Nimxu ma’ Ġesu`
Via Sagra mill-Kummissjoni
Djoċesana għat-tfal
L-Ewwel stazzjon – Ġesù
kkundannat għall-mewt
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel 1 - ma nistax nifhem għala
n-nies riedu jsallbu lil Ġesù, u
kif Pilatu aċċetta ... ja beżżiegħ
li hu ... u Ġesù baqa hemm sieket,
lanqas biss ipprova jiddefendi
lilu nnifsu.
Tifla 1 - u inti taħseb li kieku
aħna konna hemm, konna nkunu
kapaċi u mmorru kontra l-kurrent?
Wara kollox Ġesù miet minħabba
d-dnubiet tagħna lkoll, biex
aħna nsalvaw ...
Tifel 1 - Kemm għandek raġun,
veru ... .naħseb li aħna għadna
sa llum ngħajjtu sallbu sallbu,
meta ma nimxux fuq il-passi
tiegħu, fl-iskola, mal-ħbieb,
il-mużew u d-dar.
Talba: Ġesù, ħafna drabi jien
niddefendi lili nnifsi u nġib
kull skuża possibli anke meta
nkun naf li għamilt xi ħaġa
ħażina. għinni sabiex inkun
onest, u qatt ma nivvinta fuq l-oħrajn
u agħtini l-kuraġġ biex meta
jkolli tort nammetti.
Missierna, Sliema u Glorja
It-Tieni Stazzjon – Ġesù mgħobbi
bis-salib
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
2
–
min jaf kif kien diġa għajjien
bis-swat li qala minn għand
is-suldati
...
Tifla
2
–
min jaf kemm qabbduh dwejjaq
jisma lil istess nies li ftit
qabel ferħu bih jgħajjtu sallbu
sallbu ...
Tifel
2
–
min jaf kemm kien imdejjaq
... u
ħadd ma ta kas!
Tifla 2 – u sadanittant ġarr
is-salib mingħajr ma qagħad
igerger..mhux bħalna ngergru ma
kull ħaġa li jkollna nagħmlu
Talba – Ġesù kultant jien
ingerger għax ikolli nagħmel il-homework
jew meta tad-dar iqabbduni xi
biċċa xogħol x’nagħmel. Ġesù
għinni biex ma noqgħodx ingerger,
anzi nagħmel dak li jkun mitlub
minni bil-qalb
Missierna, Sliema u Glorja
It-Tielet Stazzjon –Ġesù jaqa
għal-ewwel darba taħt is-salib
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
3
–
Waqa ... t-toqol tas-salib ma
felħux ...
Tifla
3
–
u reġa qam ...
Tifel
3
–
kos ... li waqa ngħidu u li reġa
qam ma ngħidux
Tifla 3 – u dan li għandu
jagħmlilna kuraġġ lilna
l-bnedmin li għalkemm Ġesù waqa
taħt it-toqol tas-salib, reġa
qam, u kompli miexi ...
Talba – Ġesù
għinna nagħmlu l-kuraġġ, meta ma
mmorrux tajjeb fl-iskola, jew
meta nitilfu xi logħba
mportanti. għinna biex qatt ma
nħossu ruħna telliefa u naqtgħu
qalbna iżda għinna biex meta
nħarsu lejk taħt it-toqol
tas-salib nagħmlu l-kuraġġ li
bħalek nerġgħu nqumu biex
inkomplu l-mixja tagħna.
Missierna, Sliema u Glorja
Ir-Raba' Stazzjon – Ġesù jiltaqa'
m’ommu Marija
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
4
–
Min jaf x’ħasset Marija kif ratu
hemm f’dik is-sura ...
Tifla
4
–
Min jaf kemm feraħ Ġesù meta
raha ...
Tifel
4
–
jew tħassarha tarah hemm b’dak
id-demm ma wiċċu
Tifla 4 – min jaf kemm xtaqet li
setgħet terfgħu u taħrab bih kif
għamlet meta kien tarbija
... mma
l-pjan t’Alla għaliha u għalina
kien mod ieħor ... u Hi is-skiet
reġgħet aċċettat dan kollu.
Talba – Ġesù
inti taf li l-ġenituri tagħna u
dawk li jieħdu ħsiebna jħobbuna
ħafna ... iżda aħna kultant
nirrabjaw magħhom u neħduha
kontrihom, speċjalment meta
jikkoreġuna. Ġesù filwaqt li
nirringrazzjawk ta’ dawk li
jieħdu ħsiebna, għinna nħobbuhom
u nirrispettawhom dejjem iżjed
Missierna, Sliema u Glorja
Il-Ħames Stazzjon – Ġesù
mgħejjun minn Xmun iċ-Ċirinew
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
5
–
Dan Xmun min kien? Ħabib ta’
Ġesù?
Tifla
5
–
Le ta, t-teacher qaltilna li dak
kien ġej mill-għalqa m’uliedu u
s-suldati ġegħluh jgħin lil Ġesù
jerfa s-salib
Tifel
5
–
u hu aċċetta? Hekk? Mingħajr ma
kien jafu?
Tifla 5 – iva mela ... jista jkun
li għal ewwel m’għenux minn
qalbu, imma għax beża
mis-suldati ... u mbagħad forsi
tħassru u għenu iżjed
bil-qalb ... ħeqq bħal ma nagħmlu
aħna hux xi kultant
Talba – Ġesù
jien mhux dejjem ikolli aptit
ngħin lil ħuti, lil sħabi jew
lil ġenituri tiegħi, għalhekk
Ġesù nixtieq nitolbok biex
tgħinni nkun b’qalbi miftuħa
biex ngħinhom, daqs li kieku qed
ngħin lilek. Irrid inkun
persuna b’qalb tajba u
t’għajnuna għal ta madwari.
Missierna, Sliema u Glorja
Is-Sitt Stazzjon – Il-Veronika
timsaħ wiċċ Ġesù
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
6
–
Ara din ...
naħseb tħassritu b’dak id-demm
ma wiċċu ...
Tifla
6
–
ma beżgħetx għandek tgħid,
lanqas mis-suldati
Tifel
6
–
U Ġesù rringrazzja għal dak li
għamlet, għax ħallilha marka ta
wiċċu fuq il-maktur li kellha
...
kemm kienet xortiha tajba, qed
ngħid
Tifla 6 – veru għandek
raġun ... imma jaħasra Ġesù lilna
ħallilna lilu nnifsu
fit-tqarbin, u aħna bħal donnu
lanqas napprezzaw ... għax kieku
żgur ma nitlfux quddiesa kuljum
Talba – Ġesù
kemm nixtieq ikolli l-kuraġġ li
kellha l-Veronika, u ma nibżax
quddiem min jiċħdek, għinni
sabiex meta nara lil ħaddieħor
li qed jiġi mżeblaħ speċjalment
minħabba f’ismek ikolli l-kuraġġ
li ngħinu.
Missierna, Sliema u Glorja
Is-Seba' Stazzjon – Ġesù jaqa
għat-tieni darba taħt is-salib
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
7
–
Ara reġa waqa ...
Tifla
7
–
u għal darb’oħra reġa qam ...
Tifel
7
–
Qam, biex jurina li anke
fit-tbatija jeħtieġ nagħmlu
kuraġġ ...
Tifla 7 – iva veru, u ried
jurina wkoll, li anke meta
nagħmlu dnub ... nindmu
... u
nerġgħu naqgħu
... dejjem nistgħu
nerġgħu nqumu u nerġgħu
nippruvaw inkomplu mexjin
il-miexja tagħna
Talba – Ġesù
kultant ngħejjew, naqtgħu
qalbna ... għalhekk nitolbuk
għinna biex nagħmlu kuraġġ.
Ħbieb, nixtieq
nistedinkom ... aħsbu f’xi ħaġa li
ġġegħlkom tħossukom bla saħħa, u
itolbu lil Ġesù jgħinkom biex
ikollkom l-kuraġġ li tergħu
tqumu ... anke meta tkun diffiċli!
Missierna, Sliema u Glorja
It-Tmien Stazzjon – Ġesù jiltaqa
man-nisa ta’ Ġerusalemm
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
8
–
Fl-aħħar ... kien hemm xi ħadd li
bkieh ... minbarra ommu Marija
Tifla
8
–
min jaf kif twerwru dawk
it-tfal ... qalb dak l-għajjat
tas-suldati
Tifel
8
–
għandek tgħid dawn in-nisa kienu
ħbieb ta veru ... baqgħu mexjin
warajh anke meta kien imwarrab
minn kulħadd
Tifla 8 – veru, kemm għandek
raġun. U safrattant hu xorta
ħaseb fina ... għax qalilhom
tibkux lili ibku lilkom u lil
uliedkom
Talba – Ġesù
waqt it-tbatija tiegħek ukoll
ħsibt fina ... għinna beix waqt
it-tbatijiet tagħna aħna
niftakru f’dawk li għadejjin
mit-tbatija, speċjalment it-tfal
li żgur ikunu innoċenti quddiem
il-gwerer u nkwiet ieħor.
Missierna, Sliema u Glorja
Id-Disa' Stazzjon – Ġesù jaqa
għat-tielet darba
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
9
–
Uff reġa waqa ...
Tifla
9
–
imma reġa qam ... jeħtieġ li naraw
il-pożittiv anke meta taħt
is-salib
Tifel
9
–
Jien naħseb li kif ra kemm kien
jonqsu jimxi ... bħal donnu
qata qalbu, u ċeda
... waqa
Tifla 9 – imma mbagħad għalina
lkoll reġa qam, biex ikompli
t-triq sal-aħħar
... iħobbna wisq
Talba – Ġesù
kultant ikun hemm min iweġġagħna
b’għemilu u bi kliem, inkella
meta l-iżjed li jkollna bżonn ma
nsibux min jgħinna. Ġesù għinni
naħfer kif għamilt int, għinni
biex ma nirrabjax u ma nżommx
ir-rabja fija lejn xi ħadd li
forsi jkun weġġgħani.
Missierna, Sliema u Glorja
L-Għaxar Stazzjon – Ġesù mneżża
minn ħwejjġu
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
10
–
Iss’isbaħ ...
ara veru ma kellhomx mistħija
dawn in-nies ta ...
Tifla
10
–
min jaf kemm staħa u ddejjaq
Ġesù, f’dik is-sura quddiem
kulħadd
Tifel
10
–
imma kien jaf li Alla kien
miegħu anke f’dan il-mument,
Tifla 10 – u li fuq kollox kien
iħobb kemm lilu kif ukoll lil
dawk li għamluli daqs tant
ħsara..u dan kien li tah
il-kuraġġ
Talba – Ġesù
għinna nifhmu dejjem iżjed kemm
hi kbira l-imħabba tiegħek u
t’Alla l-missier lejna, biex
f’mumenti li jistgħu ikunu
umiljanti nagħmlu il-kuraġġ.
Missierna, Sliema u Glorja
Il-Ħdax-il Stazzjon – Ġesù
msallab mas-salib
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
11
–
X’kull musmar dak ... aħħħ
Tifla
11
–
min jaf kemm weġġa ...
Tifel
11
–
mingħajr ma gerger
... meta dan
kien l-Iben t’Alla
Tifla 11 – wara kedda bħal
dik ... mixja bis-salib
fuqu ... swat ... umiljazzjoni
Talba – Ġesù
meta narawk imsallab fuq
is-salib, ħsibijietna jduru lejn
tant nies, speċjalment tfal li
għadejjin minn ħafna nkwiet
bil-gwerer li għandhom
f’pajjiżhom, kun magħhom int O
Ġesù, sabiex jagħmlu kuraġġ u
jemmnu li int qiegħed magħhom
anke f’mumenti daqshekk
diffiċli.
Missierna, Sliema u Glorja
It-Tnax-il Stazzjon – Ġesù jmut
fuq is-salib
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
12
–
Miet ...
Tifla
12
–
wara tlett siegħat jitħabat ma’
saħħtu biex jieħu l-aħħar
nifsijiet
Tifel
12
–
lanqas hawn ma waqaf
it-tgħajjir ...
l-umiljazzjoni ...
Tifla 12 – u Hu ... ħafrilhom
kollox ... u aħna
... aħna naslu
li naħfru lil min jagħmlilna
l-ħsara?
Talba – Ġesù
meta narawk mejjet fuq
is-salib ... narawk
taħfer ... għinna O Ġesù biex
naħfru lil kull min jgħamlilna
d-deni, għinna niftakru li biex
ħfirt int wara dak kollu li
għamlulek għalina, f’mumenti
diffiċli biex naħfru għinna
niftakru biex induru lejk sabiex
inti tagħtina s-saħħa biex
nagħmlu kif għamilt
int ... naħfru!
Missierna, Sliema u Glorja
It-Tlettax-il Stazzjon – Ġesù
mniżżel minn fuq is-salib
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
13
–
Miskina Marija ... kemm tidher
imdejjqa
Tifla
13
–
Mhux bilfors imdejjqa ... tara lil
binha f’dik is-sura
Tifel
13
–
Min jaf kemm xtaqet twerżaq u
tgħajjat ma min kien ġab lil
binha f’dik is-sitwazzjoni ...
Tifla 13 – imma le ...
hi aċċettat kollox ... kif
għamlet sa mill-bidu nett
...
Talba – Ġesù
meta narawk mixħut bla ħajja fuq
ommok Marija ma nistgħux ma
naħsbux f’dawk l-ommijiet li
għal raġunijiet diversi tilfu
lil uliedhom. Kun magħhom int O
Mulej f’sitwazzjonijiet bħal
dawn, sabiex ikollhom il-kuraġġ
li jkomplu bil-mixja ta’
ħajjithom.
Missierna, Sliema u Glorja
L-Erbatax-il Stazzjon – Ġesù
midfun
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax
b’salibek u l-mewt tiegħek inti
fdejtna.
Tifel
14
–
Daqshekk spiċċa kollox
... kollox
mitmum
Tifla
14
–
u le tgħidx hekk ... għalissa
jidher kollox mitmum ... tinsiex
Hu qam kif kien qal
Tifel
14
–
veru għandek raġun
... taf x’qed
ngħid ... tgħid dawk li għajjtu
sallbu u sallbuh indunaw li Hu
kien bla ħtija?
Tifla 14 – Ma nafx ... jista
jkun ... imma ssa kien tard wisq
...
Talba – Ġesù
nitolbuk biex tgħinna, biex ma
niġġudikawx lil ħaddieħor.
għinna biex qabel ma nippuntaw
subgħajna u nagħmlu l-ħsara
niftakru li INT mitt għal xejn
b’xejn ... bla
raġuni ... sempliċiment għax kliem
seta dejjaq lil ċertu nies.
Ġesù għinna biex meta aħna
inkunu għadejjin minn żmien
diffiċli u nħossu li ma baqax
tama għalina niftakru li int
wara dan kollu ħriġt
rebbieħ ... bir-rebħa fuq il-mewt.
Missierna, Sliema u Glorja
|