Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II ...

ŻJARA LIS-SANTWARJU TA’ POMPEI

OMELIJA TSAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II

Pjazza tas- Santwarju ta’ Pompei
Il-Ħadd, 21 ta’ Ottubru 1979

 

1. “Missus est Angelus...”. “L-Anġlu Gabriel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilea jisimha Nażżaret” (Lq 1,26). B’emozzjoni speċjali nippronunzjaw illum dan il-kliem, fil-pjazza tas-Santwarju ta’ Pompei, li fih hija mdawra b’qima singulari il-Verġni, li kien jisimha Marija (cf. Lq 1,27). Dik il-Verġni li għandha kien mibgħut Gabriel. B’emozzjoni speċjali nisimgħu illum dak il-kliem, f’dan il-Ħadd ta’ Ottubru, li għandu l-karattru tal-Ħadd missjunarju. Madankollu l-kliem tal-Vanġelu ta’ San Luqa jitkellem dwar il-bidu tal-Missjoni. Il-missjoni tfisser inkunu mibgħuta, u nkunu nkarigati li nisvolġu azzjoni speċifikata.

Kien mibgħut minn Alla Gabriel għand Marija ta’ Nażżaret biex iħabbrilha u, fiha, lill-ġeneru uman kollu l-missjoni tal-Verb. Hekk hu, Alla ried jibgħat lill-Iben etern sabiex, waqt li jsir bniedem, ikun jistà jirregala lill-bniedem il-ħajja divina, il-filjolanza divina, il-grazzja u l-verità.

Il-Missjoni tal-Iben tibda propju f’dak il-waqt ta’ Nażżaret, meta Marija tismà l-kliem ippronunzjat minn fomm Gabriel: “Inti sibt grazzja quddiem Alla. Hekk hu, inti tnissel iben, twelldu u ssemmih Ġesù” (Lq 1,30-31).

Il-missjoni ta’ dan l-Iben, Verb etern, tibda mela, meta Marija ta’ Nażżaret, Verġni, “mara mgħarrsa ma’ raġel mid-dar ta’ David, jismu Ġużeppi” (Lq 1,27), meta semgħet dan il-kliem ta’ Gabriel, twieġeb:”Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni dak li għidtli” (Lc 1,38).

F’dak il-waqt tibda l-missjoni tal-Iben fid-dinja. Il-Verb tal-istess sustanza tal-Missier isir ġisem fil-ġuf tal-Verġni. Il-Verġni nfisha ma tistax tifhem kif se jitwettaq dan kollu. Għalhekk qabel ma twieġeb: “Ħa jsir minni”, tistaqsi: “Kif inhu possibbli? Ma nafx raġel” (Lc 1,34). U tirċievi t-tweġiba determinanti: “L-Ispirtu Santu jinżel fuqek, fuqek tifrex id-dell tagħha l-qawwa tal-Iktar Għoli. Dak li jitwieled ikun mela qaddis u msejjaħ Bin Alla” (Lc 1,35-37). F’dak il-waqt Marija diġa tifhem. U ma tistaqsix iktar. Tgħid biss: “Ħa jsir minn dak li għidtli” (Lq 1,38). U l-Verb isir bniedem (cf. Ġw 1,14).Tibda l-missjoni tal-Iben u l-missjoni tal-Ispirtu Santu. Fuq dan l-ewwel stadju l-missjoni tiġi ndirizzata lilha biss: lill-Verġni ta’ Nażżaret. L-ewwel fuqha jinżel l-Ispirtu Santu. Hija, fis-sustanza umana u verġinali tagħha, tiġi mdella bil-qawwa tal-Iktar Għoli. Grazzi għal din il-qawwa, u minħabba l-Ispirtu Santu, hija ssir Omm l-Iben ta’ Alla, waqt li tibqà Verġni. Il-missjoni tal-Iben tibda fiha, taħt qalbha. Il-missjoni tal-Ispirtu Santu, li “jipproċedi mill-Missier u mill-Iben”, jasal ukoll l-ewwel fiha, f’ruħha li hija l-Għarusa tiegħu, l-iktar pura u l-iktar sensibbli  .

