Bil-kliem
tal-anġlu lin-nisa, meħud
mir-rakkont tal-qawmien ta’
Kristu mill-imwiet, kif
imwassal lilna mill-Evanġelista
Luqa, is-Segretarjat
għal-Lajċi jawgura lilek u
lill-insara Maltin kollha,
Għid Qaddis. Jalla lkoll
inkomplu nintebħu li Dak li
lilu qegħdin infittxu, diġà
qiegħed magħna.
Kompli aqra ... >
L-iffriżar
tal-embrijuni umani
... |
|
Fil-Librerija tal-Laikos issib
ukoll ... |
Sorsi
oriġinali,
mill-Kotba Mqaddsa u t-Tagħlim
tal-Knisja
-
Il-Bibbja bil-Malti u b’ilsna oħra...
-
Kitbiet tas-Santi
Padri...
-
Il-Liġi
Kanonika...
-
Dokumenti tal-Konċilji u tal-Papiet...
Riżorsi
oħra
miġbura
skont is-suġġett.
-
Dwar il-Kelma ta’ Alla u
t-tagħlim
nisrani...
-
Dwar is-sejħa
u l-ħajja
ta-nisrani...
-
Dwar l-anġli
u l-qaddisin...
-
Dwar liturġija,
talb u devozzjonijiet...
-
Mill-ħajja
tal-Knisja f’Malta...
Idħol
fil-Librerija > |
|
|
|
|
Il-Lajkat u l-Appostolat
tal-Lajċi:
Teżori u
Ġarar tal-Fuħħar. |
Il-fuħħar huwa don
ta’ Alla u xogħol
il-bniedem flimkien.
U Alla dejjem
jgħaqqad id-don
tiegħu max-xogħol
tal-bniedem. Dan
minkejja d-dgħufija
u d-dnub li hemm
fil-bniedem.
Din kienet it-tema
tal-messaġġ li
Monsinjur Arċisqof
Pawlu Cremona OP
wassal nhar il-Ġimgħa,
9 ta’ Marzu 2012,
lil dawk minġbura
fis-sala tal-Iskola
Santa Monika
f’Birkirkara biex
flimkien ifakkru Jum
il-Lajċi Nsara.
It-tema tad-diskors
kienet imfissra
f’aktar dettal minn
Monsinjur Anton
Gouder, Pro-Vigarju
Ġenerali li wera kif
l-appostolat nisrani
għandu jkun pont li
fuqu jgħaddi Kristu
stess, minn għand
min qed iwettaq l-appostolat
għal għand min qed
jirċevih.
Fil-laqgħa ntwera
dokumentarju qasir
dwar il-Konċilju
Vatikan II, li
fil-11 ta’ Ottubru
ta’ din is-sena
jitfakkar il-50
anniversarju mill-bidu
tiegħu.
Għad-diskors kollu
tal-Arċisqof Pawlu ikklikkja
hawn >
Għad-diskors kollu
ta’ Mons. Gouder ikklikkja
hawn >
Ara dokumentarju
“Il-Konċilju
- 50 Sena
Wara” > |
Is-Sena tal-Fidi ...
Il-Papa Benedittu XVI
ħabbar
Sena ta’ Fidi bejn il-11 ta’ Ottubru
2012 u l-24 ta’ Novembru 2013.
Is-Sena
tal-Fidi hi
sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu
b’mod awtentiku lejn Kristu,
il-Feddej waħdieni tad-dinja.
(Porta Fidei 6)
Illum
tinħass il-ħtieġa għal impenn
ekkleżjali aktar qawwi, għal
evanġelizzazzjoni ġdida sabiex
wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ
tal-fidi u l-entużjażmu biex
jikkomunikaha lill-oħrajn.
(PF 7)
L-istqarrija tal-fidi hi att
personali u komunitarju fl-istess
ħin. Infatti, il-Knisja hi l-ewwel
suġġett tal-fidi.
(PF 10)
Ara d-dokument Porta Fidei > |
Rakkomandazzjonijiet għas-Sena tal-Fidi.
VATICAN, 7 Jannar 2012. Illum is-Santa Sede ppublikat
lista ta’ rakkomandazzjonijiet
pastorali biex jgħinu
ħalli
fll-Knisja Universali tkun
ċelebrata
aħjar
is-Sena tal-Fidi.
Dawn iridu jkunu għodda
f’idejn l-operaturi pastorali
kollha fit-twettieq aħjar
tal-pjan pastorali.
Ikklikkja
> |
|