LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

BENEDITTU XVI JIRRIŻENJA

Belt tal-Vatikan_ 11 Far 2013:  Benedittu XVI se jħalli l-Pontifikat mit-28 ta’ Frar. Dan qalu huwa stess dalgħodu waqt il-konċistorju għall-kanonizzazzjoni tal-martri ta’ Otranto. Il-Papa spjega li qed iħoss il-piż tal-kariga tiegħu u li mmedita ħafna dwar din id-deċiżjoni u li wasal għaliha għall-ġid tal-Knisja. Il-Papa tkellem dwar l’ingravescentem aetatem jiġifieri l-età avvanzata bħala waħda mir-raġunijiet tar-riżenja tiegħu. Id-deċiżjoni tal-Papa, mogħtija bil-Latin quddiem il-kulleġġ kardinalizju u d-dar Pontifiċja miġbura għal konċistorju ntlaqgħet b’ħasda u silenzju kbir. Il-Papa tkellem b’mod seren imma deher għajjien.  

"Konxju mill-gravità ta’ dan l-att, b’libertà sħiħa, niddikkjara li nirrinunzja għall-ministeru ta’ Isqof ta’ Ruma, Suċċessur ta’ Pietru mogħti lili mill-Kardinali fid-19 ta’ April 2005” – Hekk qal Benedittu XVI li radd ħajr minn qalbu għall-imħabba u l-ħidma tal-kardinali li għenuh iġorr il-piż tal-ministeru tiegħu u talab maħfra għad-difetti tiegħu kollha.

Saħħet il-Papa sejra lura anke minħabba l-età avvanzata tiegħu. Benedittu XVI semma t-28 ta’ Frar bħala t-tmiem tal-pontifikat tiegħu u talab li jitlaqqa’ konklavi għall-elezzjoni tas-suċċessur tiegħu. Is-Sede Vacante tibda mit-8pm tat-28 ta’ Frar.  Padre Federico Lombardi, id-direttur tas-Sala Stampa tal-Vatikan qal li anke huma nħasdu b’din l-aħbar. F’konferenza li sejjaħ ftit wara huwa qal li huwa probabbli li f’Marzu jkollna l-Papa ġdida.

Il-Kardinal Angelo Sodano li huwa d-dekan tal-kulleġġ kardinalizju kkummenta d-deċiżjoni tal-Papa bħala sajjetta fil-bnazzi. Intant l-aġenziji tal-aħbarijiet tad-dinja kollha qed jirrappurtaw din l-aħbar li tassew ma kinitx mistennija.

(Ħajr lil Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.)

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org      

 Link