|
|
IT-TAGĦLIM SOĊJALI TAL-KNISJA KATTOLIKA
“L-hena u t-tama, in-niket u t-tħassib tal-bnedmin tal-lum fuq kollox tal-foqra u ta' dawk kolha li jbatu, huma wkoll il-hena u t-tama, in-niket u t-tħassib tad-dixxipli ta' Kristu, u ma hemm ebda ħaġa li hi tassew tal-bniedem li huma wkoll ma jħossuhiex f'qalbhom.”
Dan kien il-kliem li bih il-Konċilju Vatikan II fetaħ id-dokument importanti tiegħu, Gaudium et Spes li jitratta dwar il-Knisja fid-Dinja tallum.
Id-dimensjoni soċjali fil-messaġġ nisrani kienet sa mill-bidu nett tal-Kristjaneżimu, waħda miż-żewġ pilastri ewlenin li fuqhom tistrieħ il-fidi nisranija. Iżda fiż-żminijiet moderni, il-Knisja ħasset il-ħtieġa li tiġbor it-tagħlim soċjali tagħha f’dokumenti universali li jitrattaw aktar mill-qrib il-kwestjonijiet soċjali li l-umanità tkun għaddejja minnhom fi żminijiet partikolari.
Kien il-Papa Ljun XIII, li fl-1891, bl-enċiklika tiegħu, Rerum Novarum, ta bidu għal din it-tradizzjoni ġdida, li matul is-snin ta’ wara kompliet tikber u tistagħna.
Hija ħasra kbira, li bosta nsara lanqas biss huma konxji minn dan it-teżor ta’ tagħlim soċjali, li fil-ħajja tagħna tallum, iqiegħed fil-prattika dak li Kristu għallem elfejn sena ilu dwar ir-relazzjonijiet tan-nisrani mad-dinja ta’ madwaru.
Sabiex ngħinu xi ftit fit-tixrid tat-tagħrif dwar dan it-teżor tal-Knisja Kattolika, is-Segretarjat għal-Lajċi qiegħed jiġbor f’post wieħed id-dokumenti soċjali kollha tal-Knisja Universal, flimkien ma’ dokumenti relatati oħra. Dawn huma sorsi awtentiċi mill-Maġisteru tal-Knisja Kattolika.
F’paġna oħra, hemm ġabra ta’ riżorsi b’kitbiet, riflessjonijiet u tagħrif ieħor dwar dan is-suġġett. Tista’ tidħol għaliha minn hawn. ... »
Bosta mid-dokumenti fil-lista ta' hawn taħt huma bl-Ingliż. Għalihom ikklikkja fuq l-isem. Fejn ikun possibbli qed nipprovdu wkoll il-verzjoni bil-Malti. Għat-testi bil-Malti, ikklikkja fuq il-bandiera Maltija. ...
Source | Document in English | Bil-Malti | Subject | Date |
Papa Ljun XIII |
|
The condition of Labour. On the rights and duties of capital and labour. |
||
Papa Piju XI |
|
The reconstruction of social order. On the 40th anniversary of Rerum Novarum. |
||
Pope John XXIII |
|
Christianity & Social Progress. 30 years after Quadragesimo Anno and 70 years after Rerum Novarum. |
||
Pope John XXIII |
|
On establishing universal peace in truth, justice, charity and liberty. |
||
Vatican II |
About the Church in the modern world. |
07 Dec 1965 | ||
Pope Paul VI |
On the development of peoples. |
26 Mar 1967 | ||
Pope Paul VI |
- |
On the 80th anniversary of Rerum Novarum. |
14 May 1971 | |
Synod of Bishops |
- |
A reflection by the Synod of Bishops on the mission of the People of God to further justice in the world. |
1971 | |
Pope Paul VI |
- |
On Evangelization in the modern world. |
08 Dec 1975 | |
Pope John Paul II |
On human work. |
14 Sep 1981 | ||
Pope John Paul II |
On the social concerns of the Church. |
30 Dec 1987 | ||
Pope John Paul II |
On the 100th anniversary of Rerum Novarum. |
01 May 1991 | ||
Pope John Paul II |
- | On the value and inviolability of human life. | 25 Mar 1995 | |
Pope John Paul II |
On the relationship between Faith and Reason. |
14 Sep 1998 | ||
Pope Benedict XVI |
- |
On the problems of global development and progress towards the common good, arguing that both Love and Truth are essential elements of an effective response. |
29 Jun 2004 | |
Pontifical Council for Justice and Peace |
- |
A system presentation of the foundations of Catholic social doctrine. |
29 Jun 2004 | |
USA Bishops |
The Challenge of Peace: God's Promise and our Response, Pastoral Letter |
- |
Discussing Justice of War, Peace, Nuclear War, Detererence, Arms Control and World Order. |
1983 |
Santa Sede |
Publikat bħala riżultat tat–talba mfassla mis-Sinodu ta’ l-Isqfijiet li sar f’Ruma fl-1980 dwar is-suġġett “Is-Sehem tal-Familja Nisranija fid-Dinja llum." |
22 Ott 1983 | ||
Conference of Bishops, Latin America |
- |
A number of documents on Justice and Peace |
06 Aug 1968 |