Il-Papa Benedittu XVI
ħabbar
Sena ta’ Fidi bejn il-11 ta’ Ottubru
2012 u l-24 ta’ Novembru 2013.
-
Is-Sena
tal-Fidi hi
sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu
b’mod awtentiku lejn Kristu,
il-Feddej waħdieni tad-dinja.
(Porta Fidei 6)
-
Illum
tinħass il-ħtieġa għal impenn
ekkleżjali aktar qawwi, għal
evanġelizzazzjoni ġdida sabiex
wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ
tal-fidi u l-entużjażmu biex
jikkomunikaha lill-oħrajn.
(PF 7)
-
L-istqarrija tal-fidi hi att
personali u komunitarju fl-istess
ħin. Infatti, il-Knisja hi l-ewwel
suġġett tal-fidi.
(PF 10)
Ħamsin
sena mill-bidu tal-Konċilju Vatikan
II ... |
Is-Sena ta’ Fidi se tibda fil-11 ta’
Ottubru 2012, li jkun il-ħamsin
anniversarju tal-bidu tal-Konċilju
Vatikan II. Il-Papa Benedittu XVI,
fid-dokument Porta Fidei kiteb
hekk:-
“Deherli li l-fatt li s-Sena tal-Fidi
ser tkun fl-istess żmien li fih inkunu
qed infakkru l-ħamsin anniversarju
mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II,
jipprovdilna opportunità tajba biex
ngħinu lin-nies jifhmu li, kif kien
jgħid il-Beatu Ġwann Pawlu II, it-testi
li ħallewlna l-Padri Konċiljari, ma
tilfu xejn mill-valur u l-ġmiel tagħhom.
Jeħtieġ li jinqraw b’mod korrett, li
jkunu magħrufa u li wieħed jgħożżhom
bħala kitba importanti u normattiva
tal-Maġisteru, fit-Tradizzjoni
tal-Knisja….
Inħossni fid-dmir aktar
minn qatt qabel li nuri l-Konċilju bħala
grazzja kbira mogħtija lill-Knisja
tas-seklu għoxrin: fihom insibu l-boxxla
li turina x’direzzjoni għandna nieħdu
f’dan is-seklu li qed jibda.”
(par. 4)
Ara d-dokumenti tal-Konċilju
bil-Malti
Ara dokumentarju dwar il-Konċilju
Vatikan II
Għoxrin sena mill-publikazzjoni
tal-Katekiżmu tal-Knisja ... |
Id-data
tal-11
ta’ Ottubru 2012
taħbat
ukoll id-data tal-għoxrin anniversarju
tal-pubblikazzjoni tal-Katekiżmu
tal-Knisja Kattolika, imniedi
mill-Predeċessur tiegħi, il-Beatu Ġwanni
Pawlu II, li ried juri lill-fidili
kollha l-qawwa u l-ġmiel tal-fidi. Dan
id-dokument, frott awtentiku
tal-Konċilju Vatikan II, kien mitlub
mis-Sinodu Straordinarju tal-Isqfijiet
fl-1985 biex ikun għodda fil-qadi
tal-katekżi
u sar f’kollaborazzjoni mal-isqfijiet
kollha tal-Knisja Kattolika.
Ara l-Katekiżmu
tal-Knisja Kattolika
u l-Kompendju tal-Katekiżmu