Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II ...

ŻJARA LILL-PARROĊĊA RUMANA TA’ SAN RAFFAELE ARKANĠLU AL TRULLO

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU

Il-Ħadd, 11 ta’ Novembru 1979

 

Ħuti għeżież.

1. Sliem għalikom! Ippermettuli li nesprimilkom qabel xejn, il-ferħ kbir li qed inħoss li ninsab illum f’nofskom, f’din il-parroċċa tagħkom ta’ San Rafiel Arkanġlu fi Trullo, li tikkonkludi l-festeġġjamenti għall-25 sena tal-eżistenza tagħha. Ħamsa u għoxrin sena huma perjodu konsiderevoli, fl-arkata taż-żmien li jħaddan normalment eżistenza umana. Huwa ġust, għalhekk, li tenfasizza skadenza simili u li nieqfu biex nagħtu ħarsa lejn il-mixja li wettaqna, biex nivvalutaw id-diffikultajiet megħluba, biex infittxu pass tajjeb fil-konsiderazzjoni tar-riżultati milħuqa.

Jiena kuntent li jien ukoll ninsab magħkom ta’ Ruma, li fiha Kristu qegħdni bħala Isqof u Ragħaj. Flimkien magħkom nerġà naħseb dwar il-bidu tal-komunità tagħkom: tal-komunità ċivili, li l-bidu tagħha jsib postu lejn it-tmiem tas-snin tletin, meta hawn sabu posthom bosta Taljani li ġew lura minn barra, u li l-iżvilupp suċċessivament ġie stabbilit mill-amalgazzjoni f’din iż-żona tal-abitanti f’xi kwartieri periferiċi tal-Belt, kif ukoll ta’ mhux ftit immigrant minn reġġjuni oħra tal-Italja. U nerġà naħseb dwar il-bidu tal-komunità nisranija bħala tali, miġbura fil-bidu madwar ċentri ta’ servizz reliġjuż provviżorji u mibnijin imbagħad b’mod uffiċċjali f’parroċċa fl-1953 taħt it-tmexxija pastorali tal-Patrijiet Kapuċċini.

Kemm tifkiriet iwarrdu fil-moħħ ta’ dawk fostkom li ilhom joqogħdu hawn ċertu numru ta’ snin jew li hawn twieldu u kibru. Dawn huma tifkiriet ferrieħa u huma tifkiriet ta’ niket; huma madankollu, tifkiriet li jeħdukom lura għall-fatti ewlenin, li mmarkaw ħajjitkom bħala ndividwi, bħala familji, bħala komunità.

Dawn huma tifkiriet li fihom hija miktuba u ndukrata l-istorja tas-subborg tagħkom, li f’dawn is-snin kiber u wasal biex jassumi naqra naqra fiżjonomija propja, li lejha intom kull ma jmur inġbidtu, bħal għal realtà li, b’xi mod, tagħmel parti minnkom u minn ħajjitkom.

2. Uliedi għeżież, il-Papa huwa hawn illum, magħkom biex jgħidilkom li huwa wkoll inġibed mis-subborg tagħkom: dan għandu post f’qalbu. Insellem, għalhekk, lil dawk kollha preżenti, nibda mis-Sinjur Kardinal Vigarju u mill-Isqof Awżiljarju tas-settur, Monsinjur Remigio Ragonesi; insellem lill-Kappillan, Patri Celso Serri li huwa wkoll iffesteġġja il-25 anniversarju tal-ministeru pastorali fostkom; u miegħu insellem lill-Konfratelli li jassistuh, billi jirregalaw l-enerġiji tagħhom biex jassikuraw is-servizz reliġjuż lill-komunità. U fost il-Konfratelli kif nistà ma niftakarx b’mod speċjali lill-Patri Benedetto Camellini preżenti fostkom sa mill-ewwel xhur tal-parroċċa? Imbagħad insellem lir-Reliġjużi Nisa operanti fil-qasam tal-parroċċa: is-Sorijiet tal-Istitut tal-Qalb ta’ Ġesù u s-Sorijiet Maestre Pie tal-Addolorata, involuti għaż-żgħażagħ fil-qasam edukattiv-skolastiku; is-Sorijiet tal-Karità ta’ Ommna tal-Ħniena, b’mod providenzjali preżenti fil-qasam karitattiv-assistenzjali; il-franġiskani Awżiljarji Lajċi Missjunarji tal-Immakolata, li jaħdmu fil-qasam tal-animazzjoni missjunarja  .

Tislima kordjali imbagħad tmur għal dawk li jixhdu b’mod attiv il-fidi tagħhom fil-gruppi tal-Azzjoni Kattolika, fil-Grupp Volontarjat Dami ta’ San Vinċenz, fil-komunità ta’ Sant’Eġidju, fil-komunità terepewtika Sant’Andrea, billi juru bl-eżempju tagħhom kif l-impenn għax-xandir tal-Vanġelu ma jmurx maqtugħ mit-tħassib attiv għall-promozzjoni umana tal-abitanti tal-kwartier. F’dan is-sens, jimmeritaw li jissemmew u li nsellmu wkoll lil dawk kollha li jikkollaboraw fl-organizzazzjoni tal-attivitajiet rikrejattivi-kulturali, li jiżvolġu fl-Oratorju, billi joffru lil tant tfal u żgħażagħ il-possuibiltà ta’ żvog san u formattiv u billi jagħtu, fl-istess ħin, prova konkreta tal-preżenza inċiżiva tal-parroċċa fil-ħajja soċjo-kulturali tal-kwartier. Nixtieq insellem u ninkuraġġixxi wkoll lill-Grupp tal-Katekisti lajċi, li b’dedikazzjoni ġeneruża jiżvolġu opra preżżjuża, maġemb is-Saċerdoti u lir-Reliġjużi, fl-għajnuna tat-tfal, li qegħdin iwettqu l-ewwel passi sinifikattivi fl-itinerarju tagħhom tal-fidi.

It-tislima tiegħi tinfirex, fl-aħħarnett, lil dawk il-miżżewġin insara, impenjati biex jgħixu u jixhdu quddiem id-dinja l-għana inerenti fis-sagrament taż-żwieġ; liż-żgħażagħ, li joħorġu b’kuraġġ intraprendenti u b’tama intatta lejn l-għada; lit-tfal, li f’għajnejhom innoċenti jirriflettu l-aħjar xewqat moħbija fir-ruħ ta’ kull adult; il-morda, li bit-tbatijiet tagħhom iġorru kontribut insostitwibbli għad-dinamiżmu ntern u għat-tkabbir spiritwali tal-komunità kollha; f’kelma waħda, lil dawk kollha li jiffurmaw parti minn din il-parroċċa b’mod speċjali lil dawk, fiha, li jħossuhom ifqar, iktar weħedhom, iktar emarġinati.

Hawn aħna, ilkoll flimkien miġburin madwar l-altar, aħna, illum, nagħtu ħajr lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu Santu għal dawn il-ħamsa u għoxrin sena ta’ eżistenza tal-parroċċa. Niżżu ħajr għal din il-partiċella tal-Knisja, għal dan il-porzjon tal-Poplu ta’ Alla, li jġib l-isem tal-“Parroċċa ta’ San Rafiel fi Trullo”. Dan huwa framment tal-istorja tas-salvazzjoni, delimitat fiż-żmien u fl-ispazju,. Imma kontemporanjament inkalkulabbli f’dak li jirrigwarda l-preżenza tal-Alla l-ħaj, tal-opra feddejja ta’ Kristu, tat-tiswib tal-Ispirtu Santu fil-qlub u fil-kuxjenzi umani.

Għal dan kollu aħna lkoll illum, flimkien, irridu niżżu ħajr. Din tiegħi trid tkun żjara ta’ ringrazzjament. Waqt li nilqgħu l-istedina biex “ngħollu qlubna ‘l fuq”, ejjew nippronunzjaw b’konvinzjoni speċjali l-kliem tal-prefazju: “Huwa tassew ħaġa tajba u ġusta d-dmir tagħna u s-sors tal-fidwa li niżżu ħajr!”.

3. Forsi, fuq l-isfond ta’ dan il-ħamsa u għoxrin, takkwista prominenza aħjar fil-kuxjenza tagħna l-verità li San Pawl esprima fis-silta meraviljuża tal-ittra lil-Lhud, li smajna fil-liturġija tallum il-Ħadd. Hawn hu, Kristu, saċerdot tal-patt il-ġdid u etern, jidħol fis-santwarju etern “biex issa jidher fil-preżenza ta’ Alla favur tagħna” (Lh 9,24). Jidħol biex joffri kontinwament għall-umanità kollha l-uniku Sagrifiċċju, li darba biss offra “biex iħassar id-dnub permezz tas-sagrifiċċju tiegħu nnifsu” (Lh 9,26).

Aħna lkoll nieħdu sehem f’dan l-uniku Sagrifiċċju Qaddis. Aħna lkoll għandna sehem fl-uniku u etern saċerdozju ta’ Kristu, Bin Alla. Propju dan it-Tempju. Li nbena f’din iż-żona ta’ Ruma ftit żmien wara t-twaqqif tal-parroċċa huwa l-post ta’ tali partiċipazzjoni. Infatti l-parroċċa tinbena u teżisti sabiex aħna lkoll ikollna sehem fil-missjoni saċerdotali, profetika u rjali (pastorali) ta’ Kristu, kif jgħallimna l-Konċilju Vatikan II: sabiex, waqt li flimkien noffru miegħu u għalih id-doni spiritwali tagħna, inkunu nistgħu nidħlu miegħu u għalih fis-santwarju etern tal-Majjestà Divina, is-santwarju li hu ħejja għalina bħala “dar tal-Missier” (Ġw 14,2).

4. Biex naslu fid-dar tal-Missier hemm bżonn li nħallu lilna nfusna niġu ggwidati mill-verità li Ġesù esprima f’ħajtu u f’tagħlimu. Din hija verità għanja u universali. Din tiżvela quddiem l-għajnejn ta’ ruħna l-orizzonti vasti tal-opra l-kbira ta’ Alla. U, b’mod kontemporanju, hija tinżel hekk fil-profondità fil-misteri tal-qalb umana, hekk kif biss il-Kelma divina tistà tagħmel. Wieħed mill-elementi ta’ din il-verità huwa dak li, b’aċċent partikolari, donnha tfakkarna l-liturġija tallum: “Imberkin il-foqra tal-ispirtu għaliex tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet” (Mt 5,3).

Wieħed jistà jgħid li l-liturġija ta’ dan il-Ħadd tispjega b’mod partikolarment suġġestiv din l-ewwel bejatitudni tad-diskors tal-muntanja, waqt li tippermettilna nippenetraw fil-fond il-verità fiha miġbura. Hawn, nisimgħu fl-ewwel Qari dwar l-armla fqira taż-żminijiet ta’ Elija, li kienet toqgħod f’Sarepta ta’ Sidon. Imbagħad wara nisimgħu dwar armla fqira oħra taż-żminijiet ta’ Kristu, li daħlet fil-bitħa tat-tempju ta’ Ġerusalem. Il-waħda u l-oħra taw dak kollu li setgħu. Tal-ewwel tat lil Elija l-aħħar ponn dqiq biex jagħmel ftira żgħira. Dik l-oħra tefghet fit-teżor tat-tempju żewġ muniti żgħar, u dawk iż-żewġ muniti kienu dak “kollu li kellha” (Mk 12,44). Tal-ewwel ma ddiżappuntatx ruħha għaliex skont il-profezija ta’ Elija, “Id-dqiq tal-ġarra qatt ma ġie nieqes, sakemm il-Mulej ma għamilx xita fuq l-art” (cf. 1Sl 17,14). It-tieni waħda setgħet tisma l-ikbar tifħir minn fomm Kristu nnifsu.

Permezz ta’ dawn iż-żewġ figuri jiżvela ruħu l-veru sinifikat ta’ dak il-faqar fl-ispirtu, li jikkostitwixxi l-kontenut tal-ewwel bejatitudni fid-diskors tal-muntanja. Dan jistà jinħass bħala paradoss, imma dan il-faqar jaħbi fih għana speċjali. Infatti, għani mhuwiex dak li għandu, imma dak li jagħti. U jagħti mhux tant dak li jippossiedi, daqskemm lilu nnifsu. Allura huwa jistà jagħti wkoll meta ma jippossedix. Ukoll meta ma jippossedix, huwa hu mela għani.

Il-bniedem huwa fqir, imma, mhux għaliex ma jippossedix, imma għaliex huwa marbut – u b’mod partikolari meta huwa marbut spasmodikament u totalment – ma’ dak li jippossiedi. La darba jkun marbut b’tali mod li ma jkun jistà jagħti xejn minnu. Meta ma jkunx kapaċi jinfetaħ lejn l-oħrajn u jagħtihom lilu nnifsu. Fil-qalb tal-għani il-ġid kollu ta’ din id-dinja jsir mejjet. Fil-qalb tal-fqir, fis-sens li dwaru qed nitkellem jien, ukoll l-iżgħar ġid jerġà jieħu l-ħajja u jsir kbir.

Bla dubju fid-dinja ħafna nbidel minn meta fid-diskors tal-muntanja, kienet ippronunzjata minn Kristu l-bejatitudni tal-fqar tal-ispirtu. Iż-zminijiet li fihom qegħdin ngħixu aħna, huma differenti mhux ħażin minn dawk ta’ Kristu. Aħna qegħdin ngħixu f’epoka oħra tal-istorja, taċ-ċiviltà, tat-teknika, tal-ekonomija. Bdanakollu l-kliem ta’ Kristu ma tilef xejn mill-eżattezza tiegħu, mill-profondità tiegħu, mill-verità tiegħu. Anzi dan akkwista skala ġdida.

Illum hemm bżonn li niġġudikaw bil-verità ta’ dan il-kliem ta’ Kristu mhux biss l-imġieba ta’ armla fqira u tal-kontemporanji tagħha, imma hemm bżonn niġġudikaw b’din il-verità s-sistemi kollha u r-reġimi kollha ekonomiċi-soċjali, il-konkwisti tekniċi, iċ-ċiviltà tal-konsumi u fl-istess ħin l-ġografija kollha tal-miżerja u tal-ġuħ, miktuba fl-istruttura tad-dinja tagħna  .

U herkk, bħal fiż-żminijiet tad-diskors tal-muntanja, ukoll illum kull wieħed u waħda minna għandhom jiġġudikaw bil-verità tal-kliem ta’ Kristu l-opri tagħna u ta’ qlubna.

Xi stituzzjoni stupenda hija din il-parroċċa, li tippermettilna li nisimgħu b’mod kostanti l-kliem ta’ Kristu u bil-verità tagħhom niġġudikaw qlubna!

5. Nixtieq li llum jieħdu b’idejn xulxin il-miżżewġin kollha li, skont is-Sagrament, ikkostitwew f’din il-parroċċa daqstant komunitajiet familjari. Iġeddu, llum f’qalbhom, dawk il-wegħdiet sagri li, quddiem Alla u l-Knisja, għamlu minnhom darba miżżewġin – raġel u mara – u wara ġenituri: missier u omm. Jitolbu l-grazzja tal-perseveranza fil-fedeltà matrimonjali u f’dik ta’ ġenituri. Jitolbu biex jiksbu l-imħabba meħtieġa għat-twettiq tal-vokazzjoni, li rċivew mingħand Alla.

It-tfal isibu f’din il-parroċċa dar familjari wiesgħa; jixorbu fil-katekeżi l-verità tal-Kelma ta’ Alla; jieklu il-Ġisem tas-Salvatur.

Iż-żgħażagħ ifittxu f’din il-parroċċa l-appoġġ għall-ideali tagħhom u jimpenjaw ruħhom biex janimawha bil-ħajja ġdida tagħhom, bix-xhieda tagħhom, bil-prontezza li jaqdu lil Alla u lill-bnedmin.

Il-morda u l-batuti jsibu hawn il-konsolazzjoni u s-serħan. Iżurhom Kristu, permezz tas-servizz tas-Saċerdoti, u jispjegalhom bil-kelma nterna tal-Ispirtu Santu id-dinjità kbira u s-sinifikat tat-tbatijiet tagħhom.

Jalla kulħadd, f’din il-parroċċa, jagħraf li huwa membru tal-Ġisem ta’ Kristu u jinduna li lejh riesqa s-Saltna ta’ Alla, li, anzi, hija diġa preżenti fih.

Għal dan kollu jiena nitlob illum, flimkien magħkom, waqt li nafda qabel xejn fl-interċessjoni ta’ Marija, li hija Omm il-Knisja u kawża tal-ferħ tagħna, u mbagħad ukoll f’dik ta’ San Rafiel Arkanġlu, li għażiltu bħala gwida tal-mixja tagħkom. Bl-għajnuna tagħhom u bil-protezzjoni tagħhom il-komunità tagħkom tistà tkompli mixja, b’ħidma mġedda, fit-triq ta’ xhieda nisranija konsistenti u operuża, waqt li toffru lil dawk li huma maħqura mid-dubji, perplessità u disperazzjoni l-messaġġ etern ta’ ferħ u tama li Kristu ħallielna fil-Vanġelu tiegħu. Hekk ikun!

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb.