Talba lil Ġesù konċeput fil-ġuf ta’ Marija
Ġesù, Verb etern,
imnissel mill-Missier qabel iż-żmien,
u mwieled fiż-żmien minn Marija Verġni:
jien nimmeditak magħluq
f’dak il-ġisem femminili mill-aktar teneru,
li minnu ssawret l-umanità tiegħek.
Nimmedita l-bidu divin
preżenti f’dawk l-ewwel mumenti
li fihom jibda jiġi ffurmat il-ġisem tiegħek,
dak il-ġisem li kellu jitwieled, imut u jirxoxta
għas-salvazzjoni tad-dinja.
Quddiemek, Ġesù,
li tikber fil-ġuf ta’ Bint il-bniedem,
inressaq lil dawk l-imnisslin kollha
li fil-kenn tal-ġuf ta’ ommijiethom,
imqanqlin mir-ruħ spiritwali li ma tinqeridx,
qegħdin jikbru u jersqu lejn il-jum tat-twelid tagħhom.
Ġesù Mnissel fil-Ġuf!
Nitolbok: imla lill-ommijiet u lill-missirijiet
bi mħabba u ferħ għal dawk l-innoċenti li ser jitwieldu.
Amen.
_____________
Fis-Solennità tat-Tnissil ta' Ġesù fil-Ġuf ta' Marija. Talba ddedikata lill-ommijiet kollha li qegħdin jistennew tarbija, speċjalment fi żmien il-pandemija tal-Corona Virus. Mill-Komunità Anawin flimkien mal-Voluntiera ta' Dar Ġużeppa Debono. 25 ta' Marzu 2020.