Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II ...

VISTA PASTORALI Fil- VENETO

QUDDIESA MQADDSA

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II

Belluno
Il-Ħadd, 26 ta’ A
wwissu 1979

 

Meqjuma Ħuti Isqfijiet; u intom, Saċerdoti u fidili tal-Knejjes ta’ Belluno u tal-Veneto!

1. Ma setax jonqos li, wara ż-żjara f’pajjiż it-twelid tal-maħbub Predeċessur tiegħi Ġwanni Pawlu I waqfa wkoll jekk qasira b’mod neċessarju fil-Belt, li ratu żagħżugħ seminarista fis-Seminarju Gregorjan lokali, u mbagħad saċerdot żelanti, mimli mħabba lejn il-Mulej Ġesù u lejn l-erwieħ. Iċ-ċelebrazzjoni ewksaristika preżenti hija, għalhekk, omaġġ imġedded lit-tifkira mbierka ta’ dan il-Papa, li l-kobor tiegħu, ikolli ngħid, huwa b’mod invers proporzjonali għat-tul tas-servizz tiegħu fis-sedja ta’ Pietru; u huwa kollox ma’ kollox sinjal speċjali ta’ reverenza u ta’ konsiderazzjoni għall-illustri dijoċesi ta’ Belluno u ta’ Feltre, għalih tant għeżież.  

Fit-tislima tiegħi lil kull min minnkom jinsab preżenti hawn – Awtoritajiet ekkleżjali u ċivili, Kappillani, Reliġjużi Irġiel, Reliġjużi Nisa, u Lajċi – il-ħarsa tiegħi titwessa u testendi ruħha għasl-belt kollha Veneta, art antika, nobbli u fertili, li fiha mhux rari li wieħed isib “historia teste”, tul il-korsa tas-sekli, fjuritura ta’ erwieħ imħeġġa u ġenerużi, li fosthom  mhux rari li ssib bi dritt tajjeb tiġġedded il-figura tal-Papa Luciani.

2. Imma ppermettuli, bl-iskop li ninkwadraw aħjar l-assemblea liturġika tagħna u biex nagħmlu għaliha r-riferenza jew is-sies meħtieġ li hija l-Kelma ta’ Alla. Ippermettuli li nerġà naqbad it-test evanġeliku mportanti li issa smajna. Kif tafu, diġa minn xi ġimgħat, fil-ħdud ta’ dan il-perijodu “per annum”, il-Knisja b’pedagoġija għaqlija ġġegħlna naqraw u nimmeditaw id-diskors kbir li Ġesù għamel fis-Sinagoga ta’ Kafarnaw, biex jippreżenta lilu nnifsu bħala l-ħobż tal-ħajja. Illum ukoll hemm għalina proposta silta, dik konklussiva (cf. Ġw 6,60-69), li fiha l-istqarrijiet ripetuti u sollenni tal-Mulej iħeġġu min-naħa tagħna tweġiba ta’ fidi deċiża, bħal ma ħeġġuha dak iż-żmien min-naħa tad-dixxipli.

Ftakru dak li qrajna l-Ħadd li għadda: “Min jiekol ġismi u jixrob demmi, għandu l-ħajja eterna u jiena nqajmu fl-aħħar jum”; “Min jiekol ġismi u jixrob demmi, jgħix fija u jien fih” “(Ġw 6,54.56). Huma, dawn, affermazzjonijiet ta’ kontenut spiritwali tassew għoli, li la jinftehmu sewwa u linqas ma jispjegaw ruħhom bil-metru tar-raġuni umana: dawn, infatti, imorru ’il hemm mil-limitezza tal-eżistenza umana; dawn ikellmuna dwar ħajja eterna u dwar qawmien mill-imwiet; dawn jipprevedu rapport misterjuż bejn Kristu u dak li jemmen li jikkostitwixxi bħal kompenetrazzjoni ta’ ħsieb, ta’ sentiment u ta’ ħajja.  Issa b’liema mod aħna nistgħu nissintonizzaw ruħna ma’ diskors ta’ tali riskju? “Bosta mid-dixxipli tiegħu – naqraw fl-Evanġelju tallum – qalu: Dan il-lingwaġġ huwa iebes, min jistà jifhmu?” (Ġw 6,60).

