Laikos

 

 

Akar mill-Knisja f'Għawdex ...

L-ISQFIJIET TAD-DJOĊESI TA' GĦAWDEX

L-Isqof Mikiel Franġisku Buttigieg (1864 – 1866)

Ordnat saċerdot fil-21 ta’ Diċembru 1816.

Ikkonsagrat Isqof  fit-3 ta’ Mejju 1863,

Elett Isqof ta’ Għawdex fit-22 ta’ Settembru 1864. L-Ingress Solenni fil-Katidral, Għawdex kien fit-23 ta’ Ottubru 1864.

Miet Rabat, Għawdex, fit-12 ta’ Lulju 1866.


L-Isquf Anton Grech-Delicata-Testaferrata (1868 – 1876)

Imwieled il-Belt Valletta, Malta (Parroċċa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl), 21 ta’ Frar 1823.

Ordnat saċerdot, 19 ta’ Ottubru 1845.

Ikkonsagrat Isqof  fl-14 ta' Lulju 1867.

Elett Isqof ta’ Għawdex fl-24 ta’ Settembru 1868. L-Ingress Solenni fil-Katidral, Għawdex kien fl-24 ta’ Jannar 1869.

Miet fil-Belt Valletta, Malta, 31 ta’ Diċembru 1876.


L-Isqof Pietru Pace (1877 – 1889)

Twieled ir-Rabat, Għawdex, fid-9 ta’ April 1831.

Ordnat saċerdot, 17 ta’ Diċembru 1853. Ikkonsagrat fit-8 ta’ April 1877.

Elett Isqof ta’ Għawdex 17 ta’ Marzu 1877. L-Ingress Solenni fil-Katidral, Għawdex fit-2 ta’ Lulju 1877.

Maħtur Arċisqof ta’ Malta, fl-10 ta’ Frar 1889.

Miet Rabat, Għawdex, fid-29 ta’ Lulju 1914.


L-Isqof Ġovanni Maria Camilleri OESA (1889 – 1924)

Imwieled il-Belt Valletta, Malta, 15 ta’ Marzu 1843.

Ordnat saċerdot tal-Ordni ta’ Santu Wistin fil-21 ta’ Diċembru 1867.

Ikkonsagrat fl-24 ta’ Frar 1889,

Elett Isqof ta’ Għawdex fil-11 ta’ Frar 1889. L-Ingress Solenni fil-Katidral, Għawdex kien fit-12 ta’ Mejju 1889.

Irriżenja fl-20 ta’ Jannar 1924.

Miet Rabat, Malta, 7 ta’ Novembru 1924.


L-Isqof Mikiel Gonzi  (1924 – 1943)

Imwieled il-Birgu, Malta, fit-13 ta’ Mejju 1885.

Ordnat saċerdot, 19 ta’ Diċembru 1908.

Ikkonsagrata fl-20 ta’ Lulju 1924.

Elett Isqof ta’ Għawdex fit-13 ta’ Ġunju 1924. L-Ingress Solenni fil-Katidral, Għawdex kien fl-10 ta’ Awwissu 1924.

Maħtur Arċisqof ta’ Malta, fit-22 ta’ Ottubru 1943.

Miet il-Gwardmangia, Malta, fit-22 ta’ Jannar 1984.


L-Isqof Ġużeppi Pace (1944 – 1972)

Twieled ir-Rabat, Għawdex, fit-30 ta’ Mejju 1890.

Ordnat saċerdot, 20 ta’ Diċembru 1913.

Ikkonsagrata fis-17 ta’ Diċembru 1944.

Elett Isqof ta’ Għawdex fil-11 ta’ Novembru 1944. L-Ingress Solenni fil-Katidral, Għawdex kien fit-8 ta’ April 1945.

Mietet ir-Rabat, Għawdex, fil-31 ta’ Marzu 1972


L-Isqof Nikol Ġużeppi Cauchi (1972 – 2005)

Imwieled l-Għarb, Għawdex fit-2 ta’ Marzu 1929.

Ordnat saċerdot fil-Katidral ta' Għawdex fid-29 ta’ Marzu 1952.

Ikkonsagrata Isqof fid-9 ta’ April 1967.

Elett Isqof ta’ Għawdex 20 ta’ Lulju 1972. L-Ingress Solenni fil-Katidral ta' Għawdex kien fl-10 ta’ Settembru 1972.

Miet fl-Isptar Mater Dei, Malta fil-15 ta’ Novembru 2010.


L-Isqof Mario Grech (2005 – 2019)

Twieled u tgħammed fil-parroċċa tal-Qala Għawdex nhar l-20 ta’ Frar 1957.

Kien ordnat saċerdot fil-Katidral ta' Għawdex fis-26 ta’ Mejju 1984.

Elett Isqof fis-26 ta’ Novembru 2005.

Il-Konsagrazzjoni u l-Ingress tiegħu fil-Katidral ta’ Għawdex kienu il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2006.

L-Erbgħa 2 ta’ Ottubru 2019, il-Papa Franġisku ħatru Prosegretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Fil-Konċistorju li sar fil-Vatikan fit-28 ta' Novembru 2020, l-Isqof Mario Grech kien maħtur Kardinal.


L-Isqof Anton Teuma (2019 -      )

Twieled ix-Xagħra, Għawdex, Malta, fil-11 ta’ Jannar 1964. Ħadem ukoll fl-Awstralja u kiseb liċenzji bħala welder u elettriċista.

Ġie ordnat saċerdot fil-25 ta’ Ġunju mill-Isqof Nikol Cauchi u serva bħala Rettur tas-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex mill-1997 sal-2007.

Kien ukoll Delegat Episkopali għall-Familja u Kap tal-Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II f’Għawdex.

Mill-1997 sal-2020 kien membru tal-Kulleġġ tal-Konsulturi u tal-Kunsilli Presbiterali u Pastorali tad-Djoċesi.

Iħatar Isqof ta’ Għawdex fis-17 ta’ Ġunju 2020 u kien Konsagrat Isqof fl-20 ta' Awwissu tal-istess sena.