Fl-Evanġelju ta’
San Ġwann jissemma dixxiplu li hu msejjaħ “id-dixxiplu
l-maħbub ta’ Ġesù”. Fl-Aħħar Ċena dan id-dixxiplu kien
mimdud maġenb Ġesù. Fuq il-Kalvarju dan id-dixxiplu
kien qiegħed ħdejn il-Madonna, u Ġesù talbu biex jieħu
l-Madonna għandu u jieħu ħsiebha hu. Wara l-qawmien ta’
Ġesù, dan id-dixxiplu mar jiġri lejn il-qabar flimkien
ma’ Xmun Pietru, u kien l-ewwel wieħed fost id-dixxipli
li emmen li Ġesù kien qam mill-mewt.