Hawn hi, il-pożizzjoni umana, terrena, kif issuġġerita mis-sens komun sempliċi ippreżentatilna ruħha quddiem il-prospettivi miftuħa tal-kelma ta’ Ġesù. Imma hekk hu li titqanqal fina ċ-ċertezza, għaliex huwa stess jassikurana: “Il-kliem li għidtilkom huma spirtu u ħajja” (Gv 6,63). U hekk hu, mill-ġdid, quddiem l-alternattiva inevitabbli li naċċettaw jew inwarrbu dan il-kliem, it-tweġiba eżemplari u għalina korrobiranti mogħtija minn Pietru: din tiegħu hija professjoni ta’ fidi maġistrali: “Għand min tridna nmorru, o Mulej? Int għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem; u aħna emminna u għarafna li int il-Qaddis ta’ Alla!” (Ġw 6,69).

Ippermettuli Ħuti u Wliedi l-iktar għeżież, li ninnota f’dan il-punt il-frrħ, il-konvenjenza u r-rispondenza ta’ tali paġna evanġelika fir-rigward taċ-ċirkustanza li ssib illum miġbura flimkien lill-Papa u lill-fidili ta’ porzjon magħzul tal-Poplu ta’ Alla.  Ġejt minn Ruma biex nonora lill-Predeċessur  distint tiegħi, billi sibt ruħi f’kumpanija ideali miegħu biex nirrepeti l-fażijiert tal-formazzjoni morali, saċerdotali u pastorali, sibt, anzi sibna flimkien fuq il-passi tagħna dan it-test li fih Pietru stess, l-ewwel Vigarju ta’ Kristu, jgħallem lis-suċċessuri tiegħu liema hija l-linja li għandhom isegwu biex ma jonqsux mid-dmir apostoliku, biex ma joħorġux mit-triq it-tajba, biex iwieġbu bmod inqas indenn għall-pjan feddej ta’ Kristu, ragħaj suprem tal-merħla.

Din il-linja hija l-fidi: fidi indiskussa, sħiħa, inkrollabbli fil-Kelma ta’ Kristu u fil-Persuna ta’ Kristu; fidi bħal ma rrivelat ruħha f’Ċesarea ta’ Filippu, meta jkun Pietru li, waqt li jegħleb l-opinjonijiet limitatriċi u żbaljati tal-bnedmin, jidentifika f’Ġesù “il-Kristu, l-Iben ta’ Alla l-ħaj” (cf. Mt 16,16); Fidi bħal ma tirrivela ruħha fil-qari tallum, meta huwa Pietru li, jerġà għal darb’oħra, jistqarr il-validità traxxendentti “għall-ħajja ta’ dejjem” tal-kliem stress ta’ Kristu. Din hija professjoni doppja u splerndida ta’ fidi, li – kif josserva San Iljun il-Kbir – hija mtennija kuljum minn Pietru fl-intern tal-Knisja kollha (cf. S Leone Magno, Sermo III, 3: PL 54,146). Għal dan, tali lezzjoni tgħodd qabel kollox għaliha u għall-ministeru formidabbli li ġie biex jitgħabba fuq spallejja, wara l-mhix mistennija u doloruża mewt tal-qatt minsi koerranju tagħkom Ġwanni Pawlu I.

3. Imma l-opportunità jew konvenjenza aċċennata ta’ dan il-Vanġelu turi ruħha wkoll fir-rigward tagħkom, li qegħdin issa tisimgħuni. Id-diskors tal-fidi ta’ Pietru, jiġifieri tal-fidi awtentika u sikura, japplika ruħu tajjeb ħafna għall-eżemplarità tiegħu lill-werrieta ta’ tradizzjoni reliġjuża li, fil-kuntest l-iktar wiesà tat-tradizzjoni Taljana, jiddistingwi ruħu għas-solidità, għall-koerenza, għall-ħila li taffettwa fuq id-drawwa morali b’saħħitha. Qed nitkellem dwar il-fidi tagħkom, Ħuti tal-Bellunese, fidi li tirrifletti u twettaq u tirrendi b’eżattezza l-immaġni tal-fidi tal-popolazzjoni Veneta u, iktar b’mod ġenerali, il- fiżjonomija nisranija tal-Italja.

