Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II ...

QUDDIESA GĦALL-FIDILI
TA’ VITTORIO VENETO

OMELIJA TSAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II

Castel Gandolfo
It-Tlieta, 28 ta’ A
wwissu 1979

 

Insellem b’mod kordjalilill-Monsinjur Isqof
u lill-għeżież Saċerdoti u fidili tad-dijoċesi ta’ Vittorio Veneto.

Merħba bikom fid-dar tal-Papa!

Diġa sena ilu kontu esprimejtu lill-Papa Ġwanni Pawlu I, li kien għadu kemm ġie elett għas-Sommu Pontifikat, ix-xewqa ħajja li terġgħu tiltaqgħu miegħu fl-ewwel anniversarju mill-elezzjoni tiegħu; huwa kien għal ħdax-il sena ir-Ragħaj tagħkom, u kontu ħabbejtuh, segwejtuh, qimtuh; u, wkoll jekk sar Papa, kompla jkun ftit jew wisq tagħkom; u b’mod ġust! U għalhekk ridtu ssibu ruħkom miegħu mill-ġdid li bla ebda dubju qatt ma kien se jinsikom!

U minflok, hawn intom illum, għall-pjanijiet misterjużi u imprevedibbli ta’ Alla, f’pellegrinaġġ ta’ talb fuq qabru fl-Għerien Vatikani; hawn intom, rikonoxxenti lejn l-imħabba li kellu għalikom, imma għadkom maħsuda issa wkoll u kważi inkreduli minħabba t-tibdil veloċi tal-affarijiet, li seħħew f’perijodu ta’ żmien hekk qasir. Imma huwa nnifsu, il-qatt minsi Ġwanni Pawlu I, hekk affabbli u hekk għaref, bit-tbissima tiegħu isabbarna u jinkoraġġina, waqt li jafdana lit-tjubija nfinita tal-Providenza, li tiddisturba imma ma tikkonfondix il-pjani umani.

U nfatti intom xtaqtu twettqu ugwalment il-pellegrinaġġ tagħkom biex tiltaqgħu mas-Suċċessur tiegħu, magħzul mir-rieda ta’ Alla għall-Katedra ta’ Pietru. Il-pellegrinaġġ tagħkom organizzat mis-settimanali dijoċeżan “L’Azione”, li jiċcelebra l-65° anniversarju tal-ħajja tiegħu, dan huwa ċertifikat ta’ fidi u ta’ mħabba, u jien, waqt li nsellmilkom bit-tislima l-iktar kordjali tiegħi u r-ringrazzjament sinċier tiegħi, nassikurakom ukoll bil-barka speċjali tiegħi.

Infatti fid-dijoċesi tagħkom għal ħdax-il sena Ġwanni Pawlu I setà jesponi l-kwalitajiet spiritwali għoljin tiegħu, li mbagħad kellhom iwassluh għall-Għatba apostolika suprema. Huwa m’għadux b’mod viżibbli iktar magħna, għaliex hekk għoġbu l-Mulej; imma però huwa jibqà u se jibqà għal dejjem imdawwal u benefiku fil-Knisja u fl-umanità għall-eżempjiu tiegħu u għat-tagħlim tiegħu.

Illum il-liturġija tal-festa ta’ Santu Wistin, hija b’mod manifiku ideali biex niċċelebraw il-figura tiegħu u biex mill-ġdid nistampawha b’mod iktar profond fi qlubna.

1. Ejjew nirriflettu qabel xejn dwar l-umiltà tal-Papa Ġwanni Pawlu I. Nistgħu ngħidu li dak li laqat b’mod profond sa mis-snin tal-addoloxxenza tiegħu kienet iċ-ċertezza tal-imħabba ta’ Alla u l-kobor tas-sejħa għas-Saċerdozju.

Fl-ewwel ittra tiegħu, San Ġwann, il-fdat tal-Imgħallem Divin, jiżvelalna min hu Alla u liema hu r-rapport bejn Alla u l-bniedem: “Alla huwa mħabba; f’dan dehret l-imħabba ta’ Alla għalina: Alla bagħat lil Ibnu uniġenitu fid-dinja, sabiex aħna jkollna l-ħajja għalih. F’dan hija l-imħabba: ma konniex aħna li ħabbejna lil Alla, imma huwa Hu li ħabbna u bagħat lil Ibnu bħala vittma tas-sagrifiċċju għal dnubietna” (1Ġw 4,8-9). 

Hawn hi r-rivelazzjoni kbira u definittiva li l-“kelma ta’ Alla” newlet lill-bniedem ta’ kull żmien: Alla huwa mħabba u l-manifestazzjoni li tiggarantixxi tali mħabba hija l-Inkarnazzjoni tal-Verb u l-mewt tiegħu fuq is-Salib.

Il-Papa Ġwanni Pawlu I kien dejjem inkluż b’mod intimu minn din ir-realtà tal-imħabba ġejja minn Alla u għalhekk mill-umiltà tal-bniedem meħtieġa konsegwentement, li ma tistax tassertixxi drittijiet jew televa lilha nfisha b’suppervja.

