Laikos

 

Aktar mill-Papa Pawlu VI...

PAWLU VI

UDJENZA ĠENERALI

Is-Sibt, 20 ta’ Lulju, 1963

 

Tislima f'isem Kristu

 

Nagħtu t-tislima paterna u minn qalbna lil kull min hawn preżenti, il-gruppi varji, persuni singoli, pellegrini, fidili, viżitaturi u turisti, lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u nisa, lill-kattoliċi tad-diversi assoċjazzjonijiet, lill-istudenti, lill-militari taljani u amerikani.

Aħna hienja ntukom din it-tislima f’isem Kristu!  F’isem dak Ġesù, li aħna vigarju tiegħu umli u indenn, imma rappreżentant awtentiku.  U l-kliem evanġeliku li bih Hu kien isellem lid-dixxipli tiegħu, u li bih Hu ried li tingħata t-tislima lill-bnedmin, jerġgħu jittennu b’fommna:  Il-paċi magħkom!  Iva, nixtiequ li l-paċi tal-Mulej tkun il-frott li joħroġ minn din l-udjenza; nixtiequ li dik il-paċi ta’ Kristu “li tisboq is-sensi kollha” (Fil 4, 7), tidħol fi qlubkom u tibqa’ mfakkra fil-memorja ta’ dil-laqgħa bħala waqt profond u intimu ta’ tgawdija spiritwali; u nixtiequ li kull wieħed u waħda minnkom ittennu lill-oħrajn, bħala xhieda awtentika tal-ħajja kattolika, kemm hu sabih u ta’ ferħ li nħossuna aħwa u wlied fil-Knisja ta’ Kristu (cfr Salm 133, 1).

Għalhekk inberkukom minn qiegħ qalbna, u nitolbu fuqkom, fuq il-persuni għeżież kollha tagħkom u fuq l-opri u d-djoċesijiet li tiffurmaw parti minnhom, il-paċi tal-Mulej.

Inbierku wkoll l-oġġetti kollha ta’ devozzjoni li għandkom fuqkom.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber

 

   

Minn Papiet oħra ....