Mill-Ħames Kungress
Kateketiku
Nazzjonali.
q
EMERGENZA
FIDI – GĦALIEX?
Ħ’Attard, 13 Nov
2009:
Ma nistgħux
nibqgħu nindirizzaw
il-problema
tal-katekeżi
bħallikieku kienet
kif se ngħaddu
sillabu ta’ duttrina
jew kif se
nissalvagwardjaw
bil-Kostituzzjoni li
r-reliġjon tibqa’
obbligatorja
fl-iskejjel tagħna.
Ma nistgħux nibqgħu
nindirizzaw
il-katekeżi
indipendentement
mill-komunita’
nisranija li fiha
qed issir
il-katekeżi.
Il-Knisja ma tistax
tibqa’ tagħti
messaġġi doppji u
kontradittorji
lill-ġenerazzjonijiet
tal-lum. Hu
l-impjant kollu kemm
hu li rridu
nindirizzaw. Inkella
nibqgħu sempliċement
nikkuntentaw li
t-tfal qed jagħmlu
l-ewwel tqarbina u
forsi anke l-Griżma
bla ma nkunu qed
ninizjawhom
għall-ħajja
nisranija li hi
ħajja ta’
dixxipulat.
Dan hija biss silta
qasira mid-diskors
ta’ introduzzjoni
għall- Kungress
Kateketiku
Nazzjonali, li fih
d-Delegat
tal-Arċisqof
għal-Katekeżi fisser
it-tema, Emergenza
Fidi – Għaliex?
Ara d-diskors sħiħ.
...ð
q
ĊELLOLI PARROKJALI GĦALL-EVANĠELIZZAZZJONI
Jista' jkun illi
wasal iż-żmien li
nġibu l-Kerygma
qabel il-Katekeżi?
Jista' jkun li wasal
iż-żmien illi
jkollna Katekeżi
Missjunarja u mhux
nibqgħu nikkuntentaw
ruħna sempliċement
illi l-missjoni tkun
wieħed mis-suġġetti
tal-Katekiżmu? Jista'
jkun illi wasal
iż-żmien illi
nippromovu u
niżviluppaw
il-komunita' żgħira
ta' fidi bħala l-ambjent
essenzjali
tal-katekeżi?
Jista' jkun illi
wasal iż-żmien illi
l-istruttura
kateketika tkun
immirata biex
twassal
lill-Imgħammdin biex
jagħrfu r-responsabbilta'
tagħhom li jiffurmaw
dixxipli? Jista'
jkun illi wasal
iż-żmien li nibdew
insejħu
għall-Ministeru ta'
Katekisti mill-komunitajiet
żgħar ta' fidi?
Dawn kienu d-domandi
li bihom Dun Pawl
Fenech, sfida lil
dawk preżenti
għar-riflessjoni
għall-ħames Kunġress
Kateketiku
Nazzjonali, waqt li
tkellem dwar l-Esperjenza
ġdida fis-sistema ta’
Ċelloli Parrokkjali
għall-Evanġelizzazzjoni.
Aqra d-diskors kollu.
...ð
Malli nirċievu d-diskorsi
l-oħra li saru
nippublikawhom
mill-ewwel. |