Messaġġ mill-Isqfijiet
wara r-Referendum dwar id-Divorzju.
Aħna
jidhrilna li f’dawn il-ġranet
ma ngħatatx
biżżejjed
attenzjoni għal
dak li lkoll konna qegħdin
ngħidu:
li hemm bżonn
li lkoll flimkien ninvestu
iktar fiż-żwieġ
u l-familja għaliex
ilkoll naqblu li dan ifisser
l-aħjar
ambjent għall-ġid
tal-koppja fiha nfisha, tat-tfal,
u fl-aħħar
mill-aħħar,
tas-soċjeta’
kollha.
Irridu nsarrfu dawn ix-xewqat
sbieħ
tagħna
f’idejat, f’għemejjel
konkreti li bihom ngħinu
liż-żgħażagħ
tagħna
jidħlu
għaż-żwieġ
b’impenn ikbar, u nsostnuhom
fil-mixja tagħhom
fil-ħajja
miżżewġa.
Aqra l-messaġġ
kollu.
...>
Il-Papa Benedittu XVI lill-Maltin
- "le għall-abort
u d-divorzju."
"Hawn Malta intom tgħixu
f'soċjetà li hi mgħaddsa
fil-fidi u l-valuri Nsara.
Intom għandkom tkunu kburin
li pajjiżkom jiddefendi t-trabi
mhux imweldin u jħeġġeġ
ħajja familjari stabbli
billi jgħid "le" għall-abort
u d-divorzju.
Jien inħeġġiġkom li żżommu
din ix-xhieda kuraġġuża
għall-qdusija tal-ħajja u ċ-ċentralità
taż-żwieġ u tal-ħajja
familjari għal soċjetà b‟saħħitha."
Mid-diskors tal-Papa
Benedittu XVI liż-żgħażagħ
Maltin fil-Waterfront,
Valletta, 18 April 2010.
...>
Librerija ta’ Sorsi u
Riżorsi.
Wieħed
mill-għanijiet ewlenin ta’ dan
is-sit elettroniku huwa li s-Segretarjat
għal-Lajci tal-Arċidjoċesi ta’ Malta
joffri librerija virtwali ta’
għajnuniet li jkunu jistgħu jkunu
wżati mill-operaturi pastorali kemm
saċerdoti u reliġjużi kif ukoll
lajċi.
Tista’
tidħol għaliha billi tikklikkja fuq
LIBRERIJA
li tidher taħt ir-ras ta’ din
il-paġna.
Il-Liberija
toffri żewġ għażliet, f'waħda hemm
lista ta’
SORSI
, li jinkludu il-Bibbja, il-kitbiet
tas-Santi Padri u diversi dokumenti
oħra tal-Knisja.
Fl-oħra hemm ġabra
ta’
RIŻORSI
li
jinkludu kitbiet, studji u
għajnuniet dwar suġġetti diversi.
Idħol fil-Librerija.
…>
|