Barra minn hekk hu kien dejjem konvint mill-gratwità u mill prezzjożità immensa tas-sejħa għas-Saċerdozju, u mbagħad għall-Episkopat, li għalih dejjem kien iħossu personalment ċkejken, imma kbir għall-ħbiberija u għall-intimità rregalati minn Ġesù nnifsu: “Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom u ħtartkom sabiex tmorru u tieħdu l-frott u l-frott tagħkom jibqà” (Ġw 15,15).

Għalhekk huwa għex b’mod umli u kontinwament għallem l-umiltà, u meta Ġwanni XXIII innominah Isqof tagħkom, hu, bħal ma tafu sewwa intom, assuma bħala motto għall-arma episkopali l-kelma “Humilitas”.

Dan kien dejjem l-ideal tiegħu u, meta sar Papa, fl-udjenza tas-6 ta’ Settembru għaġġel igħid: “Il-Mulej tant irraklkomandalna: kunu umli. Ukoll jekk għamiltu ħwejjeġ kbar, għidu aħna qaddejja inutli. Minflok it-tendenza, fina lkoll, hija pjuttost il-kuntrarju: nesponu lilna nfusna. Baxxi, baxxi: din hija l-virtù nisranija  li tirrigwarda lilna nfusna” (Ġwanni Pawlu I, Allocutio, 6 ta’ Settembru 1978: Insegnamenti di Giovanni Paolo I, pp. 51-52).

Minn dan is-sens ta’ umiltà profond u konvint, kienet titnissel il-kunfidenza estrema tiegħu f’Alla, li huwa Missier, imħabba, ħniena u kien ukoll ibaqbaq il-ferħ tiegħu, it-tbisdsima kostanti tiegħu, l-umoriżmu tiegħu, li jfaqqà vivaċi u perswassiv fil-kitbiet lollha tiegħu. Il-ferħ tiegħu kien jitnissel mill-fidi u mill-umiltà, bħal ma kien sostna Ġesù: “Dan jien għidtilkom, sabiex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u l-ferħ tagħkom ikun sħiħ” (Ġw 15,11).

Din kienet lezzjoni kbira li qatt m’għandna ninsew!

2. Ejjew nirriflettu wkoll dwar is-servizz tal-verità tal-Papa Ġwanni Pawlu I. Huwa kellu l-kult tal-verità u l-istudji kollha tiegħu u l-qari intelliġenti u metodiku tiegħu, kienu fil-funzjoni u fil-prospettiva tal-verità u tal-aħbar tiegħu; u sa minn żagħżugħ, minn Saċerdot u mbagħad Isqof, kien iħossu dejjem u biss fis-servizz tal-Verità u tal-aħbar tiegħu għas-salvazzjoni tad-dinja.

L-ewwel inkwiet tiegħu bħala Isqof f’perijodu dottrinalment tassew diffiċli għall-Knisja minħabba ipotesi u novitajiet inkontrollati u mħawda, kienet id-difiża feroċi tal-ortodossija u tad-dixxiplina.

Meta sar Papa, fid-diskors tiegħu li għamel lill-kleru ta’ Ruma fis-7 ta’ Settembru 1978, waqt li kkwota lil Santu Wistin, espona d-dmir ewlieni u prinċipali tal-Isqof, imwettaq minnu dejjem b’mod sod: “Praesumus – kien qal Wistin – iva prosumus; aħna l-isqfijiet nippresiedu kemm-il darba naqdu: hija ġusta l-presidenza tagħna jekk tirrisolvi ruħha f’servizz, bi spirtu u bi stil ta’ servizz. Dan is-servizz episkopali, iżda, jonqos li jkun hemm, jekk l-isqof ma jkunx irid jeżerċità  l-poteri li jkun irċieva. Santu Wistin kien kompla jgħid: “L-Isqof li ma jservix lill-pubbliku, huwa biss ‘foeneus custos’, naffar tal-għasafar imqiegħed fil-oqsma tad-dwieli, sabiex l-għasafar ma jnaqqrux l-għeneb”. Għalhekk hemm miktub fil- Lumen Gentium: “L-isqfijiet imexxu… bil-parir, bil-persważjoni, bl-eżempju, imma wkoll bl-awtorità u bil-qawwa sagra”” (Ġwanni Pawlui I, Allocutio ad clerum Urbis, 7 settembre 1978Insegnamenti di Giovanni Paolo I, p. 57).

Id-difiża u x-xandir tal-Verità kien l-inkwiet tiegħu u l-miżerja tiegħu, u kien ukoll il-glorja tiegħu, segwaċi tar-Rgħajja l-kbar l-ideali tiegħu: Santu Wistin, San Girgor il-Kbir, San Franġisk ta’ Sales, San Alfons Marija de Liguori.

U bħal Santu Wistin, il-Papa Ġwanni Pawlu I donnu jgħidilna: “Jekk il-fidi tagħkom torqod f’qalbkom, Kristu b’ċertu mod jorqod fid-dgħajsa tiegħek, għaliex Kristu permezz tal-fidi jgħammar fik. Meta tibda tħossok imħawwad, qajjem lil Kristu li hu rieqed; qajjem mill-ġdid il-fidi tiegħek, u kun af li hu ma kabbandunakx” (S. Wistin, Enarr. in Ps. 90, 11: PL 37,1169).

