LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

Knisja tal-poplu jew ta’ minoranza pura?

Benedittu XVI u l-Kardinal Bergoglio dwar Knisja tal-poplu jew ta’ minoranza pura?

 

Il-Kardinal Bergoglio u Isqfijiet oħra mill-Arġentina kienu taw odnijiet lill-kleru tagħhom biex lil dawk li juru x-xewqa li jitgħammdu, għandhom jgħammduhom anke jekk dawn ma jkunux Kattoliċi prattikanti. “Aħjar Knisja tal-poplu milli Knisja tal-puri”.

Dan kien rapurtat minn Sandro Magister f’artiklu tiegħu fit-30 ta’ Novembru 2009 fis-sit elettroniku www.chiesa.espressonline.it.  Huwa jgħid li sa mill-2002, id-djoċesi ta’ Buenos Aires kienet diġà publikat rakkomandazzjonijiet urġenti lill-kappillani biex il-Magħmudija ma tinżammx la lit-tfal u lanqas lill-adulti jekk dawn juru x-xewqa li jkunu mgħammda.

F’intervista li kien ta lill-magazin internazzjonali “30 Days”, il-Kardinal Bergoglio kien qal li s-sagramenti huma għall-ħajja tal-irġiel u n-nisa kif huma.  Dawn mhumiex kapaċi jagħmlu diskorsi kbar, imma s-sensus fidei tagħhom jaħfen ir-realtà tas-sagramenti b’mod aktar ċar minn ħafna speċjalisti.

L-artikolista kien kiteb li din hija parti minn argument antik bejn dawk li jħarsu lejn il-Knisja bħala waħda tal-elite, minoranza pura, jew Knisja tal-massa, mimlija wkoll b’dak il-baħar immens ta’ bnedmin li għalihom il-Kristjaneżmu jikkonsisti minn ħwejjeġ sempliċi.

Anke l-Papa Benedittu jaqbel ...

Fis-6 ta’ Awwissu 2006, waqt laqgħa mal-kleru ta’ Bressanone, il-Papa Benedittu XVI kien qal, “Meta kont iżgħar kont aktar sever. Kont ngħid: Is-sagramenti huma sagramenti tal-fidi, u fejn mhemmx fidi, fejn mhemmx prattika ta’ fidi, allura dawn ma jistgħux ikunu mogħtija.  Biż-żmien irrealizzajt li aktar għandna nimxu fuq l-eżempju tal-Mulej, li kien miftuħ ħafna man-nies emarġinati ta’ Iżrael ta’ żmienu.  Kien Mulej ta’ ħniena, miftuħ ħafna mal-midinbin, jilqagħhom jew iħallihom jistednuh għall-ikel magħhom, jiġbidhom lejh f’għaqda miegħu.”

 

Ara l-artiklu kollu

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org      

 Link