LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

Fittex fil-Laikos

 

 

Tifsira tal-Quddiesa

44 filmat qasir b’tifsira dettaljata ta’ kull parti tal-quddiesa.

Produzzjoni tal-Kummissjoni Liturġika ta’ Ħaż-Żabbar.

Ikklikkja


Ħamsin Sena Wara ...

Id-dokument tal-Konċilju dwar ir-Rivelazzjoni Divina, Dei Verbum.

Fl-okkażjoni ta’ għeluq il-50 sena mill-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II u b’rabta mas-Sena tal-Fidi, Radju Marija qed ixandar sensiela ta’ programmi fuq il-Kostituzzjoni Dommatika, Dei Verbum dwar ir-Rivelazzjoni Divina. Jixxandru fuq Radju Marija (FM 102.30) kull nhar ta' Ħamis bejn it-8.00 u d-9.00 ta' filgħaxija matul ix-xhur ta' Jannar - Marzu 2013.

Isma r-rekording tal-programmi li saru s'issa


Vatikan II - Ħamsin Sena Wara

Dokumentarju dwar il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, fil-50 sena mill-ftuħ tiegħu.

Ikklikkja

Il-Wirt tal-Konċilju fid-Dokumenti

Id-Dokumenti tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Programmi ta’ diskussjoni fuq Radju Marija.

Ikklikkja

Serata Kommemorattiva fis-Seminarju

II-Ħamsin Sena tal-Konċilju Vatikan II.

Professur Edward Farrugia S.J., mill-Istitut Pontifiċju Orjentali f’Ruma, Il-Konċilju Vatikan II: it-tqassim tad-doni, it-tkattir tal-ġid.

Patri Herman Mizzi OCD, li kien preżenti fil-Konċilju bħala espert teoloġiku, se jitkellem dwar l-Esperjenza tal-Konċilju: Aneddoti mill-Konċilju: l-aspett uman tal-Konċilju.

Ikklikkja


L-Istoriku Għawdxi, Mons. Joe Bezzina jgħid x'wassal għall-Konċilju Ekumeniku Vatikan u x'seħħ matulu.

Ikklikkja


Mixja oħra mal-Kelma ta’ Alla.

Kull nhar ta’ Ġimgħa, matul ix-xhur ta’ April, Mejju u Ġunju, is-Segretarjat għal-Lajċi se jorganizza laqgħat ta’ Lectio Divina, din id-darba b’siltiet meħuda mill-Evanġelju skont San Ġwann.  Il-laqgħat isiru kollha fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Floriana u jkunu bejn is-6.30 u t-8.00 ta’ filgħaxija. 

In-numru ta’ postijiet huwa limitat ħafna u għalhekk min jixtieq jieħu sehem huwa mitlub jinfurmana  malajr. Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas madankollu kull min jixtieq jattendi huwa mitlub biex jagħmel dan b’impenn u kemm jista’ jkun jattendi regolarment.

Iktbilna email fuq:- lajci@maltadiocese.org


Ġimgħa Ekumenika ...

Is-Sibt, 26 Jannar 2013: Issa li ntemmet iI-ġimgħa ta' talb ghall-għaqda fost l-Insara, il-Kummissjoni Ekumenika Maltija wasslitilna silta mid-diskors tal-QT il-Papa Benedittu XVI qabel l-Angelus tal-20 ta' Jannar, kif ukoll l-Omelija waqt l-Ghasar li sar fil-Bażilika ta’ San Paolo fuori le mura, nhar il-25 ta' Jannar.

Ikklikkja

Il-Ħamis, 31 ta' Jannar 2013, fis-6.30pm, il-Grupp Christians Together in Malta ser jorganizza laqgħa pubblika ta’ djalogu dwar inizjattivi ta' ħidma ekumenika fl-Art Imqaddsa. Post: St Andrew's Scots' Church, Valletta -- dhul minn 210, Triq l-Ifran.

Ikklikkja

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org