L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi

Home  

Ikkuntattjana

 

Benvenuto con noi, Eccellenza

Il-Ħadd, 30 ta' April 2017: Is-Segretarjat għal-Lajci f’Malta flimkien mad-direzzjoni tal-Laikos jagħtu merħba lil Mons. D’Errico bħala Nunzju ġdid f’pajjiżna u jawgurawlu ħafna ġid fil-missjoni fdata lilu.

Il-ħatra ta’ Mons. Alessandro D’Errico bħala Nunzju Appostoliku għal Malta saret mill-Papa Franġisku li għażlu biex ikun r-rappreżentant tiegħu kemm mal-Knisja f’Malta u f’Għawdex, kif ukoll mal-awtoritajiet ċivili ta’ pajjiżna.  Din il-ħatra saret wara li kienet intemmet dik tal-Arċisqof Mario Roberto Cassari li llum huwa rtirat

Mons. D’Errico, Arċisqof Titulari ta’ Carini u fil-preżent Nunzju Appostoliku fil-Kroazja għandu 67 sena u twieled f’Napli fl-Italja.

F’Malta, in-Nunzju huwa wkoll id-Dekan tal-Korp Diplomatiku akkreditat għar-Repubblika ta’ Malta. Id-dmir tiegħu hu li jkun ta’ għajnuna għall-Isqfijiet, isaħħaħ l-għaqda mas-Sede Appostolika u jmexxi ’l quddiem ir-relazzjonijiet bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta’ Malta.

L-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Mario Grech laqgħu l-ħatra tiegħu u wiegħduh it-talb tagħhom u tal-insara f’Malta u Għawdex.