2. Dan il-bidu fiż-żmien, dan il-bidu storiku tal-Missjoni tal-Iben u tal-Ispirtu Santu, hemm bżonn li nżommuh f’moħħna b’mod speċjali llum, fil-Ħadd missjunarju annwali tax-xahar ta’ Ottubru. Għal dan il-bidu għandha ddur il-Knisja kollha, kullimkien, f’kull podst u f’kull qalb. Il-Knisja hija kollha u kullimkien missjunarja għaliex fiha tibqà b’mod kontinwu din il-missjoni tal-Iben u tal-Ispirtu Santu,li kellha l-bidu storiku tagħha fuq l-art propju f’Nażżaret, fil-qalb tal-Verġni.

Waqt li sar bniedem f’ġufha bl-opra tal-Ispirtu Santu, Alla-Iben daħal fl-istorja tal-bniedem biex iġib dan l-Ispirtu lil kull bniedem u lill-umanità kollha kemm hi. Il-missjoni, li l-ewwel bidu tagħha taħt il-qalb tal-Verġni ta’ Nażżaret kien imdellel bil-qawwa tal-Iktar Għoli, immatura permezz taż-żmien kollu moħbi tal-Iben ta’ Alla u mbagħad permezz tal-kelma ħajja tal-Vanġelu tiegħu u permezz tas-sagrifiċċju tas-salib u x-xhieda tal-qawmien mill-imwiet sal-jum fiċ-ċenaklu; u dan huwa mfakkar lilna wkoll mil-liturġija tallum. Kien dak il-jum, li fih mhux biss Marija imma l-Knisja kollha, il-Poplu kollu tal-Patt il-Ġdid, irċieva l-Ispirtu Santu u flimkien miegħu sar parteċipi fil-missjoni tal-Imgħallem tiegħu rxuxtat u tal-uniku Midluk (Messija). Waqt li kiseb is-sehem fil-missjoni saċerdotali, profetika u rjali, il-Poplu ta’ Alla, jiġifieri l-Knisja, sar totalment missjunarju.

3. U propju fil-Ħadd tallum, il-Poplu ta’ Alla, jiġifieri l-Knisja, jiffissa għajnejh bi gratitudni fuq il-misteru ta’ din il-missjoni, li kellha l-bidu tagħha f’Nażżaret u mbagħad fiċ-ċenaklu ġerosolmitan. Waqt li jimmedita mela fuq il-propju karattru missjunarju l-Poplu ta’ Alla, jiġifieri l-Knisja, jindirizza, bl-iktar solleċitudni profonda u żelu tal-Ispirtu, fuq id-dimensjonijiet kollha tal-missjoni tiegħu kontemporanja; fuq il-postijiet kollha, fuq il-kontinenti kollha u fuq il-Popli kollha, għaliex  Kristu darba qallu: “Morru mela u għallmu lill-Ġnus kollha…” (Mt 28,19). “...Ippridkaw il-Vanġelu lil kull maħluq” (Mk 16,15). Għal dan, fil-Ħadd missjunarju, il-Knisja timxi fuq il-passi ta’ tagħlimu, tal-missjoni tiegħu, tal-evanġelizzazzjoni u tal-katekeżi, kemm fost in-nazzjonijiet u l-popli diġa għal ħafna żmien insara kif ukoll fost dawk żgħażagħ u riċenti, u fost dawk li għadhom ma ntlaħqux mill-grazzja tal-fidi u tal-verità tas-salvazzjoni.

Il-Knisja tagħmlu waqt li għandha quddiem għajnejha it-tagħlim kollu  tal-Vatikan II, kemm il-Kostituzzjoni Lumen Gentium bħall-Gaudium et Spes; kif ukoll id-Digriet dwar l-attività missjunarja tal-Knisja Ad Gentes kif ukoll id-Digriet dwar l-ekumeniżmu, id-dikjarazzjoni dwar il-libertà reliġjuża u d-Dikjarazzjoni dwar ir-relazzjonijiet tal-Knisja mar-reliġjonijiet mhux Kristjani. Dawn id-Dokumenti splendidi kollha jkellmu lill-Knisja ta’ żmienna, lill-Knisja ta’ dan l-għoxrin seklu li wasal biex jintemm, jitkellmu dwar xi tfisser tkun missjunarju u jkollok missjoni x’tiżvolġi. U jordnawlha, kif kien għamel darba Kristu lill-Appostli, li jħarsu lejn l-oqsma tal-erwieħ umani, li dejjem b’xi mod “diġa qegħdin jisfaru għall-ħsad” (Ġw 4,35). Huma forsi tassew maturi? Waslu biex jimmaturaw? Jew inkella fosthom qegħdin jikbru oġġezzjonijiet kontra l-kelma tal-Vanġelu u kontra l-Ispirtu, li “jonfoħ fejn irid” (Ġw 3,8).

