 
					tfisser tidħol għar-responsabbilta’ favur dawk li jinsabu 
					f’xi diffikulta’.  Għan-nisrani l-emigrant mhux sempliċI 
					bniedem li għandek tirrispetta skond in-normi tal-liġI, imma 
					hu persuna li bil-preżenza u bil-ħtiġijiet  tiegħu jimpenja 
					n-nisrani fir-responsabbiltajiet tiegħu.  X’għamiltlu lil 
					ħuk?”  (Cfr Ġen 4, 9).  It-tweġiba ma tingħatax  skond dak 
					lit għid il-liġI imma skond l-ispirtu ta’ solidarjeta’. 
					
					  
					
					   6.    
					Il-bniedem l-iktar meta hu dgħajjef, bl-ebda ħarsien, 
					imwarrab mis-soċjeta’, hu sagrament tal-presżenża ta’ Kristu 
					(Cfr Mt 25, 40, 45).  
					
					“Imma x’qabda nies misħuta li l-liġi ma jafuhiex?” (Ġw 17, 
					49), qalu l-fariżej għal dawk li Ġesu kien jgħin aktar milli 
					kienu jippermettu l-liġijiet tagħhom.  Ġesu ġie jfittex u 
					jsalva lil min kien mitluf (Cfr Lq 19, 10), jiġbor 
					l-imwarrab, l-abbandunat u r-rifjutat mis-soċjeta’. 
					
					  
					
					
					   “Kont barrani u lqajtuni” (Mt 25, 35).  Hu dmir il-Knisja 
					mhux biss li ma tieqaf qatt ixxandar dan it-tagħlim tal-fidi 
					tal-ulej, imma wkoll tgħid liema  hu l-aħjar mod biex 
					iħarsu  akond il-qagħdiet li jinħolqu biż-żminijiet.  
					Illum l-imigrant 
					irregolari jiġi għandna bħala “il-barrani” li fih Ġesu 
					jridna ngħarfuh.  Meta nilqgħuh u nuruh solidarjeta’ naqdu 
					dmir ta’ ospitalita’ u ta’ fedelta’ għall-identita’ tagħna 
					bħala nsara. 
					
					  
					
					   B’dawn 
					ix-xewqat nagħti lill kull min hu mpenjat fil-qasam ta’ l-emigrazzjoni 
					l-barka Appostolika b’rahan ta’ kotra ta’ barkiet mis-sema.  
					 
					
					  
					
					  
					
					   Mill-Vatikan,  
					25 ta’  Lulju  1995,  fis-sbatax-il  sena tal-Pontifikat. 
					
					  
					
					   
					
					
					                                                     
					JOANNES PAULUS pp II  
					
					   |