Wieħed mit-tim tal-Laikos jikkonċelebra mal-Papa Franġisku.

Messaġġ mill-Papa Franġisku lit-Tîm tal-Laikos

“Komplu hekk. Komplu hekk.”

 

Nhar it-Tnejn, 18 ta’ Novembru 2013, il-Patri Kappuċċin Patri Silvestru Bonavia, ikkonċelebra mal-Papa Franġisku fil-kappella ta’ Dar Santa Marta fil-Vatikan, u wara l-quddiesa ppreżentalu kopja ta’ ġabra ta’ uħud mid-diskorsi li Papa nnifsu għamel u li kienu miġjuba għall-Malti mit-tim tal-Laikos fosthom ukoll minn Patri Silvestru nnifsu.

Patri Silvestru fisser lill-Papa Franġisku dwar il-ħidma li huwa, flimkien ma’ voluntiera oħra qed jagħmlu billi jittraduċu regolarment dawn id-diskorsi li fi ftit sigħat ikun bil-Malti fuq is-sit tas-Segretarjat għal-Lajċi (www.laikos.org).  Il-Papa ħa pjaċir ħafna b’din il-ħidma u qal lil Patri Silvestru, “Komplu hekk. Komplu hekk.”

Dak inhar il-Papa Franġisku ffirma kopja oħra ta’ l-istess ġabra ta’ diskorsi tiegħu li Patri Silvestru ġab lura miegħu bħala tifkira.  Mal-Papa dakinhar ikkonċelebra l-Arċisqof Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat, li llum beda s-servizz tiegħu fil-Vatikan. Ir-riflessjoni tal-Papa wara l-qari tal-quddiesa kienet dwar il-fedeltà lejn Alla ma tinnegozjax ruħha.

Hemm perikolu moħbi li qed jiġri mad-dinja. Dan huwa dak tal-globaliżazzjoni tal-uniformita eġemonika» ikkaratterizzata mill «ħsieb uniku», li permezz tiegħu, f’isem ta’ «progressiżmu adolexxenzjali», wieħed ma jaħsibhiex darbtejn li jirrinega t-tradizzjonijiet propji u l-propja identità. Dak li għandu jikkunslana huwa iżda li quddiemna hemm dejjem il-Mulej fidil gl-wegħda tiegħu, li jistenniena, li jħobbna u li jipproteġina. F;idejh inmorru sikuri għal kull mixja.

Il-Papa beda r-riflessjoni tiegħu billi kkummenta l-qari meħud mill-ewwel ktieb tal-Makkabej (1, 10-15; 41-43; 54-57; 62-64): «waħda mill-iktar paġni mnikkta tal-Bibbja»ikkummenta, fejn titkellem dwar «parti sewwa mill-poplu ta’ Alla li jippreferi jitbiegħed mill-Mulej quddiem proposta ta’ mondanità». Din tittratta, innota l-Papa, dwar atteġgjament tipiku ta’ dik il-«mondanità spiritwali li Ġesù ma riedx għalina. Tant li kien talab lill-Missier sabiex isalvana mill-ispirtu tad-dinja».

 

Din il-mondanità titwieled minn għerq pervers, «minn bnedmin xellerati li huma kapaċi ta’ persważjoni intelliġenti: “Inmorru  nagħmlu allejanza mal-popli li għandna madwarna. Ma nistgħux inkunu iżolati” lanqas weqfin fuq it-tradizzjonijiet qodma tagħna. “Nagħmlu allejanzi għaliex minn mindu tbegħdna minnhom ġrawlna ħafna ħwejjeġ ħżiena”». Dan it-tip ta’ raġunar, fakkar il-Papa, kien meqjus tajjeb tant li wħud «ħadu l-inizjattiva u marru għand is-sultan, biex jittrattaw mas-sultan, biex jinnegozjaw». Dawn, huwa żied, «kienu entużjasti, ħasbu li b’dan in-nazzjon, il-poplu ta’ Iżrael kien se jsir poplu kbir ». Ċertament, innota l-Papa, ma pproponews il-problema jekk kienx iktar jew inqas ġust li tassumi dan l-atteġjament progressista, meqjus bħala avanz akkost ta’ kollox. Anzi huma kienu jgħidu: «Ma ningħalqux. Aħna progressisti». Dan huwa ftit jew wisq dak li qed iseħħ illum, innota l-Isqof ta’ Ruma, bit-twettiq ta’ dak li hu ddefenixxa bħala «l-ispirtu tal-progressiżmu adoloxxenti» skont liema, quddiem kwalunkwè għażla, wieħed jaħseb li huwa ġust li jkun xi jkun tmur ‘il quddiem milli tibqà fidil għat-tradizzjonijiet propji. «Dawn in-nies — kompla il-Papa waqt li dar kura għar-rakkont bibliku — ittrattaw mas-sultan, innegozjaw. Imma ma nnegozjawx l-abitudnijiet... innegozjaw il-fedelta' lil Alla dejjem fidil. U dan jissejjaħ apostasija. Il-profeti, b’riferiment għall-fedeltà, isejħulu adulterju, poplu adulteru. Ġesù dan jgħidu: “ġenerazzjoni adultera u kattiva” li tinnegozja ħaġa essenzjali għall-eżistenza propja, il-fedeltà tal-Mulej». Forsi ma nnegozjawx xi valuri, li ma jirrinunzjawx għalihom; imma dawn huma valuri, innota l-Papa, li fl-aħħar minn l-aħħar tant tilfu senshom li jibqgħu biss «valuri nominali, mhux reali».

