|
|
|
|
|
|
L-Arċisqof Pawlu
Cremona ...
IL-KNISJA QATT MA
TISTA’ TIPPERMETTI
D-DIVORZJU
Furjana, 17 Awwissu
2009:
“Id-Divorzju li qed
jiġi propost illum
hu li dak li għaqqad
Alla, jgħaddi
f’idejn il-bniedem
biex ikun jista’
jifirdu hu
bid-divorzju.
Il-Knisja Kattolika
qatt ma tista’
tippermetti li dan
isir.”
Dan qalu Monsinjur
Arċisqof Pawlu
Cremona f’diskors li
għamel illum waqr
il-prezentazzjoni
ta’ kopja
tar-rapport, For
Worse Not For Better
mill-membri
tal-Proġett Impenn.
Huwa rringrazzjhom
tal-kontribut
tagħhom fuq
il-kwestjoni
tad-divorzju, li
ddeskrivih bħala
dibattitu li ilu li
beda fis-soċjetà.
L-Arċisqof kompla
jgħid li bħalma hemm
min jikteb favur
id-divorzju, hekk
ukoll il-konsegwenzi
li dan iġib miegħu
iqegħdu fuq dawk li
jemmnu fl-istabilità
taż-żwieġ, inkluża
l-Knisja Kattolika,
li jaqsmu mal-poplu
Malti l-ħsieb
tagħhom. ....
ð
Għall-Agħar mhux
għall-Aħjar.
...
Fil-15 ta’
Mejju 2009, The Today Public
Policy Institute (TPPI) ppubblika
rapport, For Worse, For
Better, fejn ippropona
lill-Gvern Malti biex idaħħal
f’pajjiżna l-leġislazzjoni tad-divorzju.
Ir-rapport jippreżenta d-divorzju
bħala soluzjoni għal numru ta’
problemi soċjali li għandna
fis-soċjetà. Iżda
f’rapport ieħor, il-Proġett
Impenn tal-Arċidjoċesi Maltija
ppreżenta numru ta’ studji u
riċerki dokumentati li jippruvaw
jew li r-realta mhix ħażina daqs
kemm qed jgħid it-TPPI, jew li
d-divorzju ma joffri l-ebda
soluzzjoni, inkella aktar
minn hekk illi f’xi każi id-divorzju
ġab is-sitwazzjoni agħar...ð
|
Żewġ dokumenti oħra
tal-Papa Ġwanni
Pawlu II, issa wkoll
bil-Malti....
Bl-għajnuna ta’ Alla
u bix-xogħol ta’
kontributuri li
b’mod volontarju
joffru l-ħin tagħhom
biex jittajpjaw,
illum is-Segretarjat
għal-Lajċi, permezz
ta’ din il-website,
qed joffri
lill-Knisja f’Malta,
żewġ dokumenti oħra
tal-Papa Ġwanni
Pawlu II, bil-Malti.
L-ewwel dokument
huwa l-Ittra
Appostolika,
Tertio Millenio
Adveniente,
publikata fl-10 ta’
Novembru 1994 u li
fiha l-Papa
jitkellem dwar it-tħejjija
għas-Sena 2000.
Minkejja li qegħdin
fl-2009, minn jaqra
din l-ittra jintebaħ
kemm kliem il-papa
għadu attwali anke
llum.
It-tieni dokument
huwa l-Enċiklika,
Evangelium Vitae,
publikata fil-25
Marzu 1995 u
titratta dwar is-siwi
u l-invjolabbiltà
tal-ħajja
tal-bniedem.
Minkejja li għaddew
aktar minn
erbatax-il sena
mill-publikazzjoni,
nistgħu ngħid li din
l-Enċiklika hija
aktar attwali llum
minn meta inkitbet.
Nittamaw li dawn id-dokumenti,
bħal l-oħrajn kollha
li hemm fil-Librerija
ta’ Riżorsi
tagħna, jkunu ta’
għajnuna fil-ħidma
pastorali ta’ bosta.
Pastorali tal-Isqof Mario
Grech
għall-festa
ta’ Santa
Marija.
ALLA GĦAD JAGĦMEL ĠUSTIZZJA
Tkun kemm tkun kbira l-inġustizzja,
in-Nisrani għandu jkun
konvint li Alla għad jagħmel
ġustizzja mal-magħzulin
tiegħu. Kif il-Missier
għamel ġustizzja ma’ Ibnu li
wara mewt inġusta qajmu
mill-qabar, hekk jagħmel
magħna. Barra minn hekk,
Alla jgħin lil min jixtieq
jinfatam minn atteġġjamenti
nġusti. Ix-xewqa li hemm
fil-bniedem biex jgħammar
fil-ġustizzja hi motiv biex
hu jemmen fl-eternità, fejn
jgħibu l-ħwejjeġ ta’ qabel,
ma jkunx hemm aktar tbatija
u Alla jixxuttalna kull
demgħa minn għajnejna. Dan
it-twemmin huwa msaħħaħ
bis-solennità li sejrin
niċċelebraw tat-Tlugħ
fis-Sema tal-Vergni Marija.
...ð
|
FIDES et RATIO |
|
|
Xi dokumenti oħra tal-Papa
Ġwanni Pawlu II
bil-Malti ...
Fides et Ratio,
Enċiklika dwar ir-relazzjoni bejn
il-Fidi u r-Raġuni...
ð
Ecclesia de
Eucharistia, Enċiklika, dwar l-Ewkaristija
u l-Knisja...ð
Christifideles Laici,
Eżortazzjoni dwar il-Missjoni u l-Vokazzjoni
tal-Lajċi...
ð
Dies Domini, Ittra Appostolika
dwar Jum il-Ħadd...
ð
Familiaris
Consortio,
Eżortazzjoni
Appostolika fuq il-ħidma tal-familja
nisranija fid-dinja.
Gratissimam
Sane, Ittra tal-Papa lill-Familji
...
ð
Ittra lin-Nisa,
Fl-okkażżjoni tar-Raba’ Konferenza
Dinjija dwar in-Nisa f’Beijing
...ð
L-Immigranti
Rregolari,
Messaġġ tal-Papa għal Jum l-Emigranti
1996...ð
Hemm ukoll bosta dokumenti oħra...
ð
|
|
|
Ikklikkja hawn
għal aktar riżorsi...ð |
|
|
|
|
|
|
|
Website
għalik .... |
Din il-website tal-Konferenza Episkopali ta' l-Istati Uniti
ta' l-Amerka hija ta' għajnuna kbira, interessanti u utli
ħafna għall-għarajjes, għall-miżżewġin, u għall-familji.
Meta tidħlu fiha, nieħdu gost jekk tibagħtulna r-reazzjoni
tagħkom, ħalli naqsmuha ma' dawk kollha li jużaw il-website
tagħna.
ikklikkja...
Ê
|
|