Liema wirt iktar prezzjuż, liema teżor iktar għażiż jistà jirrakkomandalkom il-Papa, li ġie fostkom? Għall-grazzja ta’ Alla u – huwa doveruż li nagħrfuh – għad-dedikazzjoni indifiża ta’ tant  Rgħajja, dan il-wirt għadu sustanzjalment intatt: il-fidi, trażmessa lilkom bħala lampa li ddawwal mill-missirijiet, hija ħajja u mħeġġa; imma xorta huwa meħtieġ li ngħassuha u ngħassuha b’mod kostanti (tiftakru l-parabbola tal-għaxar verġni?) (cf. Mt 25,1-13), huwa meħtieġ li ngħassu u nitolbu (cf. Mt 26,41; Mk 14,34.38; Lk 12,35-40), sabiex din il-lampa ma tintefa qatt, imma tirreżisti l-irjieħ u t-tempesti, tiddi b’ikbar intensità u b’poter iktar wiesà ta’ irradjazzjoni; u tkun miftuħa għall-fehim u għall-konkwista. Illum verament hemm bżonn ta’ fidi matura, b’saħħitha, qalbiena quddiem l-inċertezzi li tqanqlu ta’ xi ħutna, bħal għal min jaħseb li l-Italja hija art li qiegħda titbiegħed mit-tradizzjonijiet insara, biex tidħol fl-era hekk imsejħa post-nisranija. Le, Ħuti! Jiena naf li mhux hekk, u intom stess issa tweġbuni – diġa weġibtuni bil-laqgħa mqanqla tagħkom sa minn dalgħodu – li mhuwiex hekk!

Mill-għarfioen li għal tant snin għandi tal-Italja u tat-Taljani, mill-iktar diretta esperjenza li akkwistajt jum wara jum f’dawn ix-xhur tas-servizz pontifikali tiegħi, jiena naf li mhuwiex hekk: minkejja t-theddid dejjem jikber u l-perikli maġġuri, il-wiċċ awtentiku tan-Nazzjon huwa nisrani, illuminat kif inhu mid-dawl ta’ Kristu u tal-Vanġelu tiegħu. Dwar dan kollu, mill-bqija, toffri konferma  mhux dubjuża il-vitalità li l-Italja nfisha turi li tippossiedi għal dak li jirrigwarda l-kawża tal-Missjonijiet: il-Knisja Taljana – jien kuntent li nwettqu a bażi ta’ sodisfazzjon – u ta’ tifħir hija b’mod qawwi missjonarja u proporzjonalment, meta wieħed iqis jiġifieri l-kondizzjonijiet ekonomiċi ta’ Pajjiżi privileġġjati, hija l-ewwel fl-iskala tal-għajnmuniet lill-Missjonijiet. U fuq dan il-sartikular estern hemm ir-realtà, ferm iktar rilevanti tal-Missjunarji – Saċerdoti, Reliġjużi, Sorijiet, Staff Lajk speċjalizzat  - li joffru ruħhom f’perċentwal elevatissmu mill-Italja u b’mod partikolari mill-Veneto għall-espansjoni tas-Saltna ta’ Alla.

4. F’dan l-istadju, it-tema tal-fidi – li rridu ngħassu, napprofondixxu, nifirxu -  twassalni biex kważi b’mod naturali ndur fuq iż-żgħażagħ. Tafu kif fil-laqgħat u fl-udjenzi pubbliċi ma nonqos qatt li nkellimhom, u dan nagħmlu għar-raġuni ovvja u, jkolli ngħid, interessata li hija l-età nfisha li tirriserva lilhom il-ġejjieni u tirrendihom fi żmien qasir protagonist tal-ġrajjiet, imma wkoll u b’mod speċjali għad-doti partikulari li huma propju taż-żgħożija: l-entużjazmu u l-ġenerożità, il-lealtà u l-freskezza, is-sens tal-ġustizzja, id-disponibiltà pronta biex jaqdu lill-aħwa, f’tant forom ta’ assistenza u ta’ karità, ir-rifjut ta’ nofs miżuri, id-disprezz tal-kalkoli povri, il-fastidju għal kull forma ta’ ipokresija u jiena nawgura, ukoll it-twarrib ta’ kull forma ta’ ntolleranza u ta’ vjolenza.

Allura ngħidilkom, o żgħażagħ li hawn qegħdin tisimgħuni, li l-Knisja minn dejjem imma llum ferm iktar mill-imgħoddi, torbot fuqkom, għandha fiduċja fikom, ħafna tistenna minnkom għat-twettiq tal-missjoni feddejja tagħha fid-dinja. Tridu, għalhekk, tilqgħu b’qalb miftuħa dan l-appell imġedded tiegħi, li jdoqq stedina biex tidħlu b’mod qalbieni fid-dinamika tal-azzjoni ekkleżjali. X’tistà tkun il-Knisja mingħajrkom? Minħabba f’hekk hija tant tafda fikom. Hemm b’konfort għalina l-wegħdiet ta’ Kristu, li lill-Knisja ggarantixxa l-preżenza u l-assistenza ma jaqtgħu qatt tiegħu (cf. Mt 28,20;16,18); imma dawn ma jassolvuniex mid-dmir permanenti li nissapportjaw lil din iċ-ċertezza superjuri bl-operożità diliġenti u assidwa tagħna. Huwa appuntu hawn li jsib postu ir-rikors insistenti tiegħi lilkom iż-żgħażagħ, li se jkollu – dan nittamah b’qalbi kollha – tweġiba pożittiva u pronta min-naħa tagħkom.

