Mejju 2016

02. Il-persekuzzjonijiet, kbar jew żgħar, huma l-prezz tax-xhieda Nisranija.

03. Ġesù huwa t-triq imma ħafna Nsara jgħixu qishom mummji jew vagabondi.

09. L-Ispirtu s-Santu jagħmilna nsara veri mhux insara “virtwali”.

10. Il-missjunarju hu dak li “jaħli” ħajtu għal-Ġesù.

12. L-insara jaħdmu għall-għaqda, min jiżra’ s-sikrana jifred.

17. Il-flus u l-poter iħammġu l-Knisja, mhemmx post għal min irid ifittex karriera.

19. L-għonja li jisfruttaw il-ħaddiema huma sangisugi u qed jagħmlu dnub mejjet.

20. Lill-midinbin għandna nifhmuhom imma qatt m’għandna nagħmlu kompromessi mal-verità.

23. Il-veru ferħ itihulna Ġesù mhux il-ġid materjali.

24. Il-qdusija hija tama mimlija kuraġġ, pass pass kull jum li jgħaddi.

30. Il-Knisja hi ħielsa fil-profezija imma meta tkun magħluqa fil-gaġġa tal-liġijiet tagħmel biss skjavi.

31. In-Nisrani jaqdi mill-ewwel u bil-ferħ mingħajr ma joqgħod iqarras wiċċu.