Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II ...

 

LAQGĦA TA’ TALB FOST IS-SEMINARISTI RUMANI

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

IL-Ħadd, 19 ta’ Novembru 1978

 

1.Il-laqgħa tagħna tallum għandha l-karattru ta’ udjenza partikolari. Hija – biex ngħidu hekk – udjenza Ewkaristika. Ma “nagħmluhiex”, imma “niċcelebrawha”. Din hija liturġija sagra. Qegħdin jikkonċelebraw miegħi, l-Isqof ta’ Ruma l-ġdid, u mal-Kardinal Vigarju, is-Superjuri tas-Seminaristi ta’ din id-dijoċesi, u parteċipanti f’din l-Ewkarisyija huma l-istudenti tas-Seminarju Ruman, tas-Seminajru “Capranica” u tas-Seminarju Minuri.

L-Isqof ta’ Ruma jixtieq iżur is-seminarji tiegħu, imma intant illum huma intom li ġejtu għandu għal din l-udjenza sagra!

Il-Quddiesa hija wkoll udjenza. Jistà jkun li l-paragun huwa ardit iżżejjed, jistà jkun skonvinjenti, jistà jkun “uman” iżżejjed, bdanakollu ippermettuli li nużah, din hija waħda mill-udjenzi li l-istess Kristu jagħti kontinwament lill-umanità – li huwa jagħti lil komunita ewkaristika determinata – u lil kull wieħed u waħda minna li niffurmaw din l-assemblea.

2. Matul din l-udjenza se nisimgħu lil dak li jitkellem. U aħna wkoll infittxu li nitkellmu miegħu b’mod li huwa jkun jistà jismagħna.

Fil-Litirġija Ewkaristika Kristu jitkellem qabel xejn bil-qawwa tas-Saġrifiċċju tiegħu. Dan huwa diskors tassew konċiż u fl-istess ħin jaħraq. Wieħed jistà jgħid li dan id-diskors nafuh bl-amment, huwa madankollu jippreżentalna ruħu kull darba ġdid, sagru, rivelatur. Jiġbor fih il-misteru kollu tal-imħabba u tal-verità, għaliex il-verità tgħix bl-imħabba u l-imħabba bil-verità. Alla li huwa Verità u Mħabba, wera ruħu fl-istorja tal-ħolqien u fl-istorja tal-fidwa; din l-istorja huwa jipproponi mill-ġdid permezz ta’ dan is-sagrifiċċju feddej li hu għaddielna fis-sinjal sagramentali, sabiex mhux biss naħsbu fih fit-tifkira, imma inġedduh, niċċeleebrawh mill-ġdid.

Waqt li niċċelebraw is-Sagrifiċċju Ewkaristiku, inkunu ntrodotti kull darba fil-misteru ta’ Alla stess u wkoll, fil-profondità kollha tar-realtà umana. L-Ewkaristija hija l-aħbar tal-mewt u tal-qawmien mill-imwiet. Il-misteru paskwali jesprimi ruħu fiha bħala bidu ta’ żmien ġdid u bħala stennija finali.

Kuwa Kristu nnifsu li jitkellem, u aħna ma nistgħux nieqfu nisimgħuh. Nixtiequ kontinwament din il-qawwa tiegħu ta’ fidwa, li saret “garanzija” divina tal-kliem ta’ ħajja bla tmiem.

Huwa għandu kliem ta’ ħajja bla tmiem (cf. Ġw 6,68).

3. Dan li aħna rridu ngħidulu kuljum huwa dejjem tagħna, għaliex ħiereg mill-esperjenzi tagħna umani, mix-xewqat tagħna, imma wkoll mill-inkwiet tagħna. Dan huwa spiss lingwaġġ ta’ tbatija, imma wkoll ta’ tama. Inkellmuh dwarna stess, dwar dawk li jistennew minn għandna li niftakru fihom miegħu.

Dak li ngħidu jispira ruħu mill-Kelma ta’ Alla. Il-Liturġija tal-kelma tiġi qabel l-liturġija ewkaristika. F’relazzjoni mal-kelma mismugħa llum, ikollna bosta ħwejjeġ xi ngħidu lil Kristu, waqt din is-sagra udjenza.

Irridu mela nkellmuh qabel xejn dwar dan it-talent speċjali – u forsi mhux wieħed biss, imma ħamsa – li rċivejna: il-vokazzjoni saċerdotali, is-sejħa sabiex nimxu lejn is-saċerdozju billi dħalna fis-seminarju. Kull talent huwa obbligu. Iktar u iktar nħossuna obbligati minn dan it-talent, biex ma naħluhx, biex “ma naħbuhx taħt l-art”, imma nġagħluh jagħti l-frott! Permezz ta’ serje ta’ tħejjijiet, l-istudju, ix-xogħol fuqna nfusna, u formazzjoni konxja “tal-bniedem il-ġdid” li waqt li jagħti lilu nnifsu għal kollox lil Kristu bla ebda riservi fis-servizz saċerdotali, migħux fiċ-ċelibat, ikun jistà jsir b’mod speċjali bniedem “għall-oħrajn”.

Irridu wkoll nitkellmu ma’ Kristu dwar dik l-ħajja li twassal lil kull wieħed minna għas-saċerdozju, kull wieħed jitkellem dwar ħajtu stess. Fiha nfittxu li nipperseveraw bil-biżà ta’ Alla, hekk eżatt kif jistedinna nagħmlu s-Salmista. Din hija t-triq li toħroġna mid-dlamijiet biex tressaqna lejn id-dawl, bħal ma jikteb San Pawl. Irridu nkunu “wlied id-dawl”. Irridu ngħassu, irridu nkunu moderati, irridu nkunu sobriji u responsabbli għalina nfusna u għall-oħrajn.

Bla dubju kull wieħed minna se jkollu wkoll bosta ħwejjeġ oħra xi jgħid waqt din l-udjenza – kull wieħed minnkom, Superjuri, u kull wieħed minnkom, għeżież Studenti.

U x’se ngħid jien lil Kristu, l-Isqof il-ġdid tagħkom?

Qabel kollox, nixtieq ngħidlu: Niżżik ħajr għal dak kollu li tajtni. Irrid inkompli ngħidlu (intennihulu kontinwament): “Il-ħsad huwa kbir! Ibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħek.

U bsarra minn hekk irrid ngħidlu: Għassishom fil-verità u għamel li huma jimmaturaw fil-grazzja tas-sagrament tas-saċerdozju, li għaliha qegħdin iħejju ruħhom.

Dan kollu irrid ngħidlu permezsz ta’ Ommu, li tqimu fis-seminarju Ruman, waqt li tħarsu lejn ix-xbiha tal-“Madonna tal-Fiduċja” li tagħħa il-Qaddej ta’ Alla Ġwanni XXIII, kien devot b’mod speċjali.

Nafda mela lil din l-Omm lil kull wieħed minnkom u lit-tliet Seminarji tad-dijoċesi l-ġdida tiegħi. Amen.

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb