Tagħrif dwar ...

Segretarjat għal-Lajċi

Forum tal-Għaqdiet

Distretti, Unitajiet u Parroċċi

Viżta Pastorali

Fratellanzi f'Malta

 
 

Għaqdiet u Movimenti

Azzjoni Kattolika Maltija

Fergħa Ewkaristika

Fraternità Charles de Foucauld

Leġjun ta’ Marija

Mixja Neokatekumenali

Moviment Kariżmatiku

Moviment tal-Fokolari

MUSEUM - Irġiel - Nisa

Żgħażagħ Ħaddiema Nsara

 

Links Oħra

Arċidjoċesi ta’ Malta

Djoċesi ta’ Għawdex

Santa Sede

Discern, Istitut għar-Riċerka

Moviment ta' Kana

KDZ – Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ

 

 Interessanti

Uħud mill-videos tassew interessanti li sibna fuq YouTube.

Videos ta' Tagħlim bil-Malti.               

Mill-Belt tal-Vatikan.

Talb għas-Saċerdoti.

Is-Sejħa ta’ Alla għalik.

Evanġelju tal-Ġurnata.

Ir-Rużarju Mqaddes.

Katekeżi fuq is-Saċerdozju.

 
 

FIT FOR MISSION?CHURCH.

Bishop Patrick O'Donaghue, Bishop of Lancaster has today (27 August 2008) released Fit for Mission? Church to offer practical guidance on how to live out the teachings of the Second Vatican Council, through challenging common misinterpretations of the key council documents on Liturgy, Revelation, the Church, and the Church in the world.

click....ð

 

Sit Uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                              email ...          arkivju ...

IL-VERITÀ GĦANDHA TKUN IL-QAFAS TAS-SOĊJETÀ TAGĦNA

Valletta: 8 Settembru 2009: “Fid-dinja finanzjarja qatt jew ftit ma kien hemm diskors fuq l-etika u l-mode of conduct qabel ma faqqgħet il-kriżi finanzjarja.  Wara, diversi bdew jitkellmu fuq il-bżonn ta’ iktar valuri etiċi fid-dinja finanzjarja.”  Hekk stqarr Mons. Arċisqof Pawlu Cremona f’diskors li għamel waqt il-Pontifikal ta’ Jum il-Vitorja.  Huwa esprima t-tħassib tiegħu li spiss nitkellmu ħafna fuq l-iżvilupp materjali u ekonomiku fis-soċjetà tagħna u sewwa nagħmlu, iżda ftit nitkellmu fuq dawn il-valuri umani ta’ lealtà, rispett, solidarjetà, u dak li jfixkilhom: egojiżmu, suppervja, regħba u l-abbuż ta’ poter.

Kompli aqra d-diskors kollu tal-Arċisqof. ...ð

q DWAR L-INDISSUBILITA’ TAŻ-ŻWIEĠ U DIVORZJU

Minn diskors li l-Papa Ġwanni Pawlu II kien għamel lill-uffiċċjali tat-Tribunal Rota Rumana. ... ð

q KORSIJIET TA' FORMAZZJONI MILL-IFP

L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali ippublika lista ta’ korsijiet differenti li se jkunu offruti b’kollaborazzjoni bejn diversi entijiet fi ħdan id-djoċesi Maltija, fothom il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, is-Segretarjat għall-Katekeżi, il-Moviment ta’ Kana u l-Għaqda Biblika.  L-IFP innifsu se jmexxi korsijiet qosra dwar it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja, dwar it-Teoloġija, dwar l-Evanġeliżazzjoni u oħrajn. 

Għal kopja sħiħa tal-Prospectus ikklikkja hawn. ...ð

Sollicitudo Rei Socialis ta’ Ġwanni Pawlu II

TNEJN U GĦOXRIN SENA ILU, IL-PAPA KELLU RAĠUN

Meta 22 sena ilu Ġwanni Pawlu II kiteb l-Enċiklika, Solliċitudo Rei Socialis,  fiha wera t-tħassib tiegħu dwar id-differenza kbira li kien hemm, u li kienet dejjem tikber, bejn il-pajjiżi hekk imsejjħa żviluppati u dawk li għadhom jiżviluppaw.  Tkellem dwar wiri ta’ egoiżmu u dwar nies li moħħhom biss li jfittxu l-kumditajiet tagħhom u li juru kemm huma għojna u mimlijin bil-ġid filwaqt li għall-kotra il-kbira, il-progress kien miexi hekk bil-mod li ma jistax jissejjaħ progress.

