Laikos

 

Aktar mill-Papa Pawlu VI...

PAWLU VI

UDJENZA ĠENERALI

L-Erbgħa, 5 ta' April, 1978

 

Il-forza vitali tal-Knisja fil-ħajja tal-lum

 

L-Evanġelista Ġwanni jirrakkonta li meta l-Mulej kien dieħel Ġerusalemm, fil-jum li ngħidulu "tal-Palm", qalb folla kbira li b'ferħ bla qies kienet qed tilqa' lil Ġesł, kien hemm xi Griegi li resqu lejn l-appostlu Filippu (dak li kien minn Betsajda tal-Galilija) u staqsewh: "Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesł" (Ġw 12,20).  Ġrajja ewlenija fl-Evanġelju, li lilna tfissrilna ċ-ċaqliq tal-opinjoni pubblika dwar il-figura tas-Salvatur, li wkoll nies barranin riedu jsiru jafuh u jkellmuh.  Dan hu episodju sabih u interessanti u jantiċipa t-tixrid tal-messaġġ tal-Evanġelju (Cfr. C. CURCI, Il Nuovo Testamento, vol. II, p. 93).

Nixtiequ naraw lill-Mulej!  Għalina dix-xewqa tieħu xejra ġdida li biha x-xenqa tagħna ma tkunx tant għall-persuna storika ta' Kristu daqskemm għall-ġisem mistiku tiegħu, il-Knisja, li tnisslet minnu, tgħix bih u tgħix għalih, u li tirrappreżenta l-attwalitą storika u mistika tal-Mulej Ġesł fiż-żmien tagħna, iż-żmien aċċessibbli għalina.  U fil-preżenza tagħkom għal dil-laqgħa qasira iżda ta' tifsir kbir, aħna rridu naraw it-turija ta' xenqa li tixbaħ lil dik li aħna għadna kif ikkowtanjna mill-Evanġelju: irridu naraw il-Knisja, irridu nsiru nafu lill-Knisja.

Għax din ix-xewqa soltu qatt ma tista' tinqata' għal kollox: żjara turistika f'San Pietru tista' tagħti l-illużjoni li sirna nafu l-Knisja, qiesu li żjara lil xi monument jew xi mkien ekkleżjastiku ieħor tista' tissodisfa l-kurżitą artistika, arkeoloġika, storika li tiġi miż-żjara tal-post, bħalma tista' tkun żjara, per eżempju, f'Pompej li min ikun iżurha jista' faċilment jipperswadi ruħu li beda t-triq, jekk mhux ukoll li jaf kollox, dwar iċ-ċiviltą greco-romana, li l-fdalijiet tal-belt midfuna taħt xita ta' rmied mill-Vessuvju, li tagħha, issa li l-iskavi qed joħorġu għad-dawl, huma memorji impressjonanti imma remoti u mejtin.  Minnu li l-Knisja hi istituzzjoni millenarja, iżda llum għadha ħajja, u għadha tiffunzjona, anzi hi miftuha għall-iżviluppi moderni u attwali.

Din is-sopravivenza tal-Knisja fiż-żminijiet moderni hija l-aktar skuża formidabbli biex titqanqal l-aktar oppożizzjoni iebsa kontriha u spiss ukoll persekuzzjonijiet qliel.  Il-mentalitą materjalista taċ-ċiviltą moderna, fil-kuxjenza popolari kif ukoll f'persuni ta' kuluura għolja u intellet modern, tqanqal mistoqsija aggressiva: il-Knisja, għaliex?  Mhix istituzzjoni arkjaka li issa ma tagħmilx aktar sens?  Issa d-dinja ċivili u profana mhix biżżejjed fiha nfisha?  Issa xi ħtieġa hemm tal-Knisja?  Ma taħdimx bħalma jaħdem il-bniedem modern; x'tagħmel, x'tipproduċi?  Kulħadd jista' jinduna kemm l-oppożizzjoni għall-Knisja hi radikali, li xi wħud iqisuha soċjetą li tirkeb fuq dik ċivili, u li għalkemm b'xi mod hi tollerata, titqies xkiel, għażżiena, inutli, li għadda żmienha!  Kemm paġni storiċi, ta' ħajja moderna, ta' politika feroċi, ta' infatwazzjoni progressiva u rivoluzzjonarja jinfetħu quddiemna!  U x'baħar bla qies ta' antiklerikaliżmu, irreliġjożitą, rabja għamja u stuża kontra kull xrara ta' fidi li fadal, u kontra dik il-fidi reliġjuża, istituzzjonalizzata, indipendenti li tissejjaħ Knisja, jeżisti!

Allura l-Knisja hi fenomenu storiku tal-imgħoddi li ħallietilna l-fdalijiet ta' istituzzjonijiet, li ormai għadda żmienhom u nbelgħu minn forom purament lajċi u moderni?  F'dal-punt iqumu kwistjonijiet elementari, iżda iebsin u inflessibbli, li ż-żgħażagħ jidhru li huma sensibbli ħafna għalihom, u li jidher li huma għandhom soluzzjonijiet oriġinali għalihom, minkejja t-tradizzjoni u l-prova ta' sekli ta' xhieda xejn frivola, jew minħabba l-intwizzjoni inkella minħabba n-nuqqas ta' esperjenza.  Insomma, fil-fond tal-kuxjenza taż-żgħażagħ tal-lum hemm ibaqbaq l-inkwiet ta' kwistjoni doppja: x'inhi l-Knisja? X'tagħmel il-Knisja?

M'aħniex se nwieġbu dal-mistoqsijiet issa, imma qed inħalluhom għar-riflessjoni tagħkom.  Forsi meta żżuru u tikkuntemplaw il-monumenti li qed taraw, bħala turisi intelliġenti, u aktar u aktar bħala nsara li taħsbu, intom tħossu, tifhmu l-kelma tal-Mulej Ġesł: "Ngħidilkom li, (anki) jekk jisktu huma, jgħajjat il-ġebel" (Lq 19,40).

Hekk ikun.  Bil-Barka Appostolika tagħna.

 

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber

  

Minn Papiet oħra ....