Laikos

 

Aktar mill-Papa Pawlu VI...

PAWLU VI

UDJENZA ĠENERALI

L-Erbgħa, 12 ta' April, 1978

 

Il-Knisja: komunitą li titlob u temmen

 

Għeżież uliedi!  Meqjumin ħuti!

Mnejn ġejjin?  Ħalluna nagħmlu mistoqsija li żgur m'għandhiex l-għan li tinnega l-parentela spiritwali, mistika u reali tas-sħubija beata tagħkom mal-Knisja t'Alla, mal-familja ta' Kristu, ta' bejnietna, li fiha ngħixu, u anzi, li tagħha, ħafna minnkom, ħuti dedikati għall-Knisja, tagħtu xhieda mdawla u eżemplari; mistoqsija li tagħraf ir-realtą profana tas-soċjetą, li lkoll kemm aħna mgħaddsin fiha, u li fil-mod ta' kif tesprimi ruħha kultant mhux biss tingħażel mill-Knisja, imma tinqata u tiddikjara li hi suffiċjenti fiha nfisha, u f'ċerti affermazzjonijiet hi wkoll ostili u għadu.  Dawn l-affermazzjonijiet nafuhom sewwa tant illi ħallew  tifkira morra mnaqqxa fl-ispirtu tagħna; tifkira aggressiva u radikali, li tqis ruħha kontestazzjoni li bl-ebda mod ma tista' tmeriha: il-Knisja, għaliex?  Mentalitą lajka, għamja, li ma tirraġunax, opprimenti: il-Knisja llum mhix żejda?  Issa mhix ħaġa bla sens għall-bniedem modern?  Id-dota taċ-ċiviltą tagħha issa mhux antikwata, għaddha żmienha, ingombranti għaċ-ċiviltą taż-żminijiet il-ġodda?  Uliedi u ħuti, intom u deħlin f'din id-dar fejn leħen is-sekli l-imgħoddija donnu jidwi aktar qawwi minn dak tas-seklu t'issa, qiegħdin iġġorru fikom dil-psikoloġija ta' tbarrija, li, minnu, iżżomm ħajja l-kurżitą tal-frustier, tat-turista, ta' min josserva għal gost ta' mument imma li fil-fond ta' qalbu tħallih indifferenti lejn id-dinja reliġjuża, li hawnhekk mhix biss rappreżentata imma hija ħajja, irridu ngħidu l-Knisja rebbieħa fiż-żmien?

Forsi dad-diskors tagħna hu xi manuvra mhux f'waqtha; iżda mhux irriverenti u anqas u anqas żejjed.  Dad-diskors irid jistimula l-attenzjoni tagħkom, li żgur mistagħġbin bl-ammirazzjoni lejn l-ambjent monumentali, artistiku, storiku u, fuq kollox, reliġjuż, li tinsabu fiha bħalissa, biex twieġbu b'aktar profonditą dil-mistoqsija li żgur diġą tinsab fi qlubkom:  X'inhi l-Knisja?  Iva, għamlu dil-mistoqsija li teħtieġ bosta tweġibiet; u imxu fuq l-aktar manjiera faċli biex tfasslu xi tweġiba, il-manjiera li Ġesł Kristu stess kien ta lil min kien qed jopponih: "Jekk ma temmnux lili tal-anqas emmnu l-għemejjel" (Ġw 10,8).  Bħala dixxipli esterjuri, kif inqisu lilna nfusna issa, ippermettulna nagħmlu distinzjoni bejn il-kwistjonijiet li jolqtu l-Knisja minn żewġ aspetti: X'inhi?  X'tagħmel?  Għalissa mhux se nistudjaw l-ewwel waħda għax dik tesiġi tweġiba dottrinali, teoloġika li ftit jew wisq ilkoll nafuha, imma li żgur mhix sempliċi u qasira; "Il-Kredu" joffrilna biżżejjed x'nistudjaw u nagħrfu.  Issa se nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq it-tieni kwistjoni: X'tagħmel il-Knisja?  It-tweġiba żgur li hi aktar ħafifa għax nistgħu nisiltuha minn elementi li nosservaw b'għajnejna.

Allura ħa naraw: x'tagħmel il-Knisja?

L-ewwel tweġiba li se nieqfu dwarha hi meraviljuża, imma immensa daqs oċejan: il-Knisja titlob!  L-ewwel xogħol tagħha, l-ewwel dmir tagħha, l-ewwel għan tagħha huwa t-talb.  Ilkoll nafuh dan.  Imma ppruvaw agħtu definizzjoni ta' dan l-att speċifiku propju tal-Knisja, u tindunaw x'immesitą, xi profonditą xi ġmiel iġib miegħu t-talb.  It-talb hu l-ewwel "raison d'etre" operattiv tal-Knisja.  Ismu nnifsu jiddefinixxi l-Knisja; forsi dan it-terminu Knisja mhux imnissel minn dak tal-miġemgħa li titlob?  U l-kelma Knisja forsi mhix l-istess kelma li tfisser il-binja fejn jiltaqgħu l-fidilli biex jitolbu?  U l-Knisja forsi mhix soċjetą reliġjuża li r-"raison d'etre" tagħha jinsab fil-kult ta' Alla? (Cfr. S. Tumas: Summa Theologiae, II-IIę).  It-talb kollu fih innifsu ma jimplikax il-kunċett tal-ħajja, filosofija tal-għajxien, li bih jintgħarfu l-bnedmin fl-ewwel kategorija fundamentali, propju dik reliġjuża?  U liema kienet l-ewwel affermazzjoni tal-Konċilju ta' ftit ilu?  Mhux dik tal-Liturġija?  U x'inhi l-Liturġija jekk mhux il-kult pubbliku tal-Knisja?  Il-leħen komunitarju tagħha li jdur lejn il-misteru ta' Alla Missier, bil-mdejazzjoni ta' Kristu, fl-Ispirtu s-Santu?  L-attivitą kollha tal-Knisja ma tintemmx fil-Liturġija, daqskemm ukoll mhix biss espressjoni tal-ilħna singoli tal-fidili, li jibqgħalhom id-dmir u l-possibbiltą li jidħlu fi djalogu personali ma' Alla (Cfr Sacrosanctum Concilium, 13).

Dad-diskors jista' jibqa' għaddej bla ma jasla fit-tmiem.  Imma dawn il-ftit osservazzjonijiet ta' malajr huma biżżejjed biex itukom l-ewwel stampa tal-Knisja:  dik ta' umanitą li titlob, illi allura, temmen, li togħla biex ittir fuq id-dinja, li tkanta, li tibki, li timplora u tixtieq, u tifrex il-ħila infinita tagħha biex issib ix-xenqa tas-sema, id-direzzjoni tagħha u l-qawwa biex timxi l-vjaġġ fid-dinja kif mistħoqq.

Hekk ikun għalina lkoll.  Bil-Barka Appostolika tagħna.

 

Miġjuub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber

  

Minn Papiet oħra ....