LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

 

 


Ir-Riżenja ta’ Papa hija dritt u f’ċerti ċirkustanzi obbligu tiegħu

Il-Papa Benedittu XVI qatt ma warrab il-possibiltà ta’ riżenja. Fl-2002, meta bosta kienu qed jitkellmu dwar l-eventwalità li Ġwanni Pawlu II jirriżenja, il-Papa preżenti, dak iż-żmien il-Kardinal Ratzinger, bħala l-eqreb kollaboratur ta’ Karol Wojtyla u bħala Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, kellu jiffaċċja l-possibiltà ta’ tali riżenja minħabba mard u nuqqas ta’ saħħa.

Imma anke meta huwa stess sar papa, fil-ktieb intervista, “Luce del mondo”, publikat fl-2010, meta mistoqsi mill-ġurnalista Peter Seewald, huwa ddikjara, “Meta Papa jasal biex jagħraf b’mod ċar li m’għadux aktar fi stat fiżiku, psikoloġiku u mentali li jkompli jwettaq ix-xogħol afdat lilu, allura għandu d-dritt, u f’ċerti ċirkustanzi anke l-obbligu li jiddimetti.”

Fl-2010 u dakinhar diġà ta’ 83 sena, Benedittu XVI stqarr li kien qed iħoss sewwa il-piż tar-responsabiltà tax-xogħol enormi tal-pontifikat. Qal, “Nafda fil-fatt li Alla fit-tieba tiegħu jagħtini l-forza meħtieġa biex inwettaq dan ix-xogħol. Imma qed nintebah li l-forzi bdew imorru.”

 

 

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org      

 Link