DIVORZJU –
IVA JEW LE? SKOND MINN LIEMA NUĊĊALI
TĦARES LEJH!
DOMANDA
-
Jekk f’pajjiżna jidħol id-divorzju, allura
nisrani jista’ jerġa jiżżewweġ bil-Knisja?
TWEĠIBA
-
Dan huwa kunċett kompletament żbaljat li
huwa mxerred fost bosta. Il-Katekiżmu
tal-Knisja Kattolika, f’paragrafu 1650 huwa
ċar dwar dan u jgħid:
“Illum, f’ħafna postijiet, huma ħafna l-insara
li qegħdin ifittxu d-divorzju skond
il-liġijiet ta’ pajjiżhom, u jfittxu rabta
ġdida permezz ta’ żwieġ ċivili. Il-Knisja
trid tibqa’ fidila għall-kliem ta’ Ġesù
Kristu: “Min jitlaq lil martu u jiżżewweġ
oħra, jkun ħati ta’ adulterju kontra l-ewwel
waħda, u jekk mara titlaq lil żewġha u
tiżżewweġ ieħor tkun ħatja ta’adulterju”
(Mk 10,11-12); għalhekk ma tistax tqis
bħala valida din l-għaqda ġdida, jekk l-ewwel
waħda tkun valida.
“Jekk divorzjati jiżżewġu ċivilment, isibu
ruħhom f’qagħda li oġġettivament hi kontra
l-liġi ta’ Alla. Għalhekk ma jistgħux jersqu
għat-Tqarbin, sakemm idumu f’din il-qagħda.
“Għall-istess raġuni ma jistgħux jaqdu ċerti
responsabbiltajiet ekklesjali.
Ir-rikonċiljazzjoni permezz tas-sagrament
tal-Penitenza tista’ tingħata biss lil dawk
li jisgħobbihom li kisru s-sinjal tal-Patt u
tal-fedeltà lejn Kristu, u jintrabtu li
jgħixu f’kontinenza sħiħa.”
F'paragrafu 2384 naqraw ...
"Id-divorzju
hu offiża
gravi lil-liġi
naturali. Jippretendi li jħassar
kuntratt aċċettat
liberament miż-żewġ miżżewġin li jgħixu
flimkien sal-mewt.
"Id-divorzju
hu offiża lill-Patt tas-salvazzjoni li
tiegħu ż-Żwieġ
sagrament hu sinjal.
"Rabta
ġdida, ukoll jekk magħrufa mil-liġi ċivili,
iżżid fil-gravità tal-ksur tal-kuntratt: dak
li jerġa’ jiżżewweġ isib ruħu f’qagħda ta’
adulterju pubbliku u permanenti."
|