LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

 

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

JUM IL-LAJĊI NSARA ( 9 ta' Marzu 2012)

IL-LAJKAT NISRANI U L-APPOSTOLAT TAL-LAJĊI

TEŻORI U ĠARAR TAL-FUĦĦAR

Riflessjoni dwar ir-realtà u l-vokazzjoni tal-lajkat fil-Knisja minn Monsinjur Anton Gouder, Pro-Vigarju Ġenerali.

  • Aħna m’aħniex waħedna imma aħna Knisja li fiha ħafna teżori u dgħufijiet.  U aħna parti kemm mit-teżori u kif ukoll mid-dgħufijiet …

  • Bħala evanġelizzaturi rridu nibnu pontijiet ta’ ħbiberija ma’ dawk ta’ madwarna biex Ġesù jkun jista’ jgħaddi minn fuqhom minn għandna għal għandhom. …

  • L-appostolat individwali u fl-għaqdiet huwa teżor għax il-pont li jibni huwa biex minn fuqu jgħaddi Ġesù …

  • Jekk ma nkunux għarkubtejna quddiem Ġesù biex nadurawh, lanqas nistgħu nkunu pont biex minn fuqu jgħaddi Hu …  Bla talb mhemmx appostolat … Nista’ nagħmel xogħol imma mhux appostolat …

  • Il-Knisja hija komunjoni li trid tkun mibnija fuq l-ispiritwalità … fuq djalogu mas-soċjetà … fejn il-formazzjoni hija valur ...

  • Nipproponi għar-riflessjoni u għall-kuraġġ tagħna, vers mill-Iskrittura, “Kunu dejjem lesti biex tagħtu tweġiba lil kull min jitlobkom il-għala tat-tama li għandkom.” (1 Pietru 3:15)

  • Il-vera telfa tal-Knisja mhux in-nuqqas fin-numru tal-attendenza tal-membri tagħha, imma fin-nuqqas ta’ spiritwalità u ta’ rabta mar-rieda ta’ Alla fuq livel personali u bħala Knisja lokali … Dak li hu veru importanti hu l-ħajja nisranija fil-ġenwienità tagħha …

  • Irid ikollna aktar il-Ministeru tas-smigħ u tad-djalogu speċjalment meta ħafna minna għaddejjin ħajja ta’ ġenn bla brejkijiet u bla ebda’ ċans għal xejn …

  • Irid ikollna aktar il-ministeru tal-akkompanjament, mhux sempliċiment laqgħat u attivitajiet, lil diversi kategoriji (tfal, żgħażagħ u familji etc), fuq livel ta’ parroċċi u għaqdiet; akkompanjament fil-mixja ta’ fidi …

  • Irid ikollna il-ministeru tal-fraternità b’mod stabbli …

  • Irid ikollna aktar ħajja Ewkaristika u Sagramentali, mhux biss fil-quddiesa imma wkoll fil-ħajja tagħna …

  • Jekk l-għotja tagħna nfusna tkun aktar sħiħa u kkunsmata, allura nkunu iżjed Knisja fejn il-fuħħar li fih hemm it-teżori tagħna mhux jinkiser iżda jippreserva biex b’hekk inkomplu niżviluppaw ‘il quddiem.

Ikklikkja fuq il-vleġġa ta’ hawn taħt biex tisma' d-diskors kollu ta’ Monsinjur Anton Gouder.

Ikklikkja hawn għad-diskors li għamel Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona OP fl-istess okkażjoni … >

Jekk issib xi diffikulta biex tisma’ dan id-diskors, ikklikkja hawn ... >

 

 


Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org