Talbiet Universali għal Ħadd
il-Kelma ta’ Alla
Ċelebrant
Ħuti għeżież, f’Ibnu Ġesù l-Missier
lissen lill-bnedmin l-isbaħ
kelma tiegħu: wara l-kliem li
ħabbru l-profeti, huwa l-Kelma
li ġiet imlissna darba għal
dejjem għas-salvazzjoni tagħna.
Hekk hu jsejħilna biex inkunu
ħbieb tiegħu. B’radd ta’ ħajr
għal din il-grazzja, nittallbu
l-ħniena tiegħu u ngħidulu:
Agħti widen, Missier, għat-talba
tagħna.
Lettur
Għall-Knisja universali u
għall-Knisja fid-Djoċesi tagħna:
biex il-Kelma ta’ Alla tagħti l-ħajja
u twieżen kull azzjoni pastorali
u ta’ evanġelizzazzjoni. Nitolbu.
(jew)
Għall-Papa Franġisku,
għall-Isqof N.N. u
għall-isqfijiet kollha: biex
fil-ministeru tagħhom iħallu
dejjem iżjed tnebbaħhom ix-xbieha
ta’ Kristu ragħaj u ħabbar
tal-Kelma li jħares u jitma’
lill-merħla tiegħu. Nitolbu.
Għaż-żgħażagħ: biex fil-qari ta’
spiss tal-Iskrittura Mqaddsa
jistgħu jiltaqgħu ma’ Kristu l-Imgħallem,
li bl-għerf tiegħu jdawwal,
jisfida u jsieħeb lil kull
dixxiplu. Nitolbu.
Għal dawk kollha li huma
mġarrbin minħabba l-mard,
il-faqar u s-solitudni: biex l-Iskrittura
Mqaddsa tidwi għalihom bħala
Kelma li tfejjaq, li toħloq
komunjoni u li ssalva. Nitolbu.
Għall-katekisti u dawk kollha li
jħabirku għall-evanġelizzazzjoni:
biex jgħixu l-ħidma tagħhom ta’
edukaturi fil-Knisja billi
jgħinu lil kull persuna,
mit-tfal sal-adulti, u jikbru
fil-familjarità mal-Kelma ta’
Alla. Nitolbu.
Għal dawk kollha li fil-fidi
jagħrfu lil Kristu: biex,
imdawrin mal-Iskrittura Mqaddsa,
jiskopru mill-ġdid il-ferħ
tal-fidi waħda fil-Verb ta’ Alla
magħmul bniedem. Nitolbu.
Għall-fidili kollha: biex
iniżżlu l-għeruq tal-fidi
tagħhom dejjem iżjed fl-Iskrittura
Mqaddsa, permezz tat-talb
liturġiku, tal-meditazzjoni
personali u tal-lectio divina.
Nitolbu.
Ċelebrant
O Missier, f’Ibnek Ġesù aħna
għarafna l-kobor ta’ mħabbtek
għalina. Agħmel li l-Ispirtu
jiftħilna widnejna għas-smigħ
ubbidjenti tal-Kelma u jnebbaħ
l-azzjonijiet tagħna skont
ir-rieda tiegħek. Bi Kristu
Sidna.
|