LAIKOS

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi, Malta

Ikkuntatjana

Siti Oħra

Ħinijiet tal-Quddies

Next TV

CTV

Arkivju tal-Laikos

Facebook tal-Laikos

Fittex Fil-Laikos

Forum / Blog

Xi punti għar-riflessjoni wara ż-Żjara tal-Papa fl-Art Imqaddsa

Mumenti storiċi li d-dinja qatt ma rat bħalhom u li aħna kellna l-grazzja narawhom iseħħu.

Mill-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana, Oecumenica 9/2014, 28 ta' Mejju 2014.  Stampa t-test

1. Il-qawwa tal-ġesti ta’ Papa Franġisku

Il-ġesti, spiss, huma aqwa mill-kliem...

Meta waqaf u poġġa rasu mal-ħajt tal-konkrit f’Betlehem, ħajt li jifred żewġ popli u jagħmel il-ħajja ta’ poplu minnhom aktar diffiċli.  Ikklikkja hawn ⇨ Ritratt 1, Ritratt 2, Ritratt 3.

It-tgħanniqa mal-Patrijarku ta’ Kostantinopli, Bartilmew. Ritratt.

It-tgħanniqa mar-Rabbi u mal-Imam ħdejn il-Ħajt tat-Tempju (“Wailing wall”).  Ritratt.

Il-Papa, meta żar Yad Vashem (il-monument li jfakkar l-Olokawst), bies idejn xi Lhud li għaddew mill-esperjenza tal-kampijiet tal-konċentrament fit-Tieni Gwerra Dinjija. Ritratt.

 

2. Id-diskorsi tal-Papa li għandhom tema ekumenika

Papa Franġisku huwa lest jiddiskuti mal-Ortodossi kif jista’ jeżerċita l-missjoni tiegħu bħala Isqof ta’ Ruma billi jkun qaddej tal-komunjoni mal-Knejjes mifrudin.

Meta Nisrani jxerred demmu għal Kristu bħala martri, ma hemmx demm Kattoliku jew demm Ortodoss... Hemm biss demm Nisrani!

Tista' taqra d-Diskorsi kollha tal-Papa Franġisku bil-Malti fuq is-sit Laikos ikklikkja hawn

3. Id-Dikjarazzjoni konġunta bejn Papa Franġisku u l-Patrijarka Bartilmew.

Ara: DIKJARAZZJONI KONĠUNTA BIL-MALTI FIL-LAIKOS

4. Il-Papa u l-Patrijarka Ortodoss talbu flimkien.

Kien hemm bosta mumenti meta rajna dan permezz tal-media, speċjalment fis-Santu Sepulkru.  Ritratt.