5. Nicxtieq inkompli nżid kelma, waqt li neħodha mid-dokumentazzjoni li għaddieli l-Isqof tagħkom dwar il-ħajja pastorali fid-dijoċesijiet ta’ Belluno u Feltre. Waqt li nindirizza tislima speċjali għal din il-Belt, fid-dispjaċir li ma stajtx inżurha, nesprimi sodisfazzjon ħaj għal dak li qiegħed isir fiż-żewġ Komunitajiet għall-formazzjoni tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda, għall-iżvilupp tal-attività kastekista, għaż-żieda tal-vokazzjonijiet sagri. Naħseb, b’mod speċjali, dwar il-Vista Pastorali u dwar il-“missjonijiet popolari”, li  skont proċedura mħaddma sewwa se tkun l-waqt ta’ tħejjija. Jalla dawn il-missjonijiet, afdati f’idejn saċerdoti żelanti u esperti, jilħqu lill-familji u lill-gruppi kollha assoċjati, waqt li jwassluhom – bħal fil-voti tar-Ragħaj – għas-sejba ta’ Kristu redentur tal-bniedem u għall-impenn konsegwenti li jixhduh fid-dinja.

Naħseb ukoll, o Ħuti, fil-problemi soċjali tar-reġġjun tagħkom, li, minħabba l-konformazzjoni stess tiegħu, jiddisponi minn riżorsi skarsi u mhux millum jagħraf, sfortunatament, iċ-ċaħda u s-saġrifiċċji tal-faqar. B’liema tqanqil kienet milqugħa l-aħbar, imxandra mill-ġurnali, tal-esodu annwali mill-Italja, minħabba x-xogħol, ta’ missier iċ-ċkejken Albino Luciani, u dik iktar ta’ tribulazzjonijiet dolorużi imqanqla mhux biss fil-familja tiegħu, imma fil-pajjiż fejn twieled u fiż-żona tal-madwar kollha mill-gwerra dinjija tal-1915-1918. Jekk dan il-flaġell issa fortunatament jidher ‘il bogħod,, però, jibqgħu realtajiet dolorużii oħra, bħall-faqar tal-art, id-disastri ta’ ġeneru varju (infakkar biss id-diżastru tal-Vaiont, u t-terremot li diversi snin ilu laqat it-territorju tal-popolazzjonijiet twajba tal-Friuli), it-theddida imminenti tad-disokkupazzjoni jew l-inċertezza tal-post tax-xogħol, il-bżonn kontinwu u ta’ dwejjaq dejjem tal-emigrazzjoni, sew dak permanenti kif ukoll dak staġjonali  .

Din tagħkom, għeżież fidili, hija tassew art milquta bis-sagrifiċċju, u jien għandi d-dmir li nagħraf u nesponi, maġemb iż-żelu tal-fidi tagħkom u l-attakkament għat-tradizzjonijiet antiki, id-dota ta’ virtujiet umani u ċivili li tippossiedu. Min ma jafx li l-gwerra ta’ sittin sena ilu ħalliet fostkom traċċi profondi, u kkawżat tbatijiet kbar? Dan, madankollu, webbes u żviluppa f’nofskom is-sentiment patrijottiku u r-rabta tas-solidarjetà nazzjonali. Dawn il-valuri wkoll jien irrid ngħolli għaliex bħal ma jiddefenixxu l-profil ta’ poplu, hekk ukoll jarmonizzaw bla ebda kontradizzjoni ta’ speċi mal-ispiriwalità reliġjuża ġenwina. Imma ferm iktar nixtieq u jidhirli b’tali mod li ngħaqqad leħni ma dak hekk sħun u perswassiv u għalikom tant familjari ta’ Papa Luciani li nħallikom b’tifkira taż-żjara eżortazzjoni speċjali għall-qawwa, li hija fl-istess ħin kwalità umana għolja u virtù nisranija tipika. Kunu qawwija fil-fidi, qawwija fix-xogħol, qawwija fl-ispirtu tas-sagrifiċċju! Ikun dan il-mod l-iktar adegwat u l-iktar dehen biex nonoraw bil-atti l-figura amabbli ta’ Ġwanni Pawlu I tagħkom u tagħna.

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb