Laikos

 

Aktar mill-Papa Pawlu VI...

PAWLU VI

ANGELUS DOMINI

Il-Ħadd, 11 ta’ Ottubru, 1970

Fit-tmien anniversarju mill-ftuh tal-Konċilju Vatikan II

 

Infakkru: bħal-lum ħdax ta’ Ottubru ta’ tmien snin ilu, hawn, fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Venerabbli Predeċessur Tagħna, il-Papa Ġwanni XXIII, kien fetaħ il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II.  Filgħaxija ta’ dak il-jum imbierek, forsi tiftakru, hu kien ħareġ f’din it-tieqa biex isellem lill-folla bi kliem sempliċi.

Il-Knisja għadha tinsab fir-raġġ tad-dawl tal-Konċilju u għadha miexja fiż-żmien lejn il-ġejjieni estrem b’għarfien ċar u attwali kemm dwarha nifsha kif ukoll dwar id-dinja.

Tinbet spontanja x-xewqa li wieħed jagħmel ftit kontijiet ma’ dil-ġrajja kbira. Imma forsi għadu mhux il-waqt; għadu ftit kmieni.  Ma nistgħux ngħalqu għajnejna għall-fatt li ksibna riżultati pożittivi tajbin ħafna, minkejja li qed naraw xi aspetti, li forsi mhumiex frott tal-Konċilju, u li mhumiex dejjem fehma waħda u koerenti: mal-fervur sieket tal-ulied fidili, per eżempju, ‘l hawn u l’hinn donnha tħaltet ċertu ansjetà, li l-pubbliċità spiss tkompli tesaġera, ta’ xi wlied instabbli, ta’ fedltà għajjiena, jew impressjonati minn ċertu kariżmi libertini li jħaddnu; b’hekk flimkien mal-imbuttatura lejn żvilupp ekkleżjali, kemm spiritwali u wkoll istituzzjonali, koerenti mat-tradizzjoni awtentika, ftit ftit, kultant infiltrat it-tentazzjoni tas-sekulariżmu dekadenti; flimkien mal-entużjażmu tal-bidu lejn għaqda bejn l-insara f’komunjoni perfetta ta’ fidi u karità, nibtu wkoll xi fenomeni diskutibbli ta’ rassenjazzjoni u konformiżmu, li jistgħu jdagħjfu l-għanijiet infushom tal-isforz ekumeniku awtentiku; flimkien mal-istqarrija sinċiera u mgħejxa tal-fidi f’xi wħud daħlet it-tendenza tal-moda li dejjem jiddubitaw u jikkritikaw kollox; eċċ.  Huma sitwazzjonijiet kumpessi, u żgur mhumiex konklussivi.

Imma min josserva bir-reqqa jara li l-Knisja kisbet enerġija ġdida, funzjonali u spiritwali.  Għadu ż-żmien biex niġbru kollox fil-qosor.  Imma l-linji ewlenin imħabbrin mill-Konċilju illum huma programm urġenti; tnejn b’mod speċjali: il-komunjoni, jew aħjar ir-rabta u l-milja interjuri fil-grazzja, fil-verità fil-kollaborazzjoni, xprunata mill-Ispirtu tal-Konċilju; u l-missjoni, jiġifieri l-impenn appostoliku lejn id-dinja tal-lum; dawn il-linji ġenerali nsibuhom preżenti ferm fil-Knisja ta’ wara l-Konċilju.  Hemm bżonn nerġgħu nsiru konxji tagħhom bil-fiduċja u s-solidarjetà; lilna l-pellegrini għandhom juruna t-triq lejn Kristu rxoxt u etern, u jkunu l-għejxien tan-nifs eslatoloġiku tagħna: “Ejja, Mulej Ġesù”.

Bħalma kienet fil-ftuħ tal-Konċilju, jalla l-Madonna omm Kristu tkun magħna wkoll.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber

  

Minn Papiet oħra ....