Il-Papa kien wera t-tħassib tiegħu dwar diversi oqsma soċjali tal-ħajja fosthom ukoll dwar id-differenzi kbar fl-iżvillup ekonomiku ta’ ċerti pajjiżi minn ħafna oħrajn u qal li meta naraw ħafna postijiet fid-dinja b’dawn id-differenzi kbar bejniethom, u naraw ukoll li kull post qiesu miexi fi triq għalih b’dak li jirnexxilu jikseb, nifhmu għaliex illum in-nies qegħdin jitkellmu dwar dinjiet differenti fid-dinja waħda tagħna: l-ewwel dinja, it-tieni dinja, it-tielet dinja, u xi kultant ukoll, ir-raba’ dinja.

Dak in-nhar, bosta kien ikkritikaw lill-Papa u akkużawh li kien allarmista.  Iżda illum, l-aħbarijiet li naqraw, nisemgħu u naraw juru mod ieħor.  Juru kemm Ġwanni Pawlu II kellu raġun u kif sfortunatament illum ġejna fi kliemu. X’nisegħu nagħmlu?  Jew qegħdin tard wisq?

Ara test sħiħ ta’ din l-enċiklika bil-Malti. ...ð

Il-Lectio Divina, laqgħa ma’ Ġesù Kristu esperjenza li biha jixtieq jibdlilna ħajjitna.

 

Il-Bibbja,

kollha bil-Malti fuq l-Internet.

Liturġija tas-Sigħat, tqaddes il-medda kollha tal-jum binhar u bilejl.

ID-DRITTIJIET TAL-FAMILJA

Id-“Dokument tad-Drittijiet tal-Familja” ħareġ bħala riżultat tat–talba mfassla mis-Sinodu ta’ l-Isqfijiet li sar f’Ruma fl-1980 dwar is-suġġett “Is-Sehem tal-Familja Nisranija fid-Dinja llum. L-għan tiegħu hu li jqiegħed  quddiem in-nies ta’ żmienna, kemm jekk dawn huma nsara u kemm jekk mhumiex, formulazzjoni sħiħa kemm jista’ jkun tad-drittijiet fundamentali li hemm fin-natura ta’ dik is-soċjetà naturali u universali li hi l-familja.

Id-drittijiet imniżżla fid-dokument joħorġu mill-kuxjenza tal-bniedem kif ukoll mill-valuri tal-familja kollha tal-bnedmin.  Il-bidu tagħhom insibuh fil-liġi li l-Ħallieq naqqax fil-qalb ta’ kull bniedem u għalhekk huwa dmir tas-socjetà li tħares dawn id-drittijiet minn kull vjolazzjoni u li tirrispettahom u ġġibhom ‘il quddiem kollha kemm huma bla mittiefsa.

Minħabba f’hekk id-dokument hu prinċipalment inidrizzat lill-gvernijiet u lill-organizazzjonijiet interanzzjonali bejn il-gvernijiet. Indirizzat ukoll lill-familji nfushom bil-ħsieb li jsaħħaħ fihom il-fehma li l-familja għandha dmir u post fis-soċjetà li ħadd u xejn ma jista’ jeħodulha. Fl-aħħarnett id-dokument hu ndirizzat lill-irġiel u n-nisa kollha u b’mod partikolari lill-insara sabiex jintrabtu li jagħmlu kulma jistgħu biex jiżguraw li d-drittijiet tal-familja jiġu mħarsa u sabiex l-istituzzjoni tal-familja tissaħħaħ għall-ġid tal-bnedmin kollha, tal-lum u ta’ għada.

Ikklikkja hawn għad-dokument sħiħ. ...ð


FIDES et RATIO

Enċiklika oħra tal-Papa Ġwanni Pawlu II dwar ir-relazzjoni li għandu jkun hemm bejn il-Fidi u r-Raġuni..... Ikklikkja hawn ... 

Xi dokumenti oħra tal-Papa Ġwanni Pawlu II  bil-Malti ...