Imma ta’ dan kollu mbagħad iħallsu l-konsegwenzi. Waqt li rrifera għar-rakkont bibliku il-Papa fakkar li ħadu «id-drawwiet tal-pagani» u aċcettaw l-ordni tas-sultan li e accettarono l’ordine del re che «tippreskrivi li fis-saltna tiegħu ilkoll kienu jiffurmaw poplu wieħed u li kull wieħed kellu jabbanduna l-użanzi tiegħu». U bla dubju ma kienx jittratta, qal il-Papa, dwar «is-sabiħa globaliżżazzjoni» li tesprimi ruħha «fl-unità tan-nazzjonijiet kollha» li però jżommu d-drawwiet propji. Dik li dwarha jitkellem ir-rakkont hija minflok il-«globalizzazzjoni tal-uniformità eġemonika». Il-«ħsieb uniku frott tal-mondanità».

 

Wara li fakkar il-konsegwenzi għal dik il-parti tal-poplu ta’ Iżrael li kienet aċċettat dan «il-ħsieb uniku» u li kienet intelqet għal ġesti sagrilegi, il-Papa Franġisku enfasizza li atteġġjamenti simili għadhom isiru «għaliex l-ispirtu tal-mondanità illum ukoll iwassalna għal din ix-xewqa li nkunu progressisti, għall-ħsieb uniku». Anzi: kif kien jiġri dakinhar, meta dak li kien jinstab fil-pussess tal-ktieb tal-allejanza kien jiġi kkundannat għall-mewt, hekk ukoll jiġri llum f’diversi partijiet tad-dinja «bħal ma qrajna fil-ġurnali dawn l-aħħar xhur».

Li tinnegozja l-propja fedeltà lejn Alla hija bħal ma tinnegozja l-identità propja. U għal dan il-għan il-Papa fakkar il-ktieb Il padrone del mondo ta’ Robert Hugh Benson, iben l-Arċisqof ta’ Canterbury Edward White Benson, li fih l-awtur jitkellem dwar l-ispirtu tad-dinja u «kważi bħal kienet profezija, jimmaġina x’jiġri. Dan ir-raġel, kien jismu Benson, imbagħad ikkonverta għall-kattoliċeżmu u tant għamel ġid. Ra propju dak l-ispirtu tal-mondanità li jwassalna għall-apostasija». Jagħmel tajjeb ukoll lilna, issuġgerixxa l-Papa, li naħsbu g dak irrakkontat fil-ktieb tal-Makkabej, għal dak li ġara, pass wara pass, kemm-il darba niddeċiedu li nsegwu dak «il-progressiżmu adolexxenzjali»u nagħmlu dak li jagħmel kulħadd. U jagħmlilna wkoll tajjeb li naħsbu dwar dak li ġara wara, għall-istorja successiva għall- «kundanni għall-mewt, għas-sagrifiċċji umani» li ġew wara. U waqt li staqsa «Intom taħsbu li llum ma jsirux sagrifiċċji umani?», il-Papa wieġeb: «Isiru bosta u bosta. U jeżistu liġijiet li jipproteġuhom».

Dak li għandu jikkunslana, ikkonkluda l-Papa, huwa li «quddiem il-mixja ndikata mill-ispirtu tad-dinja, mill-prinċep ta’ din id-dinja », mixja ta' nfedeltà,  «jibqà dejjem il-Mulej li ma jistax jiċħad lilu nnifsu, il-fidil. Hu jistenniena dejjem; hu iħobbna tant» u huwa lest li jaħfrilna, wkoll jekk nagħmlu xi pass falz ċkejken tul din il-mixja, u jaqbadna minn idejna hekk kif għamel mal-poplu għażiż tiegħu biex joħorġu barra mid-deżert.

Ir-Riflessjoni tal-Papa kienet miġjuba għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara ġabra ta’ diskorsi tal-Papa Franġisku bil-Malti, bosta minnhom ukoll b’filmati magħhom ...