|
IT-TAGĦLIM SOĊJALI TAL-KNISJA KATTOLIKA
ENĊIKLIĊI U DOKUMENTI SOĊJALI OĦRA TAL-PAPIET
MILL-PAPA LJUN XIII 'L QUDDIEM
“L-hena u t-tama, in-niket u t-tħassib tal-bnedmin tal-lum fuq kollox tal-foqra u ta' dawk kolha li jbatu, huma wkoll il-hena u t-tama, in-niket u t-tħassib tad-dixxipli ta' Kristu, u ma hemm ebda ħaġa li hi tassew tal-bniedem li huma wkoll ma jħossuhiex f'qalbhom.” Dan kien il-kliem li bih il-Konċilju Vatikan II fetaħ id-dokument importanti tiegħu, Gaudium et Spes li jitratta dwar il-Knisja fid-Dinja tallum.
Id-dimensjoni soċjali fil-messaġġ nisrani kien sa mill-bidu nett tal-Kristjaneżimu, waħda miż-żewġ pilastri ewlenin li fuqhom tistrieħ il-fidi nisranija. Iżda fiż-żminijiet moderni, il-Knisja ħasset il-ħtieġa li tiġbor it-tagħlim soċjali tagħha f’dokumenti universali li jitrattaw aktar mill-qrib il-kwestjonijiet soċjali li l-umanità tkun għaddejja minnhom fi żminijiet partikolari.
Kien il-Papa Ljun XIII, li fl-1891, bl-enċiklika tiegħu, Rerum Novarum, ta bidu għal din it-tradizzjoni ġdida, li matul is-snin ta’ wara kompliet tikber u tistagħna.
Hija ħasra kbira, li bosta nsara lanqas biss huma konxji minn dan it-teżor ta’ tagħlim soċjali, li fil-ħajja tagħna tallum, iqiegħed fil-prattika dak li Kristu għallem elfejn sena ilu dwar ir-relazzjonijiet tan-nisrani mad-dinja ta’ madwaru.
ENĊIKLIĊI
Rerum Novarum. Il-Papa Ljun XIII dwar il-kapital u x-xogħol. 15/05/1891. Ara bil-Malti.
Quadragesimo Anno. Il-Papa Piju XI fl-40 anniversarju tar-Rerum Novarum. 15/05/1931. Ara bil-Malti.
Mater et Magistra. Il-Papa Ġwanni XXIII dwar i.t-tagħlim nisrani u l-progress soċjali. Fis-60 anniversarju tar-Rerum Novarum. 15/05/1961. Ara bil-Malti.
Pacem in Terris. Il-Papa Ġwanni XXIII dwar paċi fost il-ġnus kollha mibnija fuq il-verità, il-ġustizzja, l-imħabba u l-libertà. 11/04/1963. Ara bil-Malti.
Populorum Progressio. Il-Papa Pawlu VI dwar l-iżvilupp tal-popli. 27/03/1967. Ara bil-Malti.
Laborem Exercens. Il-Papa Ġwanni Pawlu II dwar ix-xogħol tal-bniedem. Fid-90 anniversarju tar-Rerum Novarum. 14/09/1981. Ara bil-Malti.
Sollicitudo Rei Socialis. Il-Papa Ġwanni Pawlu II fl-20 anniversarju tal-Populorum progressio. 30/12/1987. Ara bil-Malti.
Centesimus Annus. Il-Papa Ġwanni Pawlu II fil-100 anniversarju tar-Rerum Novarum. 01/05/1981. Ara bil-Malti.
Evangelium Vitae. Il-Papa Ġwanni Pawlu II dwar is-siwi u l-invjolabbiltà tal-ħajja tal-bniedem. 25/03/1995. Ara bil-Malti.
Fides et Ratio. Il-Papa Ġwanni Pawlu II dwar ir-relazzjoni bejn il-Fidi u r-Raġuni. 14/09/1998. Ara bil-Malti.
Deus Caritas Est. Il-Papa Benedittu XVI dwar Alla huwa Mħabba. 15/12/2005. Ara bil-Malti.
Caritas in Veritate. Il-Papa Benedittu XVI dwar l-iżvilupp uman sħiħ fl-imħabba u l-verità. 29/06/2009. Ara bil-Malti.
Lumen Fidei. Il-Papa Franġisku dwar id-dawl tal-fidi. 29/06/2013. Ara bil-Malti.
Laudato Si'. Il-Papa Franġisku dwar l-għożża tad-dar komuini, 24/05/2015. Ara bil-Malti.
Fratelli Tutti. Il-Papa Franġisku dwar il-fraternità u l-ħbiberija soċjali. 03/10/2020. Ara bil-Malti.
ITTRI APPOSTOLIĊI
Octogesima Adveniens. Sejħa għal azzjoni. Fit-80 anniversarju tar-Rerum Novarum.
Laudate Deum. Il-Papa Franġisku dwar il-kriżi fil-klima, 04/10/2023. Ara bil-Malti.