Fides et Ratio, Enċiklika dwar ir-relazzjoni bejn il-Fidi u r-Raġuni... ð

Ecclesia de Eucharistia, Enċiklika, dwar l-Ewkaristija u l-Knisja...ð

Christifideles Laici, Eżortazzjoni dwar il-Missjoni u l-Vokazzjoni tal-Lajċi... ð

Dies Domini, Ittra Appostolika dwar Jum il-Ħadd... ð

Familiaris Consortio, Eżortazzjoni Appostolika fuq il-ħidma tal-familja nisranija fid-dinja.

Gratissimam Sane, Ittra tal-Papa lill-Familji ... ð

Ittra lin-Nisa, Fl-okkażżjoni tar-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa f’Beijing ...ð

L-Immigranti Rregolari, Messaġġ tal-Papa għal Jum l-Emigranti 1996...ð

Hemm ukoll bosta dokumenti oħra... ð

LIBRERIJA TA’ RIŻORSI ... ð

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RIŻORSI DWAR ŻWIEĠ U FAMILJA ... Ê

Sikwit jiġri li r-raġel u l-mara ta’ llum, huma u jfittxu bis-sinċerità kollha tweġiba għall-problemi kbar ta’ kuljum li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja tagħhom taż-żwieġ u tal-familja, isibu min iwasslilhom fehmiet u jgħatihom tweġib li jogħġob dak il-ħin, iżda mbagħad jasal biex b’xi mod jew ieħor jagħmel ħsara lill-verità u lid-dinjità tal-persuna tal-bniedem. 

Dawn il-fehmiet u dan it-tweġib spiss jaslilhom permezz tal-organizzazzjoni qawwija li tilħaq ‘il kulħadd permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali, li b’mod l-aktar fin jaslu biex ma jħallux lil min, b’mod ħieles u bil-ħila tiegħu, jagħraf il-ħaġa kif inhi tassew.

Ħafna ġa ntebħu b’dan il-perikolu li qiegħed jhedded il-persuna tal-bniedem u għalhekk qegħdin iħabirku għall-verità. 

Il-Knisja, li tara u tgħarbel kollox fid-dawl ta’ l-Evaġelju, tissieħeb magħhom u toffri s-servizz tagħha għall-verità, għall-libertà u għad-dinjità ta’ kull mara u ta’ kull raġel.

Ġwanni Pawlu II, Familiaris Consortio, 4.

XI RIŻORSI OĦRA ... Ê

Ikklikkja hawn għal aktar riżorsi...ð

Bibbja  - Il-Kotba kollha tal-Iskrittura bil-Malti.

Doni tal-Ispirtu s-Santu minn Dun Hector Scerri.

Kelma tal-Ħajja, mill-Moviment tal-Fokolarini.

Lectio Divina - stedina minn Alla lill-bniedem.

Liturġija tas-Sigħat - tqaddis tal-ħin b'tifħir lil Alla.

Ommna Marija - Ittra mill-Kumiat Madonna ta’ Fatima.

San Pawl, minn P. Martin Micallef OFMCap.

Storja tal-Konċilji minn H. Agius Ordway.

Talb għal kuljum - MP3 - WMA -Podcast.

 

Karità fil-Verità –

Enċiklika Soċjali Ġdida.

Il-Papa Benedittu XVI rregalalna dokument ieħor ta’ valur enormi u ta’ portata soċjali għall-umanita’ kollha.

Wara l-enċikliċi tiegħu dwar l-imħabba t’Alla (Deus Caritas Est, 2005) u t-tama nisranija (Spe Salvi, 2007), nhar it-Tlieta 7 ta’ Lulju, ġewwa Ruma ġiet preżentata lill-istampa internazzjonali l-enċiklika l-ġdida Caritas in Veritate. ... ð

Ara wkoll it-test Malti taż-żewġ enċikliċi l-oħra tal-Papa Benedittu XVI...

Deus Caritas Est, Alla Huwa Mħabba. ...ð

Spe Salvi, dwar it-Tama Nisranija. ...ð

 

 

http://www.laikos.org

Website         għalik ....

Waqt li l-istudenti tagħna qed joqorbu li jerġgħu lura lejn l-iskola, forsi ta’ min li anke l-istess ġenituri jagħmlu ftit homework biex isaħħu l-familja tagħhom.

Din hija inizjattiva oħra tal-Konferenza Episkopali tal-Istati Uniti tal-Amerka.  Interessanti ! 

ikklikkja... Ê

Ara links passati...ð