Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II ...

QUDDIESA TAL-FUNERAL TAL-KARDINAL OTTAVIANI

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II

It-Tnejn, 6 ta’ Awissu 1979

 

“Ecce Sacerdos magnus, qui in diebus suis placuit Deo et inventus est iustus” (cf. Sir 44,16-17): dan hu l-ewwel kliem li b’mod spontanju jitlà fuq xuftejja fil-waqt li fih noffru lil Alla s-sagrifiċċju ewkaristiku u waqt li sejrin nagħtu l-aħħar tislima lill-meqjum ħuna, il-Kardinal Alfredo Ottaviani. Tassew, huwa kien Saċerdot kbir, distint għall-ħniena reliġjuża, fidil b’mod eżemplari fis-servizz lill-Knisja Mqaddsa u għas-Sede Apostolika, pront fil-ministeru u fil-prattika tal-karità nisranija. U fl-istess ħin kien Saċerdot Ruman, jiġifieri mgħammar b’dak l-ispirtu tipiku, forsi mhux faċli li wieħed jiddefinih, li min hu mwieled Ruma – bħalu li twieled hemm għaxar snin qabel tmiem is-seklu XIX – jippossiedi kważi b’wirt u li jersprimi ruħu b’attakkament speċjali ma’ Pietru u mal-fidi ta’ Pietru u, iktar, b’sensibiltà definita għal dak li hu  u jagħmel u għandu jagħmel il-Knisja ta’ Pietru.

Minħabba dan, tkellimt dwar “fedeltà eżemplari”, u issa li huwa miet wara jum terren twil u attiv, jirriżulta iktar faċli li wieħed jagħraf din il-fedeltà bħala karatteristika kostanti ta’ ħajtu kollha kemm hi. Din tiegħu kienet verament fedeltà f’kull prova: mingħajt ma rrid nirrevedi l-fażijiet tal-attività tiegħu fid-diversi ministeri, li għalihom l-inġenju elett tiegħu u l-fiduċja tal-Papiet sejħitlu, huwa ddistingwa ruħu dejjem għal din il-kwaltà morali, kwalità singolari, kwalità jiġifieri koerenza, dedikazzjoni, ubbidjenza.. Bħala Sostitut għas-Segreterija tal-Istat, u mbagħad Assessur, Pro-Segretarju, Pro Prefett u Prefett tas-Sagra Kongregazzjoni tas-Sant’Uffizzju ta’ dak iż-żmien, bħala Prelat, Isqof u Kardinal, tali kwalità huwa wera li jippossiedi bħala uniformi li kienet tagħżlu u tidentifikah għal għajnejn tant – u kienu bosta sew f’Ruma kif ukoll barra – li kienu jafuh u li kienu jistmawh  .

Billi kien responsabbli mid-Dikasteru, li miegħu hija esposta b’mod istituzzjonali l-protezzjoni tal-patrimonju sagru tal-fidi u tal-morali kattolika, huwa esprima din l-istess virtù b’imġieba ta’ attenzjoni perċettiva, b’konvinzjoni, oġgettivament msejsa u fih kull ma jmur iktar matura minħabba l-esperjenza tal-affarijiet u tal-bnedmin, li r-“rectitudo fidei”, jiġifieri l-ortodossija, hija patrimonju irrinunzjabbli għar-“rectitudo morum”, jew ortoprassi. Is-sens ġuridiku tiegħu, li diġa f’età żagħżugħa kien għamlu mgħallem magħruf u mismugħ minn bosta gruppi ta’ saċerdoti, sostnieh fix-xogħol tenaċi li wettaq fid-difiża tal-fidi.

Dejjem disponibbli, dejjem lest jaqdi lill-Knisja, huwa ħataf ukoll fir-riformi s-sinjal providenzjali taż-żminijiet, għalhekk sar jaf u ried jikkollabora mal-predeċessuri tiegħi Ġwanni XXIII u Pawlu VI, bħal ma kien diġa għamel ma’ Piju XII u wkoll qabel ma’ Piju XI. L-eżistenza tiegħu litteralment tqattgħet għall-ġid tal-Knisja mqaddsa ta’ Alla. Ħuna kien f’kollox u dejjem “homo Dei, ad omne opus bonum instructus” (2Tm 3,16) u dan, iva, dan huwa referenza t’ordni essenzjali, dan huwa parametru validu biex  jinkwadralna sewwa il-fiżjonomija spiritwali u morali.

Huwa kien ukoll bniedem ta’ qalb saċerdotali kbira: għadhom bosta dawk li jiftakruh fil-ministeru ta’ kuljum tiegħu f’nofs it-tfal tal-Oratorju ta’ San Pietru, li għalihom kien, - flimkien ma’ Saċerdoti u Prelati Rumani oħra mhux minsija –ħabib u ħuhom, u se ngħidha aħjar: bħala missier li jieħu ħsiebhom u jħobbhom. Ma kinitx din il-preżenza tiegħu distrazzjoni biex jegħleb l-għejja ta’ dwejjaq tal-karti tal-uffiċċju u tal-impenji burukratiċi, imma esiġenza li kienet toħroġ spontanja, intenzjonali u ġeneruża minn programm saċerdotali, kienet “prestazzjoni mmexxija” mill-vokazzjoni tiegħu.

Twieled fqir fil-kwartier popolari ta’ Trastevere, u għal din l-oriġni ta’ min isemmi l-imħabba tenera u l-ansjeta preferenzjali tiegħu għall-foqra, iż-żgħar u l-iltiema. U issa huma propju dawn l-erwieħ innoċenti li – ma’ ġemb tant Saċerdotu u Lajċi, li mingħand il-Kardinal Ottaviani irċivew id-dawl tal-għerf, il-lezzjoni tas-sempliċità, il-mediċina tal-ħniena – jinterċedu għalih quddiem l-altar tal-Mulej, sabiex jiġi mgħaġġel il-premju ddestinat għall-“qaddej tajjeb u fidil” (cf. Mt 25,21).

B’kumbinazzjoni singolari dan ir-rit melankoniku qed jitwettaq fl-istess ħin li fih, eżattament sena ilu, kien wasal biex iħalli din id-dinja il-maħbub Predeċessur tiegħi Pawlu VI. U jiena nieħu gost infakkar flimkien magħkom il-leħen oħxon u kommoss tal-Kardinal li fil-21 ta’ Ġunju 1963, ħabbar pubblikament l-elevazzjoni li kienet seħħet għall-pontifikat tal-Kardinal Ġovanni Battista Montini. Mit-ton stess ta’ kliemu, li minkejja kien jirrepeti l-formula latina tas-soltu tal-“Habemus Papam”, deher joħroġ is-sodisfazzjon tal-Imgħallem antik li jara eżaltat kollega u ħabib, tant denn ta’ stima, li kellu jiftaħ fil-Knisja u għall-Knisja staġun intens u promettenti. Il-wieħed u l-ieħor, fil-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom ta’ responsabiltà, fid-distinzjoni ovvja tal-personalità singola tagħhom, issa temmew iċ-ċiklu tal-eżistenza terrena, biex b’mod definittiv jidħlu – bħal ma lkoll kemm aħna nawguraw u nitolbu – f’dik is-Saltna, li fiha l-fidi  ardenti u bla biżà tagħhom kienet introduċiethom fit-tama.

Lill-wieħed u lill-ieħor jagħti issa l-Mulej il-mistrieħ fid-dawl u fil-paċi tiegħu. Amen!

Miġjub mit-Taljan għall-Maltin minn Emanuel Zarb