Għalina qatt mhu permess li nitilfu t-tama, għalkemm nistgħu permezz ta’ perijodi ta’ esperjenzi u provi iebsa. Qatt mhu permess li ninsew li l-Mulej stess – Dak li b’demmu aħna ġejna meħlusa (cf. 1Pt 1,19; Ef 1,7), iħares lejn dawn l-oqsma tal-erwieħ u lilna, dixxipli tiegħu, jgħidilna: “Itolbu! “Itolbu mela lil sid il-ħsad li jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu” (Mt 9,38). Ejjew nagħmluh b’mod speċjali f’dan il-Ħadd.

4. Marjia hija dejjem fiċ-ċentru tat-talb tagħna. Hija hi l-ewwel fost dawk li jitolbu. U hija l-“Omnipotentia supplex”: l-Omnipotenza tal-interċessjoni.

Tali kienet f’darha ta’ Nażżaret, meta kienet titkellem ma’ Gabriel. Ejjew naqbduha hemm fil-profondità tat-talb. Fil-profondità tat-talb ikellimha Alla l-Missier. Fil-profondità tat-talb il-Verb Etern isir Binha. Fil-profondità tat-talb jinżel fuqha l-Ispirtu Santu.

U mbagħad hija tittrasferixxi din il-profondità tat-talb minn Nażżaret għaċ-ċenaklu ta’ Pentekoste, fejn l-Appostli kollha: Pietru u Ġwanni, Ġakbu u Indri, Filippu u Tumas, Bartolmew u Mattew, Ġakbu ta’ Alfew u Xmun iż-żelota u Ġuda ta’ Gakbu kienu flimkien magħha regolari u armoniċi fit-talb (cf. At 1,13-14).

5. Marija tittrasferixxi l-istess profondità tat-talb ukoll fuq dan il-post privileġġjat fl-art Taljana, mhux bogħod min-Napli, li fiha llum ġejna pellegrinaġġ. Dan huwa s-santwarju tar-rużarju, jiġifieri s-santwarju tat-talba marjana; ta’ din it-talba li Marija tgħid flimkien magħna kif kienet titlob flimkien mal-Appostli fiċ-Ċenaklu.

Din it-talba tissejjaħ ir-rużarju. U hija it-talba favorita tagħna li nindirizzaw lilha; lil Marija. Bla ebda dubju. Ejjew ma ninsewx iżda li kontemporanjament ir-rużarju huwa t-talba tagħna ma’ Marija. Huwa t-talba ta’ Marija magħna, mas-suċċessuri tal-Appostli, li sawru l-bidu tal-Iżrael il-ġdid, tal-Poplu ta’ Alla l-ġdid.

Niġu mela hawn biex nitolbu ma’ Marija; biex nimmeditaw, flimkien magħha, il-misteri, li hija bħala Omm, kienet timmedita f’qalbha (cf. Lq 2,19), u tkompli timmedita, tkompli tikkonsidra. Ġaladarba dawn huma l-misteri tal-ħajja eterna. Kollha għandhom id-dimensjoni eskatoloġika tagħhom. Huma mgħaddsa f’Alla nnifsu. F’dak Alla li “jgħammar f’dawl inaċċessibbli” (1Tm 6,16) huma mgħaddsa dawn il-Misteri kollha, hekk sempliċi u hekk aċċessibbli. U hekk b’mod strett marbutin mal-istorja tas-salvazzjoni tagħna.

U għalhekk din it-talba ta’ Marija. Mgħaddsa fid-dawl ta’ Alla nnifsu, tibqà kontemporanjament dejjem miftuħa lejn l-art, lejn il-problemi kollha umani. Lejn il-problemi kollha ta’ kull bniedem u fl-istess ħin, tal-komunitajiet kollha umani, tal-familji, tan-nazzjonijiet; lejn il-problemi kollha internazzjonali tal-umanità. Bħal per eżempju dawk li kelli ċ-ċans inqanqal quddiem l-Assemblea tal-Ġnus Magħquda, fit-2 ta’ Ottubru. Din it-talba ta’ Marija, dan ir-rużarju, huwa miftuħ b’mod kostanti lejn l-missjoni kollha tal-Knisja, lejn id-diffikultajiet tagħha u lejn it-tamiet tagħha, lejn il-persekuzzjonijiet u n-nuqqas ta’ fehim, lejn kull servizz li hija twettaq fil-konfront tal-bnedmin u tal-popli. Din it-talba ta’ Marija, dan ir-rużarju huwa propju tali, għaliex mill-bidu kien ispirat mil-“loġika tal-qalb”. U t-talba kienet iffurmata f’din il-qalb permezz tal-esperjenza l-iktar splendida, li fiha kienet involuta: permezz tal-misteru tal-Inkarnazzjoni.

Alla tana, minn ħafna żmien ilu, tali sinjal: “Araw: il-Verġni tnissel u twelled iben li ssemmi Emmanuel” (Iż 7,14). Emmanuel “li jfisser Alla magħna” (Mt 1,23). Magħna u għalina: “biex jgħaqqad flimkien l-ulied ta’ Alla li kienu mferrxin” (Ġw 11,52).

6. Niġi mela hawn, fis-santwarju ta’ Pompei, fl-ispirtu ta’ din it-talba biex ngħix flimkien magħkom dak is-sinjal tal-profezija ta’ Iżaija. U waqt li nieħu sehem fit-talba tal-Ġenitriċi ta’ Alla, li hija “Omnipotentia supplex”, nixtieq flimkien mal-pellegrini kollha nesprimi r-ringrazzjament għal dik il-missjoni multipla, li ultimament kelli x-xorti nwettaq bejn ix-xahar ta’ Settembru u ta’ Ottubru. Dwar din diġa tkellimt iktar minn darba. Irripetejt il-kliem u l-ħsibijiet li Ġesù stess kien għallem lill-Appostli: “Meta tkunu għamiltu dak kollu li kien ordnat lilkom, għidu: Aħna qaddejja inutli. Agħmilna dak li kellna nagħmlu” (Lq 17,10). U għalhekk, ferm iktar inħoss il-bżonn li niżżi ħajr hawn, f’dan is-santwarju, Marija u ma’ Marija.

U jekk il-gratitudni tiegħi tmur b’mod kontemporanju wkoll għall-bnedmin, dan nagħmlu b’mod speċjali sabiex dan is-servizz tiegħi ta’ Pietru, servizz papali, huma ħejjewh hekk tajjeb għarkubbtejhom; għaliex tawh karattru ta’ talb profond, karattru sagramentali, ewkaristiku. Nistà naħseb, mingħajr kommozzjoni, għal tant bnedmin, spiss żgħażagħ, li permezz tas-sagrifiċċji, il-laqgħat lejlija daħlu tant fl-Ispirtu li kellu jitkellem?

Hemm bżonn tassew li niftakru dwar dan. Ladarba dan hu il-qalb stess ta’ dak il-ministeru; il-bqija huwa biss manifestazzjoni, li b’mod uman wieħed kultant jaqra b’mod superfiċjali żżejjed. Kristu mill-banda l-oħra jgħallimna li t-teżor, jiġifieri l-valur essenzjali, jinsab fil-qalb (cf. Lq 12,34).

Niġi hawn mela biex niżżi ħajr għal dan kollu. U jekk niġi wkoll biex nitlob – oh kemm għandi x’nitlob! Kemm għandi x’nitlob bil-ħniena! – dak li nitlob huwa b’mod speċjali li l-missjoni tal-Knisja, tal-Poplu ta’ Alla, il-missjoni li bdiet f’Nażżaret, għall-Kalvarju, fiċ-Ċenaklu, titwettaq fl-epoka tagħna fiċ-ċarezza kollha tagħha u flimkien mal-armonija tas-sinjali ta’ żminijietna. Li, fuq l-eżempju tal-Qaddejja tal-Mulej, inkun nistà – sa ma jogħġob lil Alla – nibqà qaddej fidil u umli ta’ din il-missjoni tal-Knisja kollha u li nħoss, niftakar u nirripeti biss dan: li jien qaddej umli.

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb