U l-Verb sar bniedem u
għammar fostna ...
"Kien
fid-dinja,
u d-dinja saret bih,
imma d-dinja ma
għarfitux.
Ġie
f'daru, u niesu ma
laqgħuhx. Imma lil dawk
li laqgħuh tahom is-setgħa
li jsiru wlied Alla, dawk
li jemmnu f'ismu, li
twieldu mhux bid-demm,
anqas mill-ġibda tal-ġisem,
u anqas mir-rieda tal-bniedem,
iżda minn Alla. U l-Verb
sar bniedem u għammar
fostna, u aħna rajna l-glorja
tiegħu." [Ġw:1:11-14]
Jalla
meta llum Hu jitwieled
fostna, aħna nagħrfuh,
nilqgħuh u nemmnu f’ismu
ħalli lilna wkoll
iwellidna mill-ġdid biex
naraw il-glorja tiegħu.
Dawn huma
l-awguri tagħna għal dan
il-Milied u għal tul is-Sena
ta’ Fidi fl-2013.
Omelija ta' Benedittu
XVI fil-lejl tal-Milied
...
Ir-reliġjon
tista’ timrad u hekk
tasal biex tmur kontra
l-iżjed natura profonda
tagħha, meta l-bniedem
jaħseb li għandu jieħu
f’idejh stess il-kawża
ta’ Alla, u jispiċċa
biex jagħmel minn Alla
l-propjetà privata
tiegħu.
...
Aqra
l-Omelija tal-Papa
⇨
Messaġġ
tal-Papa għal Jum il-Paċi 2013
Il-paċi mhix ħolma
...
Il-paċi m’hix ħolma jew xi
utopja; hi possibbli! Il-ħarsa tagħna hemm
bżonn tinżel iktar fil-fond, lil hemm mid-dehra
u l-fenomeni superfiċjali, biex tiddixxerni
realtà pożittiva li teżisti fil-qlub
tal-bnedmin, għax kull raġel u mara ġew maħluqa
fuq ix-xbieha ta’ Alla u huma msejħa jikbru u
jagħtu sehemhom fil-bini ta’ dinja ġdida.
Ara l-messaġġ
kollu
⇨ |