Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II ...

ĊELEBRAZZJONI SOLLENNI B’SUFRAĠJU
TAL-KARDINALI JOHN JOSEPH WRIGHT

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II

Is-Sibt, 22 ta’ Settembru 1979

 

Sinjuri Krdinali ,Konfratelli u Għeżież Uliedi!

Ridt din il-konċelebrazzjoni speċjali biex infakkar, ftit iktar minn xahar wara l-mewt doloruża tiegħu, il-figura amabbli tal-Kardinal John Joseph Wright. Huwa ħalliena b’mod silenzjuż ħafna, u l-mewt tiegħu, waqt li serqet lil dan il-Kulleġġ Sagru u lill-Kurja Rumana minn membru awtorevoli, kienet u għadha mottiv għalina ta’ vistu sinċier.

Min kien verament il-Kardinal Wright? Liema huma l-fatturi karatteristiċi tal-personalità tiegħu? Nafu sewwa l-elementi esterni tal-bijografija tiegħu: imwieled fl-Istati Uniti tal-Amerika minn familja oriġinalment Irlandiża, wara żgħożija tispikka minn dedikazzjoni eżemplari għall-erwieħ, huwa kien innominat Awżiljarju ta’ Boston, imbagħad kien Isqof apprezzat ta’ Worcester u ta’ Pittsburgh, sakemm, mill-fiduċja tal-Predeċessur tiegħi Pawlu VI, ta’ tifkira meqjuma, kien imsejjaħ Ruma bħala Prefett tas-Sagra Kongregazzjoni għall-Kleru.

Imma, ‘il hemm minn dawn d-dati esterni, ħarġet fih u issa tippreżenta ruħha għalina bħala ewlenija u ċentrali kwalità pastorali distinta: iddotat minn natura ta’ umanità għanja u sħuna, huwa dejjem wera ruħu Ragħaj, bin-noti kollha li għandhom jiddefenuna skont it-tagħlim evanġeliku, jiġifieri l-ħeġġa, is-sensibiltà, il-fehim, l-ispirtu ta’ sagrifiċċju għan-nagħaġ tal-merħla (cf. Ġw 10,2-18). Kienet preċiżament din l-attitudni, immaturata fl-esperjenza mhux qasira tal-ħajja dijoċeżana li għaliha, fil-perijodu postkonċiljari, kellu l-inkarigu li jiddirieġi id-Dikasteru mportanti, li istituzzjonalment imissu l-animazzjoni fis-sens pastorali tal-kleru u tal-poplu nisrani.

Iżda, waqt li rridu nippenetraw iktar fl-intern l-psikoloġija tal-Porporat, insibu li s-sors sigriet li kien jitma dan l-impenn tiegħu tipiku kien rapport kostanti u personali ma’ Kristu Sidna. Dak li bħala motto kien għażel l-espressjoni sinifikattiva “Resonare Christum”, kien ifittex li jżomm dejjem frisk u ħaj tali kuntatt miegħu. Tant kien konvint minn din l-esiġenza, li qatt ma kien jonqos li kien idaħħalha fis-Saċerdoti kemm fil-kitbiet kif ukoll bil-kelma. Nieħu gost nikkwota, bħala eżempju, il-prefazjoni penetranti minnu ddettata għall-istampar mill-ġdid tal-librett imdieheb “Manete in dilectione mea”, fejn naqraw dawn is-sentenzi: “Jekk tridu, għeżież konfratelli, tikkonservaw in aeternum l-identità saċerdotali tagħkom f’din l-epoka li fiha id-dinja hija ferm importanti għall-bnedmin, fittxu li timitaw il-qalb ta’ Ġesù illum iktar mill-bieraħ.”.

U mill-ġdid: “Jekk tridu li l-Knisja tkun verament sagrament ta’ salvazzjoni għall-bniedem tallum, tħallux li tgħib l-identità propja u sofru l-ansjetà sottili tal-vojt spiritwali, orjentaw il-ħajja tagħkom spiritwali kollha fl-imitazzjoni tal-Qalb ta’ Ġesù”. Hawn hu ċ-ċentru, fokali li jispjega d-dinamiżmu u ż-żelu tal-Kardinal tagħna. Hawn hi l-indikazzjoni permanentement valida li hu jitrażmettilna jekk ma rridux – aħna l-Isqfijiet u s-Saċerdoti – li l-ministeru tagħna jiddgħajjef jew li jeqred lilu nnifsu. Infatti din hija ndikazzjoni li fuqha qatt ma nirriflettu biżżejjed, għaliex konnaturali mal-istat tagħna, għaliex issejħilna b’urġenza biex ngħixu ħajja nterna intensa, iċċentrata fi Kristu “ta’ qalb mansweta u umli” (Mt 11,28), mitmugħa minn dik il-karità tiegħu, li mingħajrha wkoll fost suċċessi esterni risonanti bħal ma jwissi San Pawl ma jiswew xejn (cf. 1Kor 13,1-3).

Lezzjoni oħra tiġina minn dan il-Porporat distint: Fil-ministeru mżewwaq mogħti lill-aħwa, saċerdoti u fidili, huwa kkonserva u wera attakkament eżemplari mal-Maġisteru tal-Knisja. Ikkonċepixxa dan il-maġisteru bħala realtà ħajja, bħala funzjoni sagra, bħala servizz kwalifikat għall-integrita tal-fidi u b’mod ġenerali għall-kawża tal-verità, imwaqqaf fl-intern tal-Knisja bir-rieda tal-Mulej (cf. Mt 28,19-20; 1Tm 3,15). U huwa leċitu li naħsbu li f’adeżjoni ferventi u, ikolli ngħid, devozzjoni lejn il-Knisja-Għalliema ma kinitx barranija t-tradizzjoni ininterrotta ta’ fedeltà tal-Irlanda kattolika.

Ma setax ikun indikat aħjar, għal din l-assemblea liturġika tagħna, it-test tal-Vanġelu ta’ Mattew, li għadu kemm inqara: wara l-elevazzjoni sublimi lill-Missier (“Confiteor tibi, Pater...”), Ġesù jindirizza stedina perswassiva lid-Dixxipli tiegħu, sabiex imorru għandu u jilqgħu il-madmad ħelu tad-duttrina tiegħu: “Venite ad me omnes...”. Fil-ħajja kollha tiegħu l-Kardinal Wright sforza ruħu, propju f’dak il-kuntatt ta’ kuljum li fakkart hawn fuq, li jistudja lil Ġesù mill-qrib, li jitgħallem direttament mingħandu il-lezzjonijiet eterni u b’saħħithom tal-manswetudni tal-umiltà tal-qalb. Qabel il-“munus docendi”, li kienu jmissu lilu bħala Isqof u Ragħaj, huwa kellu tassew għal qalbu tali “officium discendi”. Aħna nemmnu, mela, minħabba l-wegħda formali tal-Mulej (“et invenietis requiem”), li diġa fuq din l-art huwa sab il-konfort u l-paċi għal ruħu, imma nemmnu, ukoll, minħabba l-karità bla qisien tal-istess Mulej, li issa jgawdi dan il-ġid, f’forma li ma titbiddilx u mimlija fil-glorja tas-sema.

Hekk ikun.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

 

b