Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II ...

PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FIL-POLONJA

QUDDIESA

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II

Nowy Targ, 8 ta’ Ġunju 1979

 

1. “Mill-baħar Baltiku sal-Qċaċet muntanjużi...”. Sal-qċaċet tat-Tatra.

Fil-pellegrinaġġ tiegħi tul il-Polonja illum għandi l-okkażjoni li noqrob lejn propju dawk il-muntanji, propju dawk ta’ Tatra li għal sekoli sħaħ jikkostitwixxu l-fruntiera tan-nofsinhar tal-Polonja. Kienet din il-fruntiera l-iktar magħluqa u l-iktar irranġata u, fl-istess ħin, l-iktar miftuħa u amikevoli. Tul din il-fruntiera kienu jgħaddu t-toroq lejn il-ġirien, lejn il-bogħod. Saħansitra matul l-aħħar okkupazjoni dawn il-passaġġi kienu l-iktar mirfusa mir-refuġjati fi triqthom lejn in-Nofsinhar, biex ifittxu li jilħqu mbagħad l-eżerċitu Pollakk, li kien jikkumbatti għal-libertŕ ta’ Art Twelidu ‘il hemm mill-fruntieri tagħha.

Nixtieq insellem bil-qalb kollha lil dawn il-postijiet li magħhom kont marbut b’mod intimu. Barra minn dan nixtieq insellem lil dawk kollha li ġew kemm minn Podhale kif ukoll mill-Precarpazi, mill-arċidijoċesi ta’ Krakovja u wkoll minn iktar ‘il bogħod: mid-dijoċesi ta’ Tarnów u ta’ Przemysl. Ippermettuli nirreferi għar-rabta antika ta’ viċinat u li nsellem lil kulħadd, hekk bħal ma kont is-soltu nagħmel, meta kont metropolita ta’ Krakovja.

2. Hawn, f’dan il-post, nixtieq nitkellem, dwar l-art Pollakka, sabiex hi tirrivela ruħha hawn b’mod partikolari sabiħa u għanja bil-passaġġi. Il-bniedem jinħtieġ is-sbuħija tan-natura u għalhekk mhemmx biex wieħed jistagħġeb li hawn jiġu nies minn kull parti tal-Polomja u minn barra l-pajjiż. Jiġu kemm fis-Sajf kif ukoll fix-Xitwa. Ifittxu l-mistrieħ. Jixtiequ jerġgħu jsibu lilhom infushom fil-kuntatt man-natura. Jixtiequ jerġgħu jakkwistaw l-enerġiji tagħhom permezz tal-eżerċizzju fiżiku li jagħti s-saħħa tal-mixi, tat-tlugħ, tat-tixbit, tal-inżul bil-“skis”. Danir-reġġjun ospitali huwa wkoll art ta’ xogħol pastorali kbir, għaliex hawn n-nies tiġi mhux biss biex isaħħaħ il-forzi fiżiċi imma wkoll dawk spiritwali.

3. Din l-art sabiħa hija fl-istess ħin art diffiċli. Imġebbla, muntanjuża. Mhux tant fertili bħall-pjanura tal-Vistola. U għalhekk tippermetti propju din l-art tal- Precarpazi u tak-Pretatra li nirreferi għal dak li dejjem kien hekk għażiż għal qalb il-Pollakki: l-imħabba għall-art u għax-xogħol tar-rebŕ. Ħadd ma jistŕ jinnega li dan jirrapreżenta mhux biss sentiment, rabta effettiva, imma problema kbira ekonomika-soċjali. Dawn il-partijiet ta’ hawn jafu sewwa b’mod partikolari l-problema, għaliex propju minn dawn il-postijiet, fejn kien hemm l-ikbar nuqqas ta’ art koltivabbli u kultant miżerja kbira, in-nies kienet temigra fil-bogħod, ‘il hemm mill-Polonja, ‘il hemm mill-Oċean. Hemm kienu jfittxu x-xogħol u l-ħobż u kienu jsibuhom. Nixtieq illum ngħid lil dawk kollha li jinsabu nferrxin fid-dinja, fi kwalunkwč post li jinsabu fih: “Szczesc Boze”: Alla jgħinkom! Tinsewx lill-Art Twelidkom tal-oriġni, il-familja, il-Knisja, it-talb u dak kollu li ħadtu minn hawn.

Għaliex minkejja li kellhom jemigraw minħabba n-nuqqas ta’ ġid materjali, bdanakollu huma ħadu magħhom, minn hawn, patrimonju spiritwali kbir.  Jalla jieħdu ħsieb li, waqt li jistagħnew materjalment, ma jiftaqrux spiritwalment: la huma, la wliedhom u linqas in-nepputijiet.

Dan huwa d-dritt kbir u fundamentali tal-bniedem: dritt għax-xogħol u dritt għall-art. Għalkemm l-iżvilupp tal-ekonomija jeħodna f’direzzjoni oħra, għalkemm nivvalutaw il-progress a bażi tal-industrijalizzazzjoni, għalkemm il-ġenerazzjoni tallum tħalli bil-massa l-kampanja u x-xogħol tar-rabŕ, xorta waħda d-dritt għall-art ma jiqafx jibni l-bażi ta’ ekonomija u soċjoloġija b’saħħitha.

Billi waqt iż-żjara jkun xieraq li jien nagħmel xi awguri, hekk jien nawgura bil-qalb kollha lill-Art Twelidi li dak li dejjem ikkostitwixxa l-qawwa tal-Pollakki – saħansitra waqt il-perijodi l-iktar jaħarqu tal-istorja – jiġifieri r-rabta personali mal-art, ma tiqafx tkun hekk ukoll fil-ġenerazzjoni industrijalizzata tagħna. Jalla nqisu x-xogħol tar-rabŕ; jalla jkun apprezzat u stimolat! Jalla ma jonqos qatt fil-Polonja l-ħobż u l-ikel!

