| 
																											 "NIXTIEQ KNISJA FQIRA U GĦALL-FQAR"  | 
																										 
																									 
																									
																												 | 
				
				 
				Għaliex il-Papa 
				għażel l-isem Franġisku. 
				
				“Uħud ma jafux għaliex l-Isqof 
				ta’ Ruma xtaq li jkun imsejjaħ Franġisku.   Uħud ħasbu fi 
				Franġisku Saverju, jew Franġisku de Sales, jew ukoll fi 
				Franġisku ta’ Assisi.  Ħa nirrakuntalkom storja.   
				
				"Fl-elezzjoni jiena kelli 
				maġenbi lill-Arċisqof Emeritu ta’ San Paolo, kif ukoll Prefett 
				Emeritu tal-Kongregazzjoni tal-Kleru, il-Kardinal Claudio Hummes.  
				Ħabib kbir, ħabib kbir.  Meta l-affari bdiet issir xi ftit 
				perikoloża, huwa farraġni.  U meta l-voti telgħu għal żewġ terzi, 
				kien hemm l-applaws tas-soltu għax kien elett il-Papa. Huwa 
				għannaqni, biesni, u qalli, “Tinsiex, il-fqar.”   
				
				"U dik il-kelma daħlet 
				hawn (f’moħħi); il-fqar, il-fqar.  Imbagħad, mill-ewwel, 
				f’relazzjoni mal-fqar ħsibt fi Franġisku ta’ Assisi.  Imbagħad 
				ħsibt fil-gwerrer, waqt li għadd tal-voti kompla għaddej, sakemm 
				ingħaddew il-voti kollha.   
				
				"U Franġisku huwa 
				il-bniedem tal-paċi.  U dan hu kif dan l-isem daħal f’qalbi,  
				Franġisku ta’ Assisi.  Hu għalija, il-bniedem tal-faqar, 
				il-bniedem tal-paċi, il-bniedem li jħobb u jħares il-ħolqien.  
				F’dan il-mument, anke aħna għandna relazzjoni mal-ħolqien li ma 
				tantx hija tajba, mhux hekk?  U l-bniedem li jagħti dan l-ispirtu 
				ta’ paċi – il-bniedem fqir.   
				
				"Kemm nixtieq ikollna 
				Knisja fqira u għall-fqar!" 
				
				  
				
				Waqt laqgħa mal-media, 16 ta’ Marzu 2013.  |