Fil-filmat qasir, l-Isqof
Donal Murray, li jippresiedi
l-Grupp Konsultattiv
tal-Konferenza Episkopali Irlandiża dwar
il-Bioetika, jitkellem fuq
id-dokument
“Dignitatis Personae”,
li fih il-Kongregazzjoni għad-Duttrina
tal-Fidi tittratta fost l-oħrajn
dwar l-iffrizar
tal-embrijuni umani.
Il-fuħħar huwa don
ta’ Alla u xogħol
il-bniedem flimkien.
U Alla dejjem
jgħaqqad id-don
tiegħu max-xogħol
tal-bniedem. Dan
minkejja d-dgħufija
u d-dnub li hemm
fil-bniedem.
Din kienet it-tema
tal-messaġġ li
Monsinjur Arċisqof
Pawlu Cremona OP
wassal nhar il-Ġimgħa,
9 ta’ Marzu 2012,
lil dawk minġbura
fis-sala tal-Iskola
Santa Monika
f’Birkirkara biex
flimkien ifakkru Jum
il-Lajċi Nsara.
It-tema tad-diskors
kienet imfissra
f’aktar dettal minn
Monsinjur Anton
Gouder, Pro-Vigarju
Ġenerali li wera kif
l-appostolat nisrani
għandu jkun pont li
fuqu jgħaddi Kristu
stess, minn għand
min qed iwettaq l-appostolat
għal għand min qed
jirċevih.
Fil-laqgħa ntwera
dokumentarju qasir
dwar il-Konċilju
Vatikan II, li
fil-11 ta’ Ottubru
ta’ din is-sena
jitfakkar il-50
anniversarju mill-bidu
tiegħu.
Bħala għajnuna sabiex
il-Kelma ta’ Alla tkun aktar
preżenti fil-ħajja tagħna,
qed nipprovdu ħolqa
għall-filmat dwar il-ġrajja
u t-tagħlim ta’ Ġesù Kristu
kif imwassla lilna minn San
Ġwann.
Dan il-film li huwa
bl-Ingliż huwa mqassam fi
tmintax-il episodju ta’
anqas minn ħmistax-il minuta
‘l waħda u għalhekk jista’
joffri opportunità ta’
riflessjoni u talb wara kull
taqsima. Ma uħud mill-episodji
qed noffru għajnuniet
bil-Malti għal riflessjoni u
talb relatati mat-taqsima.
Stħajjel li flimkien
ma xi persuni oħra,
inti tkun mistieden
tgħaddi xi jiem
fis-skiet ta’
monasteru
fil-kampanja. La
titkellmu, bla radju, televiżjoni
u ġurnali.
La internet u lanqas
komputer.
Il-Papa Benedittu XVI
ħabbar
Sena ta’ Fidi bejn il-11 ta’ Ottubru
2012 u l-24 ta’ Novembru 2013.
Is-Sena
tal-Fidi hi
sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu
b’mod awtentiku lejn Kristu,
il-Feddej waħdieni tad-dinja.
(Porta Fidei 6)
Illum
tinħass il-ħtieġa għal impenn
ekkleżjali aktar qawwi, għal
evanġelizzazzjoni ġdida sabiex
wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ
tal-fidi u l-entużjażmu biex
jikkomunikaha lill-oħrajn.
(PF 7)
L-istqarrija tal-fidi hi att
personali u komunitarju fl-istess
ħin. Infatti, il-Knisja hi l-ewwel
suġġett tal-fidi.(PF 10)
VATICAN, 7 Jannar 2012. Illum is-Santa Sede ppublikat
lista ta’ rakkomandazzjonijiet
pastorali biex jgħinu
ħalli
fll-Knisja Universali tkun
ċelebrata
aħjar
is-Sena tal-Fidi.
Dawn iridu jkunu għodda
f’idejn l-operaturi pastorali
kollha fit-twettieq aħjar
tal-pjan pastorali.