4. Dan l-awgurju huwa marbut mal-ieħor. Il-Ħallieq ta lill-bniedem l-art sabiex “jaħkimha”, u fuq din il-ħakma tal-bniedem tal-art ibbaża d-dritt fundamentali tal-bniedem għall-ħajja. Tali dritt huwa marbut b’mod strett mal-vokazzjoni tal-bniedem għall-familja u għall-prokrejazzjoni. “Għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed” (Ġen 2,24). U kif l-art, b’digriet providenzjali tal-Ħallieq, tagħti l-frott, hekk din l-għaqda fl-imħabba ta’ żewġ persuni, raġel u mara, tipprovdi l-frott f’ħajja umana ġdida. Ta’ din l-għaqda vivifikanti tal-persuni, il-Ħallieq għamel l-ewwel sagrament, u l-Feddej ikkonferma dan is-sagrament perpetwu tal-imħabba u tal-ħajja, billi tah dinjitŕ ġdida u waqt li stampalu s-siġill ta’ qdusitu. Id-dritt tal-bniedem għall-ħajja huwa marbut, b’rieda tal-Ħallieq, u bis-saħħa tas-Salib ta’ Kristu, mas-sagrament indissolubli taż-żwieġ.

Nawgura mela, għeżież Konnazzjonali, fl-okkażjoni ta’ din iż-żjara, li dak id-dritt sagru ma jiqafx isawwar il-ħajja fl-art Pollakka: u hawn, fil-Pretatra, fil- Precarpazi u kullimkien. Ġustament jingħad li l-familja hija ċ-ċellula fundamentali tal-ħajja soċjali. Din hija l-komunitŕ umana fundamentali… Bħal ma hi l-familja, hekk huwa n-Nazzjon, għaliex hekk huwa l-bniedem. Nawgura mela li tkunu qawwija grazzi għal familji profondament radikati fil-qawwa ta’ Alla, u nawgura li l-bniedem ikun jistŕ jiżviluppa a bażi tar-rabta indissoubli tal-għarajjes-ġenituri, fil-klima familjari li xejn ma jistŕ jissostitwixxi. Nawgura mill-ġdid u nitlob dejjem għal dan, li l-familja Pollakka tiġġenera l-ħajja u tkun fidila għad-dritt sagru għall-ħajja. Jekk jinkiser id-dritt tal-bniedem għall-ħajja filwaqt li fih huwa jibda biex ikun ikkonċeput fil-ġuf matern, indirettament jolqot ukoll l-ordni morali li jservi biex jassikura l-ġid invjolabbli tal-bniedem. Il-ħajja tokkupa fosthom l-ewwel post. Il-Knisja tiddefendi d-dritt għall-ħajja, mhux biss b’rigward għall-majjesta tal-Ħallieq li huwa l-ewwel Sid ta’ din il-ħajja, imma wkoll b’rispett għall-ġid essenzjali tal-bniedem.

5. Barra minn dan nixtieq indur fuq iż-żgħażagħ, li jħobbu b’mod speċjali dawn il-postijiet u hawn ifittxu mhux biss is-serħan fiżiku imma wkoll dak spiritwali. “Tistrieħ – kiteb, darba waħda Norwid – ifisser “tikkonċepixxi mill-ġdid”” [bil-Pollakk dan huwa logħob bil-kliem]. Il-mistrieħ spiritwali tal-bniedem, kif b’mod ġust jagħrfu tant gruppi ta’ żgħażagħ, għandu jwassal biex f’dak li jkun isib u jelabora fih dik il-“krejatura ġdida” li dwarha jitkellem San Pawl. Għal dan twassal it-triq tal-Kelma ta’ Alla moqrija u ċcelebrata b’fidi u b’imħabba, is-sehem fis-sagramenti u b’mod speċjali għall-Ewkaristija. Għal dan twassal it-triq tal-fehim u tar-rejalizzazzjoni tal-komunitŕ, jiġifieri tal-komunjoni mal-bnedmin, li titwieled mill-Komunjoni Ewkaristika, u wkoll il-fehim u t-twettiq tas-servizz evanġeliku, jiġifieri tad-“djakonija”.

Għeżież tiegħi, la taħarbux minn dak l-isforz nobbli li jippermettilkom li ssiru xhieda ta’ Kristu, Xhud fil-lingwaġġ bibbliku, ifisser ixxerred demmek (“martri”}.

Nafdakom lill-Immakulata, li lilha l-Beatu Massimiljanu Kolbe kien jafda kontinwament id-dinja kollha. Nafda lil kulħadd lil Omm Kristu li hawn fil-viċin tirrenja bħala Omm fis-santwarju tagħha ta’ Ludzmierz, u wkoll f’dak li hemm fil-qalba tat-Tatra ġo Rusinowa Polana (kemm kien iħobb dan il-post is-Serv ta’ Alla Fra Alberto, kemm kien jammirah u jħobbu mill-eremitaġg tiegħu ġo Kalatowki), u f’tant santwarji oħra mibnija f’riġlejn il Carpazi, fid-dijosi ta’ Tarnów, ta’ Przemysl... fil-Lvant u fil-Punent. U fl-art kollha Pollakka.

Il-patrimonju tal-fidi ta’ Kristu u tal-ordni morali jkunu mgħassa minn San Stanislaw, Isqof u martri, patrun tal-Pollakki, xhud ta’ Kristu għal tant sekli fuq l-art nattiva tagħna. 

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb