BENEDITTU
XVI JIRRIŻENJA
Belt
tal-Vatikan_
11 Far 2013:
Benedittu
XVI se
jħalli l-Pontifikat
mit-28 ta’
Frar. Dan
qalu huwa
stess
dalgħodu
waqt
il-konċistorju
għall-kanonizzazzjoni
tal-martri
ta’ Otranto.
Il-Papa
spjega li
qed iħoss
il-piż
tal-kariga
tiegħu u li
mmedita
ħafna dwar
din id-deċiżjoni
u li wasal
għaliha
għall-ġid
tal-Knisja.
Il-Papa
tkellem dwar
l’ingravescentem
aetatem jiġifieri
l-età
avvanzata
bħala waħda
mir-raġunijiet
tar-riżenja
tiegħu. Id-deċiżjoni
tal-Papa,
mogħtija bil-Latin
quddiem
il-kulleġġ
kardinalizju
u d-dar
Pontifiċja
miġbura għal
konċistorju
ntlaqgħet
b’ħasda u
silenzju
kbir.
Il-Papa
tkellem
b’mod seren
imma deher
għajjien.
Kompli aqra
⇨
Ir-Riżenja
ta’ Papa
hija dritt u
f’ċerti
ċirkustanzi
obbligu
tiegħu
Il-Papa
Benedittu
XVI qatt ma
warrab
il-possibiltà
ta’ riżenja.
Fl-2002,
meta bosta
kienu qed
jitkellmu
dwar l-eventwalità
li Ġwanni
Pawlu II
jirriżenja,
il-Papa
preżenti,
dak iż-żmien
il-Kardinal
Ratzinger,
bħala l-eqreb
kollaboratur
ta’ Karol
Wojtyla u
bħala
Prefett
tal-Kongregazzjoni
għad-Duttrina
tal-Fidi,
kellu
jiffaċċja l-possibiltà
ta’ tali
riżenja
minħabba
mard u
nuqqas ta’
saħħa.
Kompli aqra
⇨
Il-Konklavi
għat-28
ta’ Frar
...
Wara li
l-Papa
Benedittu
XVI
nnifsu
ħabbar
li ser
jirriżenja
fit-28
ta’ Frar
2013,
fit-8.00
ta’
filgħaxija,
l-uffiċċju
stampa
tal-Vatikan
qal li
dakinhar
stess se
jibdew
il-konklavi
biex
ikun
magħżul
il-papa
l-ġdid.
Joseph
Ratzinger
mhux se
jieħu
sehem
f’dawn
il-konklavi
u mar-riżenja
tiegħu
huwa se
jmur
għal xi
żmien
fir-residenza
papali
f’Kastell
Gandolfo.
Wara
huwa se
jagħmel
żmien ta’
talb u
riflessjoni
fil-monasteru
tas-sorijiet
tal-klawsura
li hemm
fil-Vatikan
stess.
"Naċċettaw
iċ-ċokon
tagħna,
il-kundizzjoni
tagħna."
Benedittu
XVI
"Għeżież ħuti,
ngħixu
bil-fidi
jfisser
nagħrfu l-kobor
ta’ Alla u
naċċettaw
iċ-ċokon
tagħna,
il-kundizzjoni
tagħna ta’
ħlejjaq, u
nħallu
lill-Mulej
jiksiha
bl-imħabba
tiegħu,
u b’hekk
jogħla ’l
fuq il-veru
kobor tagħna.
Il-ħażen,
bit-toqol
tiegħu ta’
wġigħ
u tbatija,
hu misteru
li jiddawwal
mill-fidi,
li tagħtina
ċ-ċertezza
li nistgħu
ninħelsu:
iċ-ċertezza
li hi ħaġa
tajba li
tkun bniedem.”
Benedittu
XVI fis-6 ta'
Frar 2013
Ara
d-diskors
kollu ⇨ |