Ejjew nisimgħu kelmtu: huwa hu surmast tal-fidi!

3. Fl-aħħarnett ejjew nirriflettu mill-ġdid dwar it-tjubija tal-Papa Ġwanni Pawlu I. Huwa kien fehem sewwa l-lezzjoni ta’ San Ġwann: “Ma tistax tgħid li tħobb lil Alla li ma tarahx, jekk ma tħobbx lill-proxxmu li tarah!” (Ġw 4,20).

Ġesù kien qal lill-Appostli: “Ħadd m’għandu mħabba ikbar minn din: tagħti ħajtek għal ħbiebek”. U kien tahom il-kmandament il-ġdid; “Ħobbu lil xulxin bħal ma ħabbejtkom jien!”.

Nistgħu ngħidu li Ġwanni Pawlu I kien għamel dan il-kliem il-programm ta’ ħajtu kollha. Dejjem pulit, amikevoli, imbissem, huwa ried li l-apostolat tiegħu u l-pastorali tiegħu jkunu fl-ispirtu tat-tjubija u tal-karità lejn kulħadd., b’mod speċjali lejn is-saċerdoti, il-morda, it-tfal, il-foqra.

F’komunikat lill-fidili tad-dijoċeżi ta’ Vittorio Veneto afdati lilu, kiteb: “Inkun tassew isqof miskin jekk ma nixtiqilkomx il-ġid”; u żied jgħidilhom: “Nistà nassigurakom li nħobbkom, li nixtieq biss nidħol fis-servizz tagħkom u nqiegħed għad-dispożizzjoni tagħkom il-qawwiet kollha msejknin tiegħi, dak il-ftit li għandi u li jien”.

Barrani għall-kliem vojt, huwa minflok irregala ħajtu kollha, billi kien imur iżur il-parroċċi u lill-morda, lis-Saċerdoti u l-assoċjazzjonijiet, billi kien iwassal is-sabar tiegħu lil ħutu fil-Burundi u lill-morda fil-pellegrinaġġ f’Lourdes.

U bl-eżempju u bil-kelma dejjem u lil kulħadd għallem iħobb, bħal ma wieħed jaqra fl-ittra manifika indirizzata lil Santa Teresa ta’ Lisieux, fejn kien kiteb: “Tfittex il-wiċċ ta’ Kristu f’wiċċ il-proxxmu huwa l-uniku kriterju li jiggarantilna li nħobbu bis-serjetà lil kulħadd, waqt li nissuperaw l-antipatiji, l-ideoloġiji u filantropiji sempliċi”  (Albino Luciani, Illustrissimi, “Lettera a Santa Teresa di Lisieux”, Ed. Messaggero, Padova, pp. 206-207). U fl-aħħar Ħadd ta’ ħajtu, fir-reċita tal-Angelus ta l-aħħar tagħlim tiegħu tal-karità: “In-nies kultant jgħidu: “Ninsabu f’soċjetà kollha mfarrka, kollha diżonesta”. Dan mhux veru. Hawn tant għadhom tajbin, tant onesti. Pjuttost, x’nagħmlu biex nemeljoraw is-soċjetà? Jien ikolli ngħid: kull wieħed minna jfittex li jkun tajjeb hu u  biex jinfetta lill-oħrajn bi tjubija mgħaddsa fil-manswetudni u l-imħabba mgħallma minn Kristu” (Giovanni Paolo I, Allocutio, 24 settembre 1978: Insegnamenti di Giovanni Paolo I, p. 93). Dan kien it-testment tiegħu ta’ mħabba, konċentrata b’ottimiżmu nisrani qalbieni, li għandna nżommu prezzjuż u nqegħduh fil-prattika.

Għeżież Saċerdoti u fidili! Kemm affarijiet għallimna l-Papa Ġwanni Pawlu I! Fortunati intom li għal tant snin stajtu tgawdu l-preżenza ta’ missier hekk twajjeb!

Hu minkejja mgħaddas fil-“belt tal-bnedmin”, biex jilluminakom u jservikom, kien iħossu membru tal-“belt ta’ Alla”, u waqt li kien idur lejn Kristu setà dejjem jgħid bħal Santu Wistin: “Lilek biss inħobb, lilek biss insegwi, lilek biss infittex u jien dispost li nkun suġġett biss għalik, għaliex int biss teżerċita d-dominju b’ġustizzja u jien nixtieq li nkun minnek immexxi” (S. Wistin, Soliloquia, 1,1,5-6).

Dan hu jgħidu għalina wkoll, li għadna Pellegrini fuq din l-art! Ejjew nagħmlu tagħna t-talba li hu kien soltu jirreċta: “Mulej, aċċettani kif jien, bid-difetti tiegħi, bin-nuqqasijiet tiegħi, imma agħmel li nsir kif tixtieqni int”.

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb