Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II ...

VJAĠĠ APOSTOLIKU FL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA

QUDDIESA

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU  II

Chicago, Grant Park
IL-Ġimgħa, 5 ta’ Ottubru 1979

 

Ħuti f’Ġesù Kristu.

1. Il-qari taċ-ċelebrazzjoni tallum iqegħduna minnufih quddiem il-misteru tal-vokazzjoni tagħna ta’ nsara. Qabel ma telà s-sema, Ġesù ġabar id-dixxipli tiegħu madwaru u spjegalhom għal darb’oħra s-sinifikat tal-missjoni tiegħu tas-salvazzjoni: “Hekk hemm miktub – qal -: il-Kristu għandu jbati u jqum mill-imwiet fit-tielet jum. F’ismu jiġu pprdtkati lill-ġnus kollha il-konversjoni u l-maħfra tad-dnubiet” (Lq 24,46-47). Filwaqt li fih infired mill-Appostli tiegħu huwa kkmandahom, u permezz tagħhom lill-Knisja kollha, u lil kull wieħed u waħda minna, biex inmorru u nwasslu l-messaġġ tar-redenzjoni lill-Ġnus kollha. San Pawl jesprimi dan il-ħsieb b’qawwa fit-tieni ittra tiegħu lill-Korintin: Huwa afda lilna l-ministeru tar-rikonċiljazzjoni, Aħna mela meta niffunzjonaw bħala ambaxxaturi għal Kristu, bħallikieku Alla iħeġġeġ permezz tagħna” (2Kor 5,18-20).

Mill-ġdid għal darb’oħra, il-Mulej jintroduċina fil-misteru tal-umanità, umanità li tinħtieġ is-salvazzjoni. U Alla ried li din is-salvazzjoni tal-umanità titwettaq permezz tal-umanità ta’ Kristu, li għalina miet u tqajjem mill-imwiet (cf. 2Kor 5,15), u li afdalna l-missjoni feddejja tiegħu. Iva, aħna tassew “ambaxxaturi ta’ Kristu” u ħaddiema għall-evanġelizzazzjoni.

Fl-Eżortazzjoni Apostolika Evangelii Nuntiandi, li kiteb fuq xewqa tat-Tielet Assemblea ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet il-predeċessur tiegħi fuq il-Katedra ta’ San Pietru, Pawlu VI, stieden lill-poplu kollu ta’ Alla biex jimmedita dwar id-dmir fundamentali tal-evanġelizzazzjoni. Huwa stieden lil kull wieħed u waħda minna biex neżaminaw lilna nfusna b’liema mod stajna nkunu xhieda tal-messaġġ tal-fidwa, b’liema mod stajna nikkomunikaw lill-oħrajn il-Bxara t-Tajba li rċivejna minn Ġesù permezz tal-Knisja.

2. Hemm xi kondizzjonijiet meħtieġa jekk irridu nieħdu sehem fil-missjoni tal-evanġelizzazzjoni tal-Knisja. Illum wara nofsinhar nixtieq nenfasizza b’mod partikolari waħda minn dawn il-kondizzjonijiet. Irrid nitkellem dwar l-unità tal-Knisja, l-unità tagħna f’ Ġesù Kristu. Ippermettuli nirrepeti dak li Pawlu VI kien jgħid dwar l-unità: “It-testment spiritwali tal-Mulej jgħidilna li l-unità bejn is-segwaċi tiegħu mhijiex biss il-prova li aħna tiegħu, imma wkoll li huwa hu l-mibgħut tal-Missier, kriterju tal-kredibiltà tal-insara u tal-istess Kristu… Iva, ix-xorti tal-evanġelizzazzjoni hija bla ebda dubju ta’ xejn marbuta max-xhieda tal-unità mogħtija mill-Knisja” (Pawlu VI, Evangelii Nuntiandi, 77).

Jiena mbuttat biex nagħżel dan l-aspett partikolari tal-evanġelizzazzjoni waqt li nħares lejn l-eluf ta’ rġiel u nisa li nara miġburin madwari kuljum. Meta ngħolli ħarsti, nara fikom il-poplu ta’ Alla, magħqud fil-kant ta’ tifħir lill-Mulej u fiċ-ċelebrazzjoni ewkaristika. Jiena nara wkoll il-poplu kollu tal-Amerika, nazzjon iffurmat minn ħafna popli: “E pluribus unum”.

3. Fl-ewwel żewġ sekli tal-istorja Nazzjonali tagħkom, intom wettaqtu mixja twila, dejjem għar-riċerka ta’ ġejjieni aħjar, ta’ stabbiltà sikura, ta’ dar. Intom imxejtu “mill-baħar għal baħar tal-għaġeb” biex issibu l-identità tagħkom, biex tiskopru lil xulxin għal għonq it-triq u biex issibu postkom f’dan il-Pajjiż immens.

L-antenati tagħkom waslu minn Pajjiżi differenti wara li qasmu l-oċean biex hawn jiltaqgħu ma’ popli ta’ komunitajiet differenti li kienu stabbilew ruħhom fil-Pajjiż. Il-proċess irripeta ruħu f’kull ġenerazzjoni: gruppi ġodda jaslu, kull wieħed bi storja differenti, u jissetilja hawn billi jsir parti ta’ xi ħaġa ġdida. L-istess process ikompli meta l-familji jispostjaw ruħhom min-Nofsinhar għat-Tramuntana, mil-Lvant għall-Punent. Kull darba jaslu bil-passat tagħhom f’belt ġdida jew raħal, biex isiru parti minn komunità ġdida. Il-mudell itenni ruħu kontinwament:: “E pluribus unum”: ħafna jiffurmaw komunità ġdidaa

4. Iva, xi ħaġa ġdida inħolqot kull darba. Intom ġibtu magħkom kultura differenti u kkontribwejtu għall-bini kollu bil-għana partikolari distint tagħkom; intom għandkom esperjenzi differenti u dawn qegħdtuhom flimkien biex għaqqadtuhom  mal-oħrajn, biex toħolqu l-industrija, l-agrikoltura u l-kummerċ; kull grupp ġab miegħu il-valuri umani differenti propji u daħħalhom mal-oħrajn għall-għana tan-nazzjon tagħkom. “E pluribus unum”: intom sirtu identità ġdida, poplu ġdid, li n-natura vera tiegħu ma tistax tiġi spjegata b’mod adegwat bħas-sempliċi sovrapposizzjoni tad-diversi komunitajiet.

Għalhekk, waqt li nħares lejkom, jiena nara poplu li ħiet flimkien id-destin tiegħu u issa jikteb storja komuni. Minkejja d-differenza tagħkom, intom iddeċidejtu li taċċettaw lil xulxin, kultant b’mod imperfett u wkoll sal-punt li tissuġġettaw lil xulxin għal tipi differenti ta’ diskriminazzjoni: kultant wara biss perjodu twil ta’ inkompensjoni u ta’ ċaħda; ukoll jekk issa għaddejjin tiżviluppaw sens ta’ feħim u tal-apprezzament tad-differenzi reċipoċi. Fl-espressjoni ta’ gratitudni għall-barkiet numerużi li rċivejtu intom issiru wkoll attenti għad-dmir ta’ partiċipazzjoni, ta’ mħabba, ta’ servizz. Bħala poplu, intom tagħrfu f’Alla is-sors tal-bosta barkiet tagħkom u tinfetħu għal imħabbtu u għal-liġi tiegħu.

Din hija l-Amerika fl-ideal tagħha u fid-deċiżjoni tagħha: “nazzjon, taħt Alla, indiviżibbli, b’libertà u ġustizzja għal kulħadd”. Hekk kienet ikkonċeputa l-Amerika: dan huwa dak li hi kienet imsejħa biex tkun. U għal dan kollu aħna ngħidu grazzi lill-Mulej.

5.Imma hemm ukoll realtà oħra li jiena nara meta naħseb fikom. Din hija realtà ukoll iktar profonda, u iktar esiġenti, tal-istorja komuni u tal-għaqda li intom bnejtu mill-għana ta’ wirtkom etniku u kulturali differenti, dak il-wirt li intom issa b’mod ġust tridu tagħrfu u tippreservaw. L-istorja ma tintemmx fil-progress materjali, fil-konkwista teknoloġika, jew ukoll biss fl-iżviluupp kulturali. Waqt li miġburin hawn madwar l-altar tas-sagrifiċċju biex taqsmu l-Ħobż tal-Ewkaristija Mqaddsa mas-Suċċessur ta’ Pietru, intom qed tirrendu ruħkom xhieda ta’ din ir-realtà profonda: tal-għaqda tagħkom bħala membri tal-poplu ta’ Alla.

“Aħna, minkejja li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed fi Kristu” (Rm 12,5). Il-Knisja wkoll hija magħmula minn ħafna membri u mogħnija bid-diversità ta’ dawk li jiffurmaw komunità waħda ta’ fidi u ta’ magħmudija, il-ġisem uniku ta’ Kristu. Dik li tlaqqagħna u tagħmel minna wieħed biss hija l-fidi tagħna, il-fidi waħda u apostolika. Aħna lkoll wieħed, għaliex aċċettajna lil Ġesù Kristu bħala l-Iben ta’ Alla, ir-Redentur tar-razza umana, l-uniku Medjatur bejn Alla u l-bniedem. Bis-sagrament tal-Magħmudija ġejna tassew inkorporati fi Kristu msallab u gglorifikat, u permezz tal-azzjoni tal-Ispirtu Santu sirna l-membri ħajjin ta’ ġismu uniku. Kristu tana s-Sagrament tal-għaġeb tal-Ewkaristij, li bih tiġi murija u effettwata b’mod kontinwu u pperfezzjonata l-għaqda tal-Knisja.

6. “Mulej wieħed, fidi waħda, Magħmudija waħda” (Ef 4,5), b’dan il-mod aħna lkoll marbutin flimkien, bħala l-Poplu ta’ Alla, il-ġisem ta’ Kristu, f’għaqda li tmur ‘il hemm mid-diversità tal-oriġni, il-kultura, l-edukazzjoni u l-personalità  tagħna, f’għaqda li ma teskludix id-diversità għanja tal-ministeri u tas-servizzi. Ma’ San Pawl nipproklamaw: “Ladarba, bħal f’ġisem wieħed għandna bosta membri u dawn il-membri m’għandhomx l-istess funzjoni, hekk ukoll aħna, minkejja li aħna ġisem wieħed fi Kristu, u kull wieħed għall-parti tiegħu aħna membri għal xulxin” (Rm 12,4-5).

Jekk mela l-Knisja, il-ġisem wieħed ta’ Kristu, trid tkun is-sinjal li jingħaraf b’mod neċessarju tal-messaġġ evanġeliku, il-membri kollha tagħha jridu juru fil-kliem ta’ Pawlu VI, dik l-“armonija u qawwa ta’ duttrina, ta’ ħajja u ta’ kult li tikkaraterizza l-ewwel jiem tal-eżistenza tagħha (Pawlu VI, Esortazione Apostolica sulla riconciliazione nella Chiesa, 2), meta l-insara “kienu regolari fis-smigħ tat-tagħlim tal-Appostli u fl-għaqda fraterna, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb” (At 2,42).

L-għaqda tagħna fil-fidi għandha tkun sħiħa, jekk ma rridux ma nibqgħux nagħtu xhieda għall-Vanġelu u milli nkunu evanġelizzaturi. L-ebda komunità ekkleżjali ma tistà mela taqtà l-irbit tagħha mat-teżor tal-fidi kif inhu pproklamat mill-missjoni tat-tagħlim tal-Knisja, għal dan il-“Magisterium” li kien afdat b’mod speċjali minn Kristu, id-depożitu tal-fidi. Ma’ Pawlu VI niddikjara din il-verità kbira: “Ukoll jekk tradott fil-lingwi kollha, dan il-kontenut m’għandu jkun la  affettwat u linqas imbiċċer; ukoll jekk imlibbes bis-simboli propji ta’ kull poplu… għandu jibqà l-kontenut tal-fidi kattolika, bħala l-Maġisteru ekkleżjali li rċeviet u li tittrażmetti” (Pawlu VI, Evangelii Nuntiandi, 65).

7. Fl-aħħarnett, u fuq kollox, il-missjoni tal-evanġelizzazzjoni li hija tiegħi u tagħkom, għandha tkun imwettqa permezz ta’ xhieda kontinwa u diżinteressata għall-għaqda tal-imħabba. L-imħabbau l-qawwa li tiftaħ il-qlub għallkrelma ta’ Ġesù u għsar-Redenzjoni: l-imħabba hija l-uniku sies tar-relazzjonijiet umani li rridu nirrispettaw f’kulħadd id-dinjità ta’ wlied Alla maħluqin xbiha tiegħu u salvati mill-mewt u l-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù; l-imħabba hija l-unika qawwa ġebbieda li timbuttana biex nagħmlu komuni ma’ ħutna rġiel u nisa dak kollu li aħna u li għandna.

L-imħabba hija l-istimulu qawwi li jwelled id-djalogu, li fih nisimgħu lil xulxin u nitgħallmu b’mod mutwu. L-imħabba tqajjem, fuq kollox, id-djalogu tat-talb li fih nisimgħu l-kelma ta’ Alla, li huwa ħaj fil-Bibbja Sagra u ħaj fil-ħajja tal-Knisja. Ejjew mela nagħmlu li l-imħabba tibni il-pontijiet bejn ix-xtut tagħna differenti u kull tant kontrastanti. Ejjew nagħmlu li l-imħabba reċiproka u l-imħabba għall-verità jkunu t-tweġiba għall-polarizzazzjoni, meta jiffurmaw ruħhom fazzjonijiet minħabba veduti differenti fi ħwejjeġ li jirrigwardaw il-fidi jew il-prijoritajiet li jwasslu għal azzjonijiet prattiċi. Ħadd fil-komunità ekkleżjali m’għandu qatt iħossu aljenat, jew mhux maħbub, ukoll meta jqumu tensjonijiet fil-kors tal isforzi komuni biex nwasslu li jiffruttifika l-Vanġelu fis-soċjetà tagħna. L-għaqda tagħna bħala nsara, bħala kattoliċi, għandha dejjem tkun li nħobbu f’Ġesù Kristu Sidna.

Fi ftit minuti oħra aħna se niċċelebraw l-għaqda tagħna billi nġeddu s-sagrifiċċju ta’ Kristu. Kull wieħed u waħda se jippreżenta rigal differenti x’joffri f’għaqda mal-offertà ta’ Ġesù: id-dedikazzjoni għall-miljorament tas-soċjetà; l-isforzi biex nikkonslaw lil dawk li jbatu; ix-xewqa li nagħtu xhieda għall-ġustizzja;  l-intenzjoni li naħdmu għall-paċi u għall-fratellanza; il-ferħ ta’ familja magħquda jew it-tbatijiet tal-ġisem u tal-moħħ. Rigali differenti, iva, imma kollha magħqudin fl-uniku rigal kbir tal-imħabba ta’ Kristu u tas-Sagrifiċċju tiegħu.

U issa fil-forza u fil-qawwa, fil-ferħ u fil-paċi ta’ din l-għaqda sagra, aħna mill-ġdid nimpenjaw ruħna għal darb oħra bħala poplu magħqud li nesegwixxu il-Kmandament ta’ Sidna Ġesù Kristu: morru u għallmu l-Vanġelu tiegħi lill-Ġnus kollha. Bil-kelma u bl-eżempju agħtu xhieda lil ismi. U hekk hu jiena magħkom dejjem, sa tmiem id-dinja.

Bħal sinjal kbir li deher fis-sema, Marija tiggwidana u ssostnina fil-pellegrinaġġ lejn “ir-rebħa li tirbaħ id-dinja, il-fidi tagħna” (1Ġw 5,5). 

 

Miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb.