| 
																												  
 Wara li d-Djaknu temm jaqra l-Evanġelju fejn San Ġwann jirrakonta l-ħasil tar-riġlejn tad-dixxipli minn Ġesù, il-Papa Franġisku għamel din l-Omelija qasira. 
																												  
																												Din (ix-xena) hija kommoventi. Ġesù jaħsel saqajn id-dixxipli.  Pietru ma jifhem xejn, jirrifjuta.  Imma Ġesù spjegalu. Ġesù – Alla – għamel dan! U Hu stess spjega lid-dixxipli: “Fhimtu x’għamiltilkom? Intom issejħulu Mgħallem u Mulej, u tagħmlu sewwa, għax hekk jien.  Għalhekk jekk jiena l-Imgħallem u l-Mulej, ħsiltilkom saqajkom, anke intom għamlu kif għamilt jien.” (Ġw 13:12-15)   
																												Dan hu l-eżempju tal-Mulej: Hu l-aktar wieħed importanti, u jaħsel is-saqajn, għaliex fostna dak li huwa l-ogħla għandu jkun għas-servizz tal-oħrajn. U dan huwa eżempju, huwa sinjal, mhux hekk?  Taħsel is-saqajn, jfisser “jiena qiegħed għas-servizz tiegħek”. U anke aħna, fostna, mhux li rridu naħslu s-saqajn xulxin kuljum, imma x’ifisser dan?  Li rridu ngħinu lil xulxin, wieħed lill-ieħor.  Ġieli rrabjajt ma’ wieħed jew mal-oħra …  ħalliha tgħaddi, ħalliha tgħaddi u jekk jitolbok pjaċir, għamlu.   
																												Għinu lil xulxin, wieħed lill-ieħor: dan għallimna Ġesù u dan, dan li nagħmel jien, li nagħmlu mill-qalb, għax huwa dmir tiegħi.  Bħala qassis u bħala isqof irrid inkun għas-servizz tagħkom.   Imma huwa dmir li nagħmlu mill-qalb: inħobbu. Dan inħobbu u nħobb nagħmlu għaliex il-Mulej hekk għallimni.  Imma anke intom, għinu lil xulxin, għinu lil xulxin dejjem. Wieħed lill-ieħor.. U hekk, ngħinu lil xulxin, nagħmlu l-ġid lil xulxin. 
																												Issa nagħmlu din iċ-ċerimonja tal-ħasil tas-saqajn u naħsbu, kull wieħed minna jaħseb, “Jiena tassew lest, lest naqdi u ngħin lill-ieħor?”  Naħsbu dan biss.  U naħsbu li dan is-sinjal huwa tmellisa minn Ġesù, li Ġesù jagħmel, għaliex Ġesù ġie propju għalhekk: biex jaqdi, biex jgħinna. 
																												   |